<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0286</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-inklużjoni tad-dritt għall-abort fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0205/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' April 2024 dwar l-inklużjoni tad-dritt għall-abort fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (2024/2655(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1950,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) tal-2000,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Frar 2019 dwar ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 449, 23.12.2020, p. 102.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Novembru 2019 dwar il-kriminalizzazzjoni tal-edukazzjoni sesswali fil-Polonja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 208, 1.6.2021, p. 24.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2020 dwar il-projbizzjoni <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tad-dritt għall-abort fil-Polonja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 425, 20.10.2021, p. 147.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar l-ewwel anniversarju tal-projbizzjoni <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-abort fil-Polonja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 205, 20.5.2022, p. 44</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 81, 18.2.2022, p. 43.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2022 dwar l-impatt tal-gwerra kontra l-Ukrajna fuq in-nisa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 155.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar theddid globali għad-dritt għall-abort: il-possibbiltà li l-Qorti Suprema tirrevoka d-dritt għall-abort fl-Istati Uniti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 120.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2022 dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-Istati Uniti biex tabolixxi d-drittijiet tal-abort fl-Istati Uniti u l-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-abort u s-saħħa tan-nisa, inkluż fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 47, 7.2.2023, p. 268.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar proposti tal-Parlament Ewropew għar-reviżjoni tat-Trattati<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0427.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida tad-WHO bit-titolu “Safe abortion: technical and policy guidance for health systems” (Abort sikur: gwida teknika u strateġika għas-sistemi tas-saħħa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istrateġija 2017-2021 tad-WHO dwar is-saħħa u l-benesseri tan-nisa fl-Ewropa: lil hinn mill-medja tal-mortalità u għall-pjan ta’ azzjoni tal-2016 għas-saħħa sesswali u riproduttiva: lejn it-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli fl-Ewropa – ħadd ma jitħalla jibqa’ lura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025” (COM(2020)0698),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, li fetħet għall-iffirmar f’Istanbul fil-11 ta’ Mejju 2011 (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul) u ġiet irratifikata mill-UE fit-28 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kumment ġenerali Nru 36 tal-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (2018) dwar l-Artikolu 6 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, dwar id-dritt għall-ħajja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2022 u l-2023<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0050.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Frar 2024 bit-titolu “Ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2023 dwar l-Istat tad-Dritt”<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0108.