<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0287</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ebda oġġezzjoni għal att delegat: Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u New Zealand</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0200/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 fir-rigward ta’ xi dispożizzjonijiet b’segwitu għall-ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand u t-tħassir ta’ dispożizzjonijiet li ma għadhomx validi fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib (C(2024)01499 – 2024/2677(DEA))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2024)01499),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2024, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 19 ta’ Marzu 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 u l-Artikolu 227(5) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-fatt li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li skada fil-11 ta’ April 2024,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-passi proċedurali tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (“il-Ftehim”) tlestew bil-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/244<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/244 tas-27 ta’ Novembru 2023 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (ĠU L 244, 28.2.2024, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea </STRING>fit-28 ta’ Frar 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont l-aħħar informazzjoni li waslet, min-naħa ta’ New Zealand il-leġiżlazzjoni meħtieġa biex jiġi implimentat il-Ftehim x’aktarx kellha tiġi adottata sal-aħħar ta’ Marzu 2024, u b’hekk il-Ftehim ikun jista’ jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Ftehim jintroduċi diversi kwoti tariffarji ġodda u jemenda xi kwoti tariffarji eżistenti tad-WTO speċifiċi għall-pajjiż għall-prodotti li joriġinaw minn New Zealand, fost oħrajn;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi dawk il-bidliet se jiġu riflessi fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni soġġetti għal liċenzji u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-depożitu ta’ garanziji fl-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli soġġetti għal liċenzji;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-Regolament Delegat (UE) 2020/760 għandu għalhekk jiġi emendat sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>