<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0288</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Kwittanza 2022: Il-baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0071/2024 - Rapporteur: Luke Ming Flanagan)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><NR>1.</NR> <STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2023/2131(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 45, 24.2.2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 (COM(2023)0391 – C9‑0250/2023)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/2, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/103, 4.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/112, 12.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0071/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta’ kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> (serje L).
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><RESOL><TI><NR>2.</NR> <STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2024 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2023/2131(DEC))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0071/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza, l-awtorità ta’ kwittanza tixtieq tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Parlament huwa l-unika istituzzjoni responsabbli mill-għoti tal-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, u billi l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill huwa taqsima tal-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 15(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), il-Kunsill Ewropew ma għandux jeżerċita funzjonijiet leġiżlattivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 317 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit tal-Unjoni fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, wara li tqis il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u billi, skont il-qafas stabbilit, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit relatati magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, skont l-Artikoli 235(4) u 240(2) tat-TFUE, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (il-“Kunsill”) huma megħjuna mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u billi s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill huwa kompletament responsabbli mill-ġestjoni tajba tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fit-Taqsima II tal-baġit tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Parlament ilu kważi għoxrin sena jimplimenta l-prattika stabbilita sew u rispettata tal-għoti tal-kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni, u billi l-Kummissjoni taqbel li l-prattika li tingħata l-kwittanza lil kull istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija tal-Unjoni għan-nefqa amministrattiva tagħhom għandha tkompli tiġi segwita;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit li huma relatati magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, mill-2009 ’l hawn, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza wassal biex il-Parlament irrifjuta milli jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni u riċevituri tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, għandhom ikunu trasparenti u responsabbli b’mod demokratiku fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni u soġġetti għal skrutinju demokratiku tal-infiq tal-fondi pubbliċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew (l-“Ombudsman”) fl-inkjesta strateġika OI/2/2017/TE dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill indikat li l-prattika tal-Kunsill fir-rigward tat-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv ikkostitwiet amministrazzjoni ħażina u għandha tiġi indirizzata sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu l-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tikkonferma d-dritt tal-kontribwenti u tal-pubbliku li jinżammu infurmati dwar l-użu tad-dħul pubbliku u li l-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tal-25 ta’ Jannar 2023 fil-Kawża T-163/21<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023, <STRING ITALIC="on">De Capitani</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Kunsill</STRING>, T-163/21, CLI:EU:T:2023:15.