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (SRHR), inkluż il-kura għal abort sikur u legali, jikkostitwixxi dritt fundamentali; billi huwa essenzjali li jiġu ssodisfati s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati biex tinżamm id-dinjità tal-bniedem u peress li dan huwa intrinsikament marbut mal-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, u mal-ksib tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u firxa wiesgħa ta’ drittijiet tal-bniedem oħra bħad-dritt ta’ persuna għall-ħajja, għas-saħħa, għall-privatezza, għas-sigurtà tal-persuna, għan-nondiskriminazzjoni, għall-ugwaljanza quddiem il-liġi u għall-ħelsien mit-tortura u minn trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-kapaċità tan-nies li jeżerċitaw l-awtonomija riproduttiva tagħhom, jikkontrollaw il-ħajja riproduttiva tagħhom u jiddeċiedu jekk, meta u kif ikollhom it-tfal hija essenzjali għar-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa, tall-bniet u l-persuni kollha li jistgħu jkunu tqal; billi l-ġisem ta’ persuna, l-għażla tagħha, u għaldaqstant l-awtonomija sħiħa tagħha, huma dak li jrid jiġi ggarantit;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Karta tnaqqax id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ewlenin għall-persuni li jgħixu fl-UE; billi l-protezzjoni tal-kura tal-abort sikur u legali għandha implikazzjonijiet diretti għall-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet rikonoxxuti fil-Karta, bħad-dinjità tal-bniedem, l-awtonomija personali, l-ugwaljanza, is-saħħa u l-integrità fiżika u mentali; billi li persuna tkun imċaħħda mill-aċċess għall-kura tal-abort jikkostitwixxi ksur ta’ dawn id-drittijiet fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU rrikonoxxa speċifikament li d-deċiżjoni ta’ persuna li tirrikorri għal terminazzjoni volontarja tat-tqala taqa’ fl-ambitu tad-dritt għall-privatezza; billi l-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU sab ukoll li n-nuqqas li wieħed jaġixxi f’konformità mad-deċiżjoni ta’ mara li tagħmel abort legali huwa ksur tad-dritt għall-privatezza, inkluż meta l-ġudikatura tinterferixxi ma’ tali deċiżjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fir-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 35 tiegħu, il-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) iddikjara b’mod espliċitu li l-kriminalizzazzjoni tal-abort hija ksur tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati tan-nisa u forma ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, u ħeġġeġ lill-Istati jirrevokaw l-leġiżlazzjoni kollha li tikkriminalizza l-abort;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati huma fost il-miri tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, b’mod partikolari l-Mira 3.7 li titlob aċċess universali għas-servizzi tal-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż għall-ippjanar tal-familja, l-informazzjoni u l-edukazzjoni, u l-integrazzjoni tas-saħħa riproduttiva fi strateġiji u programmi nazzjonali, u l-Mira 5.6 li tindika l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess universali għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati kif miftiehem f’konformità mal-Programm ta’ Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing u d-dokumenti ta’ eżitu tal-konferenzi ta’ rieżami tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi pajjiżi b’liġijiet inqas restrittivi dwar l-abort ġeneralment għandhom rati ta’ abort aktar baxxi minn pajjiżi b’liġijiet restrittivi ħafna dwar l-abort<FOOTNOTE><FIELD> Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, “Information series on sexual and reproductive health and rights – abortion” (Serje ta’ Informazzjoni dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati – l-abort), 2020.</FIELD></FOOTNOTE>; billi fid-dawl li tiġi żgurata awtonomija sħiħa tal-ġisem, inkluż it-tnaqqis fin-numru ta’ tqaliet mhux intenzjonati u li n-nies ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar ħajjithom u ġisimhom, l-aċċess għal edukazzjoni komprensiva, xierqa għall-età u bbażata fuq l-evidenza dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet għal kulħadd huwa essenzjali, bħalma huwa l-aċċess għal kontraċezzjoni ta’ kwalità għolja, aċċessibbli, sikura u bla ħlas u konsulenza dwar l-ippjanar tal-familja; billi edukazzjoni komprensiva u adattata għall-età dwar is-sesswalità hija essenzjali biex tinbena l-abbiltà fit-tfal u fiż-żgħażagħ li jiffurmaw relazzjonijiet b’saħħithom, ugwali u sikuri, b’mod partikolari billi jiġu indirizzati n-normi tal-ġeneru, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-dinamika tal-poter fir-relazzjonijiet u l-kunsens u r-rispett għal-limiti; billi dan jikkontribwixxi wkoll biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi f’vot importanti fl-4 ta’ Marzu 2024, il-leġiżlaturi Franċiżi naqqxu fil-Kostituzzjoni Franċiża l-libertà garantita li jsir abort; billi Franza hija l-ewwel pajjiż fid-dinja li espliċitament għamel l-abort dritt