</FIELD></FOOTNOTE>, <STRING ITALIC="on">De Capitani</STRING> vs <STRING ITALIC="on">il-Kunsill</STRING>, iddikjarat, dwar it-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni, li d-dokumenti prodotti mill-Kunsill fil-gruppi ta’ ħidma tiegħu mhumiex ta’ natura teknika iżda leġiżlattiva u għalhekk huma soġġetti għall-aċċess għal talbiet għal dokumenti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-baġit tal-Kunsill jaqa’ taħt l-intestatura 7 tal-QFP, “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”, liema baġit kien jammonta għal EUR 11,6-il biljun fl-2022 (li jirrappreżentaw 5,9 % tal-baġit totali tal-Unjoni); jinnota li l-baġit tal-Kunsill ta’ madwar EUR 0,6 biljun jirrappreżenta madwar 5,3 % tan-nefqa amministrattiva totali tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2022, eżaminat kampjun ta’ 60 tranżazzjoni fl-ambitu tal-Amministrazzjoni, l-istess għadd li kien eżaminat fl-2021; jinnota wkoll li l-Qorti tikteb li n-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq ir-riżorsi umani inkluża n-nefqa fuq il-pensjonijiet, li fl-2022 kienet tammonta għal madwar 70 % tan-nefqa amministrattiva totali, u n-nefqa fuq il-bini, it-tagħmir, l-enerġija, il-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni, u li l-ħidma tagħha tul bosta snin tindika li, b’mod ġenerali, dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li 14 (23 %) mis-60 tranżazzjoni kien fihom żbalji iżda li l-Qorti, abbażi tal-ħames żbalji li ġew ikkwantifikati, tistma li l-livell ta’ żball kien taħt is-soll ta’ materjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2022, il-Qorti tiddikjara li ma identifikat l-ebda kwistjoni speċifika li tikkonċerna lill-Kunsill;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni attwali tal-proċedura ta’ kwittanza</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li mill-2009 u għal darb’oħra għas-sena finanzjarja 2021, il-Parlament kellu jirrifjuta li jagħti kwittanza lill-Kunsill minħabba li dan għadu jirrifjuta li jikkoopera mal-Parlament dwar il-proċedura ta’ kwittanza, u dan jipprevjeni lill-Parlament milli jieħu deċiżjoni infurmata bbażata fuq skrutinju serju u bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li, fit-28 ta’ Settembru 2023, is-servizzi rilevanti tal-Parlament, f’isem ir-rapporteur għall-proċedura ta’ kwittanza, bagħtu kwestjonarju lis-Segretarjat tal-Kunsill li fih 74 mistoqsija importanti għall-Parlament sabiex ikun jista’ jsir skrutinju bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill u tal-ġestjoni tal-Kunsill; jinnota wkoll li ntbagħtu kwestjonarji simili lill-istituzzjonijiet l-oħra kollha, li kollha kemm huma taw lill-Parlament tweġibiet dettaljati għall-mistoqsijiet kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, fit-12 ta’ Ottubru 2023, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill informa lill-Parlament għal darb’oħra li ma kienx se jwieġeb għall-kwestjonarju tal-Parlament u li l-Kunsill ma kienx se jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ li kienet ippjanata li ssir fil-25 ta’ Ottubru 2023 bħala parti mill-proċess ta’ kwittanza, u li fiha pparteċipaw l-istituzzjonijiet mistiedna l-oħra kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza l-prerogattiva tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikolu 319 tat-TFUE kif ukoll id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament f’konformità mal-interpretazzjoni u l-prattika attwali, jiġifieri s-setgħa li jagħti l-kwittanza sabiex tinżamm it-trasparenza u tiġi żgurata r-responsabbiltà demokratika fil-konfront tal-kontribwenti tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja li l-Artikolu 59(1) tar-Regolament Finanzjarju jiddikjara li l-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni s-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit li huma relatati magħhom u, għalhekk, isibha inkomprensibbli li l-Kunsill jemmen li huwa xieraq li għandha tingħata kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq fuq il-prattika stabbilita sew u rispettata segwita mill-Parlament matul kważi għoxrin sena ta’ għoti ta’ kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji kollha tal-Unjoni; itenni li l-Kummissjoni ddikjarat in-nuqqas ta’ kapaċità tagħha li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġits tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fehma mtennija tal-Kummissjoni li l-prattika li tingħata kwittanza lil kull istituzzjoni tal-Unjoni għan-nefqa amministrattiva tagħhom għandha tkompli tiġi segwita mill-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq li s-sitwazzjoni attwali timplika li l-Parlament jista’ biss jivverifika r-rapporti tal-Qorti u tal-Ombudsman kif ukoll l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kunsill, għax il-Kunsill qed ikompli bil-prattika ħażina tiegħu li ma jikkooperax mal-Parlament, li tagħmilha impossibbli għall-Parlament li jwettaq dmirijietu b’mod xieraq u jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti tal-kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill, għal aktar minn għaxar snin, wera li ma għandu ebda rieda politika li jikkollabora mal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza annwali; jissottolinja li din l-attitudni kellha effett negattiv dejjiemi fuq iż-żewġ istituzzjonijiet, skreditat il-ġestjoni u l-iskrutinju demokratiku tal-baġit tal-Unjoni u kienet ta’ dannu għall-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni bħala entità trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tappoġġja d-dritt tal-kontribwenti u tal-pubbliku li jinżammu infurmati dwar l-użu tad-dħul pubbliku; jappella, għalhekk, biex il-prerogattiva u r-rwol tal-Parlament bħala garanti tal-prinċipju tar-responsabbiltà demokratika jiġu għal kollox rispettati; jistieden lill-Kunsill isegwi kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Parlament fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill ikompli kemm jista’ jkun malajr in-negozjati mal-Parlament fl-ogħla livell, bl-involviment tas-Segretarji Ġenerali u l-Presidenti taż-żewġ istituzzjonijiet, sabiex jintemm l-impass u tinstab soluzzjoni filwaqt li jiġu rispettati r-rwoli rispettivi tal-Parlament u tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza u jiġu żgurati t-trasparenza u l-kontroll demokratiku xieraq tal-implimentazzjoni tal-baġit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq li, filwaqt li s-sitwazzjoni attwali trid tittejjeb permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali aħjar fil-qafas tat-Trattati, reviżjoni tat-Trattati tista’ tagħmel il-proċedura ta’ kwittanza aktar ċara u trasparenti billi tagħti lill-Parlament il-kompetenza espliċita biex jagħti l-kwittanza lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni fuq bażi individwali; jissottolinja, madankollu, li sakemm issir reviżjoni bħal din, is-sitwazzjoni attwali trid tittejjeb permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali aħjar fi ħdan il-qafas attwali tat-Trattati u jħeġġeġ lill-Kunsill jimpenja ruħu b’mod attiv mal-Parlament biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li minkejja li l-Kunsill mhux qed juri r-rieda li jikkoopera fil-proċedura ta’ kwittanza, il-Parlament madankollu jisħaq fuq xi prijoritajiet politiċi u jistabbilixxi xi osservazzjonijiet rigward il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Kunsill u osservazzjonijiet oħra rilevanti għall-proċedura ta’ kwittanza f’din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Ifakkar li peress li r-Russja bdiet twettaq gwerra ta’ aggressjoni fuq skala sħiħa illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata kontra l-Ukrajna fl-24 ta’ Frar 2022, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha wiegħdu assistenza lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha; ifakkar fl-inizjattiva tal-munizzjon li inizjalment kellha l-għan li, sa Marzu 2024, tipprovdi miljun rawnd ta’ artillerija tal-155 mm lill-Ukrajna iżda sa dik id-data kkonsenjat biss madwar nofs dak l-ammont; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaċċelleraw b’mod sinifikanti l-manifattura, l-akkwist u l-konsenja ta’ munizzjon lill-Ukrajna mingħajr dewmien; jirrimarka li l-Gvern Ukren talab lill-alleati Ewropej tiegħu biex jipprovdu lill-Ukrajna 7 minn madwar 30 sistema Patriot kontra l-missili disponibbli fl-Istati Membri biex jipproteġu b’mod aktar adegwat l-infrastruttura ċivili kontra l-aggressjoni Russa; jiddispjaċih li sal-lum Stat Membru wieħed biss wiegħed sistema addizzjonali u jħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew iħaffef il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jalloka r-riżorsi biex jipprovdi lill-Ukrajna bil-kapaċitajiet ta’ difiża tal-ajru meħtieġa; jenfasizza li l-Parlament mhux se jagħti l-kwittanza lill-Kunsill talli naqas milli jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament u sakemm l-appoġġ meħtieġ għall-Ukrajna ma jkunx ibbaġitjat b’mod adegwat; jafferma mill-ġdid is-solidarjetà tiegħu mal-Ukrajna u jenfasizza l-importanza ta’ azzjoni deċiżiva mill-mexxejja Ewropej biex jindirizzaw il-ħtiġijiet urġenti tas-sigurtà tas-sħab Ukreni tagħna;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Prijoritajiet politiċi</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kunsill jeżerċita l-prerogattiva tiegħu fil-proċeduri ta’ nomina u ħatra għal ħafna istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni mingħajr ma jqis il-fehmiet tal-partijiet