kostituzzjonali; billi din ir-reviżjoni kostituzzjonali għandha l-għan li tistabbilixxi salvagwardja fil-kuntest tar-rigress fid-drittijiet tal-abort fl-UE u globalment, inkluż fl-Istati Uniti, fil-Polonja, fl-Ungerija u f’Malta; billi l-ħidma u l-impenn tal-organizzazzjonijiet femministi u l-parlamentari fi Franza kienu essenzjali biex tiġi żgurata maġġoranza b’appoġġ għall-protezzjoni kostituzzjonali tad-dritt għall-abort;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi mill-inklużjoni tad-dritt għall-abort fil-Kostituzzjoni Franċiża, inizjattivi simili diġà ġew ikkunsidrati f’pajjiżi oħra bħal Spanja u l-Iżvezja, li juri l-ħtieġa għal reazzjoni Ewropea għar-repressjoni fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u r-rigress fis-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u għall-protezzjoni b’mod kostituzzjonali tad-drittijiet li qed jiġu attakkati;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-appoġġ finanzjarju jeħtieġ li jakkumpanja bidliet leġiżlattivi pożittivi biex id-dritt għall-aċċess għall-kura tal-abort isir realtà;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi għalkemm l-UE għandha wħud mill-ogħla standards tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fid-dinja, in-nisa u l-membri tal-komunità LGBTIQ+ għadhom jiffaċċjaw ostakli biex igawdu l-awtonomija ta’ ġisimhom; billi dawn l-ostakli jistgħu jkunu ta’ natura legali, politika, finanzjarja, kulturali jew relatata mal-informazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi xi Stati Membri għad għandhom liġijiet restrittivi ħafna li jipprojbixxu l-abort ħlief f’ċirkostanzi definiti b’mod strett, li jirriżultaw f’każijiet fejn in-nisa jkollhom ifittxu proċeduri perikolużi u ta’ theddida għall-ħajja, jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra jew ikomplu bit-tqala tagħhom sal-aħħar kontra r-rieda tagħhom, u dan huwa ksur tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom u forma ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru; billi xi Stati Membri li llegalizzaw l-abort fuq talba jew għal raġunijiet soċjali oħra madankollu jkomplu jżommu sanzjonijiet kriminali speċifiċi għal aborti mwettqa barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali applikabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi bosta Stati Membri bħalissa qed jippruvaw jillimitaw aktar l-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati permezz ta’ liġijiet restrittivi ħafna, li jirriżultaw f’aċċess limitat għall-kura tas-saħħa u diskriminazzjoni u vjolenza abbażi tal-ġeneru; billi dawn l-inizjattivi u dan ir-rigress jostakolaw l-issodisfar tad-drittijiet tan-nies, ifixklu l-iżvilupp tal-pajjiżi u jdgħajfu id-demokrazija, il-valuri u d-drittijiet fundamentali Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi rigress ikkoordinat u ffinanzjat tajjeb fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-diversità LGBTIQ+ u l-feminiżmu qed jissawwar globalment; billi madwar id-dinja, forzi rigressivi u atturi reliġjużi ultrakonservattivi u tal-lemin estrem qed jippruvaw ineħħu għexieren ta’ snin ta’ avvanzi fid-drittijiet tal-bniedem u jimponu ħarsa dinjija dannuża fuq ir-rwoli tal-ġeneri fil-familji u l-ħajja pubblika; billi dawn il-movimenti u l-attakki huma konnessi mill-qrib mat-tendenza ta’ retroattività awtoritarja fuq id-demokrazija globali; billi dan jirrappreżenta theddida ċara għall-istat tad-dritt fl-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi dawn il-movimenti kontra l-ġeneru u kontra d-drittijiet qed jattakkaw speċifikament id-drittijiet sesswali u riproduttivi u l-awtonomija tan-nisa, u jinfluwenzaw il-leġiżlazzjoni u l-politika, li jwasslu biex jiġu implimentati inizjattivi retrogressivi f’diversi Stati Membri bil-għan li jimminaw is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Polonja kompliet tillimita l-aċċess għall-kura legali tal-abort, wara deċiżjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali illeġittimu fit-22 ta’ Ottubru 2020<FOOTNOTE><FIELD> sentenza tal-QEDB dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, Kawża ta’ Xero Flor w Polsce sp. z o.o. vs il-Polonja<STRING ITALIC="on"> 	(Nru tal-applikazzjoni 4907/18)</STRING>, ara l-paragrafu 289.