interessati jew tar-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jissottolinja li t-tradizzjoni tal-Kunsill li ma jeżaminax il-ħatriet ta’ Stati Membri individwali għall-biċċa l-kbira tal-pożizzjonijiet tfisser li l-kwalifiki professjonali tal-kandidati ma jiġux ivverifikati bir-reqqa; jinsisti, għalhekk, fuq il-ħtieġa li jsir rieżami tal-prerogattiva tal-Kunsill bil-għan li tiġi ggarantita u msaħħa l-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet, tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji kkonċernati u tiżdied il-leġittimità ta’ dawk li jinħatru; jissuġġerixxi li possibbiltà waħda biex jiġi żgurat li l-kandidati jkollhom il-kwalifiki meħtieġa tkun li jiġu stabbiliti bordijiet indipendenti ta’ esperti li jwettqu tali verifiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar li skont l-Artikolu 286(2) tat-TFUE, il-Kunsill jaħtar il-membri tal-Qorti wara konsultazzjoni mal-Parlament; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kunsill ripetutament naqas milli jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament fir-rwol konsultattiv tiegħu rigward il-ħatra tal-membri tal-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jirrimarka l-iżbilanċ serju bejn il-ġeneri fil-Qorti fejn, fi tmiem l-2022, kien hemm biss disa’ membri nisa meta mqabbla ma’ 17-il membru raġel; jinnota d-diffikultajiet biex jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fil-Qorti minħabba l-proċedura ta’ nomina attwali; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jikkunsidra mill-ġdid il-proċedura ta’ nomina bil-għan li din il-problema tiġi indirizzata b’azzjonijiet konkreti bħal pereżempju li jkun obbligatorju għall-Istati Membri li jinnominaw mill-anqas żewġ kandidati ta’ ġeneru differenti għal kull pożizzjoni vakanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li s’issa l-Kunsill injora r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħtieġa ta’ konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 445, 29.10.2021, p. 150.</FIELD></FOOTNOTE> u jinsisti li forum istituzzjonali ddedikat jiżgura integrazzjoni aktar b’saħħitha tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki u l-istrateġiji tal-Unjoni kif ukoll koordinazzjoni u progress essenzjali fil-fajls ewlenin relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-proċess deċiżjonali fil-Kunsill għadu ’l bogħod milli jkun kompletament trasparenti, u dan jaffettwa l-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni bħala entità trasparenti u b’hekk jipperikola r-reputazzjoni tal-Unjoni kollha kemm hi; ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman rigward it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill fl-inkjesta strateġika OI/2/2017/TE u jappoġġjahom; iħeġġeġ lill-Kunsill jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien żejjed; ifakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha fil-Kawża T-163/21, <STRING ITALIC="on">De Capitani</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Kunsill</STRING>, issottolinjat li, sabiex jiġi żgurat l-aċċess għad-dokumenti leġiżlattivi, hija meħtieġa trasparenza leġiżlattiva aktar ċara mill-Kunsill, u dan jikkorrispondi għall-obbligu tal-Kunsill f’termini ta’ skrutinju pubbliku u obbligu ta’ rendikont tal-koleġiżlaturi bħala l-bażi ta’ kwalunkwe leġittimità demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar ir-rwol dejjem akbar tal-Kunsill Ewropew fil-fajls leġiżlattivi, minkejja l-fatt li la għandu funzjoni leġiżlattiva u lanqas funzjoni eżekuttiva, u ma japplikax l-istess standards ta’ trasparenza bħall-Kunsill, li jfisser li mhuwiex qed jinżamm responsabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinnota li l-użu tal-proċedura ta’ votazzjoni b’unanimità fil-Kunsill dwar ċerti oqsma ta’ politika jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni u għalhekk jagħmilha suxxettibbli għar-rikatt mill-Istati Membri, speċjalment dawk li jonqsu milli jirrispettaw l-istat tad-dritt; jistieden lill-Kunsill japplika l-proċeduri ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata kull meta jkun previst mit-Trattati; jinnota li bidla għal proċedura ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill tista’ tkun triq waħda lejn tfassil ta’ politika aktar effiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-parteċipazzjoni tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri fir-reġistru obbligatorju ta’ trasparenza, stabbilit bil-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru obbligatorju ta’ trasparenza<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 207, 11.6.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, hija kompletament volontarja u jinsisti li r-Rappreżentanzi Permanenti kollha għandhom jieħdu sehem attiv fir-reġistru obbligatorju ta’ trasparenza qabel, matul u wara l-presidenza tal-Kunsill tal-Istat Membru tagħhom; jemmen li r-regoli etiċi eżistenti dwar il-kunflitti ta’ interess, ir-revolving doors u t-trasparenza dwar il-lobbjar għandhom jissaħħu u jiġu armonizzati u li r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jibbenefikaw direttament mis-sussidji tal-Unjoni permezz tan-negozji li huma sidien tagħhom ma għandhomx jitħallew jipparteċipaw f’diskussjonijiet u f’voti ta’ politika jew baġitarji relatati ma’ dawk is-sussidji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kunsill ma jużax bis-sħiħ ir-reġistru obbligatorju ta’ trasparenza oltre mil-limitazzjonijiet attwali tiegħu, u jirrifjuta kwalunkwe rakkomandazzjoni għal titjib; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill li jirrifjuta li jiltaqa’ ma’ lobbisti mhux reġistrati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-presidenzi b’rotazzjoni tal-Kunsill, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-workshop li sar mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fis-27 ta’ Ġunju 2023, jieqfu jużaw l-isponsorizzazzjoni korporattiva li tikkontribwixxi ħalli tkopri l-ispejjeż tagħhom; jifhem li r-riżorsi finanzjarji mill-baġits nazzjonali jvarjaw b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri u li kull Stat Membru, irrispettivament mid-daqs u l-baġit disponibbli tiegħu, għandu jkollu opportunità ugwali biex jorganizza presidenza tal-Kunsill ta’ suċċess, iżda jemmen li l-aċċettazzjoni ta’ sponsorizzazzjoni korporattiva tikkawża danni għar-reputazzjoni minħabba li tirriskja li toħloq kunflitti ta’ interess; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jipprovdi baġit lill-presidenzi tal-Kunsill biex jiżguraw standards adegwati u uniformi ta’ effiċjenza u effikaċja fil-ħidma tal-Kunsill b’mod ġenerali; jinsab diżappuntat, f’dak ir-rigward, bil-linji gwida mhux vinkolanti li ħareġ il-Kunsill dwar sponsorizzazzjonijiet korporattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, minkejja li l-Parlament għamel diversi talbiet, il-kodiċi ta’ kondotta għall-President tal-Kunsill Ewropew ma ġiex allinjat ma’ dawk tal-Parlament u tal-Kummissjoni, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-attivitajiet li għandhom jiġu approvati wara li l-President jitlaq mill-pożizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Itenni li d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2023/2061 tat-22 ta’ Settembru 2023 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 238, 27.9.2023, p. 114.</FIELD></FOOTNOTE> hija mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Parlament u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja annwali u l-Premessa 5 ta’ dik id-deċiżjoni tikkonċerna kwistjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi tal-Kunsill Ewropew skont l-Artikolu 15(1) tat-TUE u l-bażi ġuridika għall-istabbiliment tal-kompożizzjoni tal-Parlament skont l-Artikolu 14(2) tat-TUE; jinsisti li huwa biss f’idejn il-Parlament u l-Kunsill li jiddeċiedu dwar il-kontenut tal-baġit tal-Unjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 314 tat-TFUE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ġestjoni baġitarja u finanzjarja</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li l-baġit għall-Kunsill kien ta’ EUR 611 473 556 għall-2022, li jirrappreżenta żieda marġinali ta’ 2,9 % meta mqabbel mal-2021, li huwa ogħla b’mod sinifikanti miż-żieda mill-2020 għall-2021, li kienet ta’ 0,6 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Itenni d-dispjaċir tiegħu li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill ma nqasamx f’żewġ baġits separati b’mod ċar kif irrakkomandat mill-Parlament f’riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti sabiex jittejbu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, mhux l-anqas rigward il-Kunsill Ewropew, peress li bħalissa huwa impossibbli li tinkiseb informazzjoni affidabbli dwar l-ispejjeż tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinnota b’dispjaċir li s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jippubblika rapport dwar il-kontijiet annwali u serje ta’ rapporti annwali tal-attività minn partijiet differenti tas-Segretarjat Ġenerali iżda li huwa diffiċli li tinkiseb ħarsa ġenerali konċiża u faċilment aċċessibbli tal-attivitajiet kollha tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill peress li ma hemmx rapport wieħed li jiġbor fil-qosor u jippreżenta ħarsa ġenerali koerenti tal-attivitajiet tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kunsill jista’ jiċċertifika li l-kontijiet annwali tal-Kunsill għas-sena 2022 tħejjew f’konformità mat-Titolu XIII tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli tal-kontabbiltà adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, kif meħtieġ mill-istituzzjonijiet u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni, u li l-uffiċjal tal-kontabbiltà kellu aċċertament raġonevoli li l-kontijiet għall-2022 ippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati tal-operazzjonijiet u l-fluss tal-flus tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li l-Kunsill wettaq 64 trasferiment baġitarju fl-2022, kollha abbażi tal-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, żieda sinifikanti minn 43 fl-2021; jinnota wkoll li sitta mit-trasferimenti kienu jinvolvu t-tgħarrif tal-awtorità baġitarja u li r-raġuni ewlenija għal dawk it-trasferimenti kienet iż-żieda fl-ispejjeż tal-ilma, tal-gass, tal-elettriku u tat-tisħin u żidiet fis-salarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li t-trasferimenti kienu jimplikaw ukoll tnaqqis fl-ispejjeż tal-missjoni għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ EUR 300 000, ekwivalenti għal 9 %, u żieda simili ta’ EUR 300 000 fl-ispejjeż tal-missjonijiet għall-persunal relatat mal-Kunsill Ewropew, ekwivalenti għal 20 %; jitlob lill-Kunsill jiżgura trasparenza sħiħa dwar l-ivvjaġġar li jkun għamel il-President tal-Kunsill Ewropew, inklużi l-mezzi tat-trasport, il-ġustifikazzjoni għall-mezzi magħżula u l-persunal ta’ akkumpanjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jikkritika ż-żieda sinifikanti fil-baġit għall-ivvjaġġar għall-President tal-Kunsill Ewropew fuq għadd ta’ snin u jinsab imħasseb li, skont ir-rapporti tal-istampa, il-President tal-Kunsill Ewropew uża biss ajruplani kummerċjali fuq 18 minn 112-il missjoni mwettqa bejn il-bidu tal-mandat tiegħu fl-2019 u Diċembru 2022; jisħaq li l-ajruplani kummerċjali għandhom ikunu l-għażla standard anke għall-President tal-Kunsill Ewropew kull meta dik l-alternattiva tkun disponibbli u f’konformità mal-aġenda u l-post tal-laqgħat ikkonċernati u jissottolinja li l-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jaġixxu bħala eżempju tajjeb għall-pubbliku, mhux l-anqas fir-rigward tal-iżgurar tal-politiki dwar is-sostenibbiltà tal-klima;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ġestjoni interna, prestazzjoni u kontroll intern</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li, matul l-2022, il-miżuri eċċezzjonali relatati mal-pandemija tal-COVID-19 tneħħew gradwalment u li l-attivitajiet ta’ laqgħat reġgħu lura għan-normal; jinnota, f’dak ir-rigward, li l-għadd ta’ vidjokonferenzi li nbidlu f’laqgħat fiżiċi naqas mill-2021, meta 35 % tal-laqgħat kienu vidjokonferenzi u 65 % kienu laqgħat fiżiċi, għall-2022, meta 15 % tal-laqgħat kienu vidjokonferenzi u 85 % kienu laqgħat fiżiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota li l-għadd totali ta’ laqgħat uffiċjali fl-2022 kien ta’ 4 415, li jirrappreżenta żieda ta’ 2,9 % minn 4 291 fl-2021 u li jinkludi żieda sinifikanti fil-laqgħat fiżiċi b’aktar minn 150 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota li fl-2022 is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill nieda 44 proċedura ġdida ta’ akkwist pubbliku u li ġew iffirmati 42 kuntratt għal ammont totali ta’ EUR 123 863 392, li jirrappreżenta tnaqqis sinifikanti mill-2021 meta tnedew 62 proċedura ġdida ta’ akkwist pubbliku u ġew iffirmati 102 kuntratti li jammontaw għal EUR 416 013 813;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ipprovda sommarju tal-għadd u t-tip ta’ awditi interni mwettqa fis-Segretarjat Ġenerali fl-2022 u sinteżi tar-rakkomandazzjonijiet u l-azzjoni meħuda dwar dawk ir-rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 118(8) tar-Regolament Finanzjarju; jinnota li l-awditur intern stabbilixxa programm ta’ ħidma ta’ tliet snin għall-perjodu 2022-2024, li qed jinqasam fi programmi ta’ ħidma annwali; jinnota wkoll li fl-2022 twettqu seba’ awditi interni; jinnota fl-aħħar nett li, fi tmiem l-2022, ġew implimentati biss 72 % tar-rakkomandazzjonijiet mill-programm ta’ ħidma tal-2019-2021 u 27 % għadhom miftuħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-awditi interni twettqu f’firxa wiesgħa ta’ oqsma; jilqa’ wkoll il-fatt li r-rakkomandazzjonijiet kollha li jikkonċernaw sitta mis-seba’ awditi ġew