</FIELD></FOOTNOTE> li involviet projbizzjoni <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-abort u li wasslet għall-mewt ta’ mill-inqas sitt nisa; billi n-nisa kienu taħt investigazzjoni talli allegatament għamlu l-aborti u d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet riproduttivi ġew imħarrka talli għenu lin-nisa jaċċessaw il-kura tal-abort, jew talli pprotestaw għad-dritt għall-abort; billi s-sentenza reċenti tal-QEDB f’<STRING ITALIC="on">M.L.</STRING> vs <STRING ITALIC="on">il-Polonja</STRING> sabet li kien hemm ksur tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja fil-każ ta’ mara li ġiet sfurzata tivvjaġġa barra mill-pajjiż għal abort bi spiża personali konsiderevoli u ’l bogħod min-network ta’ appoġġ tal-familja tagħha u li jinvolvi impatt psikoloġiku sinifikanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Gvern Pollakk li għadu kif ġie elett huwa impenjat li jipproponi liġijiet ġodda biex jiżguraw id-drittijiet tan-nisa u l-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, inkluża l-kura tal-abort; billi, sfortunatament, votazzjoni dwar proposti għal abbozzi ta’ liġi biex jiġi dekriminalizzat u żgurat l-aċċess għall-kura tal-abort ġiet posposta fis-Sejm Pollakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi f’Malta, l-abort huwa <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> pprojbit u kriminalizzat; billi r-riforma ta’ Lulju 2023 rat bidla inkwetanti fil-Parlament Malti, billi neħħiet drittijiet u żiedet saħansitra aktar riskji u ostakli minn qabel għall-aċċess għall-kura tal-abort; billi fost dawn l-ostakli, it-tobba jistgħu jtemmu tqala biss jekk il-ħajja tal-persuna tkun f’riskju immedjat u qabel il-“vijabbiltà tal-fetu”, u huma meħtieġa li jirreferu lill-persuna tqila li tkun qed tmut quddiem bord mediku ta’ tliet konsulenti; billi każijiet ta’ periklu serju għas-saħħa huma esklużi mil-liġi; billi persuna tqila li għandha l-kanċer f’Malta ma tistax tiġi ttrattata kif xieraq u trid tistenna t-twelid tat-tarbija qabel ma tkun tista’ taċċessa t-trattament tal-kanċer, u dan jirriżulta f’inqas possibbiltajiet ta’ trattament ta’ suċċess;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-abort mediku mhuwiex legali fis-Slovakkja jew fl-Ungerija; billi f’Settembru 2022, l-Ungerija għaddiet digriet li jobbliga lin-nisa li qed ifittxu abort jisimgħu “l-qalb tħabbat tal-fetu”; billi fis-Slovakkja, ġew osservati tentattivi ripetuti biex jiġi ristrett l-aċċess għall-kura tal-abort permezz ta’ abbozzi ta’ liġi retrogressivi fil-parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi fl-Italja ukoll qed jonqos l-aċċess għall-kura tal-abort<FOOTNOTE><FIELD> Kunsill tal-Ewropa, “Riżoluzzjoni CM/ResChS(2016)3 Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL) vs l-Italja, Ilment Nru 91/2013”, 2016; Parlament Ewropew, “Briefing: Missjoni fl-Italja tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 	Mis-17 sad-19 ta’ Diċembru 2018”, Diċembru 2018.</FIELD></FOOTNOTE>; billi f’pajjiżi bħall-Italja, is-Slovakkja u r-Rumanija, maġġoranza kbira tat-tobba jiddikjaraw li joġġezzjonaw minħabba raġunijiet ta’ kuxjenza, u b’hekk l-aċċess <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> għall-kura tal-abort huwa ta’ sfida kbira f’xi reġjuni; billi l-aċċess għal kura tal-abort f’waqtha u xierqa qed jiġi miċħud fi Stati Membri oħra bħala riżultat ta’ ostakli prattiċi, bħal fil-Kroazja<FOOTNOTE><FIELD> RODA, “Support for accessible, safe and legal termination of pregnancy in Croatia” (Appoġġ għal terminazzjoni aċċessibbli, sikura u legali tat-tqala fil-Kroazja), is-6 ta’ Mejju 2022.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi diversi tentattivi biex jiġi dekriminalizzat bis-sħiħ l-abort fil-Belġju ġew ttardjati fil-Parlament Federali Belġjan;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi f’xi pajjiżi, il-proċeduri ta’ abort u pariri imparzjali jibqgħu tabù u rarament jiffurmaw parti mit-taħriġ mediku obbligatorju, u dan iwassal għal nuqqas ta’ għarfien u prattika fost it-tobba għad-detriment tas-saħħa fiżika u mentali tal-pazjenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi d-diżinformazzjoni dwar l-abort, inkluża dik online, toħloq ostaklu reali għall-awtonomija tan-nisa; billi sa ftit taż-żmien ilu fil-Ġermanja, l-għoti ta’ informazzjoni fuq is-siti web tat-tobba dwar metodi ta’ abort mediku kien ikkunsidrat li jippromwovi l-abort u kien ippenalizzat; billi l-“projbizzjoni tar-reklamar tal-abort” tneħħiet biss f’Lulju 2022;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi r-rifuġjati Ukreni ma setgħux ikollhom aċċess għall-kura tal-abort f’xi Stati Membri, inkluż f’każijiet ta’ vjolenza sesswali, li tikkostitwixxi ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom u titqies tortura u trattament inuman jew degradanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-kriminalizzazzjoni, id-dewmien u ċ-ċaħda tal-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, speċifikament il-kura tal-abort, jikkostitwixxu forma ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru; billi dawn ir-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet ma jnaqqsux l-għadd ta’ aborti, iżda minflok iġiegħlu lin-nies jivvjaġġaw distanzi twal jew jirrikorru għal aborti mhux sikuri u dan jagħmilhom ukoll vulnerabbli għal investigazzjoni u prosekuzzjoni kriminali; billi dawn jaffettwaw lil dawk l-aktar nieqsa mir-riżorsi u mill-informazzjoni; billi kważi l-imwiet kollha li jirriżultaw minn abort mhux sikur iseħħu f’pajjiżi fejn l-abort huwa ristrett ħafna; billi dawn l-imwiet jistgħu jiġu evitati; billi l-abort mhux sikur huwa kawża ewlenija – iżda li tista’ tiġi evitata – ta’ morbożità materna;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi persuni u gruppi emarġinati, inklużi minoranzi razzjali, etniċi u reliġjużi, migranti, nies minn sfondi soċjoekonomiċi żvantaġġati, nies li jgħixu f’żoni rurali, persuni b’diżabbiltà, membri tal-komunità LGBTIQ+ u vittmi tal-vjolenza, spiss jiffaċċjaw ostakli addizzjonali, diskriminazzjoni intersezzjonali u vjolenza fl-aċċess għall-kura tas-saħħa; billi dan huwa riżultat ta’ liġijiet u politiki li jippermettu prattiki ta’ kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva koerċittivi u n-nuqqas li jiġu żgurati akkomodazzjonijiet raġonevoli fl-aċċess għal kura u informazzjoni ta’ kwalità;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar, għal darb’oħra, li s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati huma drittijiet fundamentali tal-bniedem li jridu jiġu protetti u msaħħa u bl-ebda mod ma jistgħu jiddgħajfu jew jiġu rtirati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar fl-impenn tal-UE favur il-promozzjoni, il-protezzjoni u r-rispett tad-dritt ta’ kull individwu, b’mod partikolari, u ta’ kull mara u tfajla, li jkollhom awtonomija tal-ġisem u kontroll sħiħ fuq kwistjonijiet relatati mas-sesswalità u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom, u li jieħdu deċiżjonijiet b’mod liberu b’rabta magħhom, mingħajr diskriminazzjoni, koerċizzjoni u vjolenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew iniedi Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati, kif mitlub fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2022 u tat-22 ta’ Novembru 2023, u jadotta l-proposta tiegħu inkluża fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2023 biex jiżdiedu l-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-dritt għal abort sikur u legali mal-Karta u biex din tiġi emendata kif ġej:
</ACTION><ACTION>

<TGROUP COLS="1"><COLSPEC COLNAME="C1" COLNUM="1" COLWIDTH="100*"/>
<ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C1">
Artikolu 3

Id-dritt għall-integrità tal-persuna <STRING BOLD="on">u għall-awtonomija tal-ġisem</STRING>

<NO.P>2a.</NO.P><STRING BOLD="on">Kull persuna għandha d-dritt għall-awtonomija tal-ġisem u għal aċċess liberu, infurmat, sħiħ u universali għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u għas-servizzi tal-kura tas-saħħa relatati kollha mingħajr diskriminazzjoni, inkluż aċċess għal abort sikur u legali</STRING>;
</ENTRY></ROW>
</TGROUP>

</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkundanna, bl-aktar mod qawwi, ir-rigress fid-drittijiet tan-nisa u kull tentattiv rigressiv biex jiġu ristretti jew jitneħħew il-protezzjonijiet eżistenti għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri li jseħħu globalment, inkluż fl-Istati Membri tal-UE, kif ukoll il-forom kollha ta’ theddid, intimidazzjoni u fastidju diretti lejn id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu biex javvanzaw dawn id-drittijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar iż-żieda sinifikanti fil-finanzjament għal gruppi kontra l-ġeneru u kontra l-għażla fid-dinja, inkluż fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu mill-għodod kollha disponibbli biex tiżgura li l-organizzazzjonijiet li jaħdmu kontra l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa, inklużi d-drittijiet riproduttivi, ma jirċevux finanzjament tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiddekriminalizzaw bis-sħiħ l-abort f’konformità mal-linji gwida tad-WHO tal-2022, u jneħħu u jikkumbattu l-ostakli għall-abort sikur u legali u l-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati; jistieden lill-Polonja u lil Malta jirrevokaw il-liġijiet tagħhom u miżuri oħra dwar projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-abort; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Pollakki jagħtu prijorità lill-isforzi leġiżlattivi biex jiżguraw aċċess sħiħ għal abort sikur u legali kemm jista’ jkun malajr; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Maltin jiddekriminalizzaw immedjatament l-abort u jipprovdu aċċess għal abort sikur u legali f’konformità mal-linji gwida tad-WHO tal-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Istati Membri jiggarantixxu aċċess għal kura tal-abort sikura, legali u mingħajr ħlas, għal servizzi u provvisti tal-kura tas-saħħa ta’ qabel it-twelid u tal-omm, ippjanar tal-familja volontarju, kontraċezzjoni u servizzi favur iż-żgħażagħ, u għall-prevenzjoni, għat-trattament u għall-kura tal-HIV, u għall-appoġġ fil-ġlieda kontra l-HIV, mingħajr diskriminazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jikkundanna l-fatt li, f’xi Stati Membri, l-abort qed jiġi miċħud minn tobba, u f’xi każijiet minn istituzzjonijiet mediċi sħaħ, fuq il-bażi tal-klawżola tal-“kuxjenza”; jiddeplora l-fatt li din il-klawżola spiss tintuża f’sitwazzjonijiet fejn kwalunkwe dewmien jipperikola l-ħajja jew is-saħħa tal-pazjent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess għall-firxa sħiħa ta’ servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati inklużi edukazzjoni komprensiva, adattata għall-età u bbażata fuq l-evidenza dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet għal kulħadd, metodi u provvisti ta’ kontraċezzjoni ta’ kwalità għolja, aċċessibbli, sikuri u mingħajr ħlas, u pariri dwar l-ippjanar tal-familja, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lin-nisa ta’ kulur, lin-nisa Rom, lin-nisa anzjani, lin-nisa b’livelli ta’ edukazzjoni aktar baxxi, lill-persuni LGBTIQ+, lin-nisa b’diżabbiltà, lill-adoloxxenti, lin-nisa migranti, fosthom il-migranti irregolari, u lin-nisa waħedhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-gvernijiet lokali jżidu l-infiq tagħhom fuq programmi u s-sussidji diretti tagħhom lill-istrutturi, inklużi s-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-ippjanar tal-familja u organizzazzjonijiet oħra attivi f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Istati Membri jagħmlu l-metodi u l-proċeduri tal-abort parti obbligatorja mill-kurrikulu għat-tobba u l-istudenti tal-mediċina, b’mod partikolari l-istudenti tal-ġinekoloġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri kollha jneħħu l-ostakli legali, finanzjarji, soċjali u prattiċi u r-restrizzjonijiet fuq l-abort, inklużi dawk li jaffettwaw b’mod sproporzjonat lin-nisa fil-faqar, b’mod partikolari n-nisa razzjalizzati, inklużi n-nisa suwed u n-nisa ta’ minoranza etnika, u n-nisa ta’ familji b’ġenitur wieħed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati bħala fornituri tas-servizzi u avukati tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, u jħeġġiġhom ikomplu bil-ħidma tagħhom; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw u jappoġġjaw politikament spazju ċiviku abilitanti fl-UE permezz ta’ strateġija tas-soċjetà ċivili, jiżguraw il-protezzjoni tan-nisa u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati permezz ta’ mekkaniżmu ta’ protezzjoni għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jappoġġjawhom finanzjarjament, b’mod partikolari permezz tal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV); jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż l-abort, permezz tal-programm EU4Health;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jappella wkoll lill-UE biex taġixxi bħala avukata u tagħmel ir-rikonoxximent ta’ dan id-dritt prijorità ewlenija fin-negozjati fi ħdan istituzzjonijiet internazzjonali u f’fora multilaterali oħra bħall-Kunsill tal-Ewropa u n-NU; jitlob lill-UE tirratifika l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>