aċċettati; jinnota li r-riżultati li jikkonċernaw l-awditu dwar il-ġestjoni tal-kriptoassi ma ġewx ikkomunikati minħabba li r-rapport tal-awditjar ġie kklassifikat; jisħaq li l-Parlament għandu sistemi biex jittratta informazzjoni kklassifikata u li r-riżultati tal-awditjar dwar il-ġestjoni tal-kriptoassi setgħu ġew ikkomunikati bl-użu ta’ dawk is-sistemi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Riżorsi umani, ugwaljanza u benesseri tal-persunal</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Kunsill mal-Parlament, l-osservazzjonijiet f’din it-taqsima huma bbażati primarjament fuq informazzjoni aggregata ppubblikata fuq is-sit web tal-Kunsill, li tipprovdi dettalji limitati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li l-Kunsill, fil-baġit tiegħu għall-2022, ġie assenjat 3 029 pożizzjoni, li huwa l-istess bħall-2021 iżda li d-distribuzzjoni fost il-kategoriji nbidlet bl-għadd ta’ pożizzjonijiet ta’ amministraturi (AD) li żdied minn 1 493 għal 1 519, l-għadd ta’ pożizzjonijiet ta’ assistenti (AST) li naqsu minn 1 320 għal 1 284 u l-għadd ta’ pożizzjonijiet ta’ segretarji (SC) żdied minn 180 għal 190; jitlob lill-Kunsill jipprovdi aktar dettalji dwar il-prevenzjoni tal-eżawriment għall-persunal tiegħu, speċjalment peress li l-għadd ta’ assistenti qed jonqos;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Josserva li sal-31 ta’ Diċembru 2022, skont ir-rapport tal-attività finanzjarja tiegħu għall-2022, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill kellu 2 924 pożizzjoni okkupata; jinnota wkoll li, fl-1 ta’ Jannar 2023, is-sit web tal-Kunsill kien qed jiddikjara li s-Segretarjat tal-Kunsill kellu 3 108 membri tal-persunal (uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati); jistieden lill-Kunsill jevita li jippubblika informazzjoni diskrepanti fis-sorsi miftuħa tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li minn 3 108 membri tal-persunal, 1 783 (57 %) kienu nisa u 1 325 (43 %) kienu rġiel; jesprimi dispjaċir għall-fatt li fil-kategorija “maniġment superjuri” 18 minn 51 biss, ekwivalenti għal 35 %, kienu nisa; jesprimi wkoll dispjaċir għall-fatt li dan jirrappreżenta tnaqqis fis-sehem tan-nisa fil-maniġment superjuri minn 38 % fl-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jinnota li 37 minn 83, ekwivalenti għal 45 %, fil-kategorija “maniġment intermedju” kienu nisa, li jirrappreżenta żieda żgħira minn 44 % tas-sena l-oħra; jinnota, fl-aħħar nett, li 814 minn 1 462, ekwivalenti għal 56 %, tal-ADs kienu nisa, li jirrappreżenta wkoll żieda żgħira minn 55 % fl-2021 u jinnota li 882 minn 1 411, ekwivalenti għal 63 %, tal-ASTs u tal-SCs kienu nisa, li huwa l-istess bħal fl-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-iżbilanċ bejn il-ġeneri fil-pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill; jistieden lill-Kunsill jieħu miżuri immedjati u konkreti biex jikseb bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-ġerarkija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li s-27 Stat Membru kollha huma rrappreżentati fil-persunal iżda li hemm żbilanċi ġeografiċi serji b’527 membru tal-persunal Belġjan, ekwivalenti għal 17 %, filwaqt li 0,2 % biss huma Ċiprijotti u 0,3 % huma Lussemburgiżi; jissottolinja l-importanza ta’ bilanċ ġeografiku ġust tal-membri tal-persunal fil-livelli kollha, speċjalment fil-livelli ta’ maniġment intermedju u superjuri, filwaqt li fl-istess ħin jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fir-regolament tal-persunal fir-rigward tal-kompetenzi u l-merti tal-kandidati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-Kunsill dwar il-ġeneru u dwar il-miżuri meħuda biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għall-persuni b’diżabbiltà impjegati mill-Kunsill; jistieden lill-Kunsill jipprovdi informazzjoni lill-Parlament dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri, id-distribuzzjoni ġeografika u d-diżabbiltajiet tal-membri tal-persunal tiegħu u dwar il-politiki interni relatati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li peress li l-Kunsill ma kienx qed iwieġeb għall-kwestjonarju tal-Parlament, il-Parlament ma għandu l-ebda informazzjoni dwar l-għadd ta’ trainees fil-Kunsill matul l-2022 u jekk dawn tħallsux matul it-traineeship tagħhom jew le; ifakkar fit-talba tal-Parlament lill-istituzzjonijiet kollha li t-trainees kollha għandhom jirċievu salarju sakemm ma jkunux diġà tħallsu minn sorsi oħra;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Qafas etiku u trasparenza</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Itenni li l-kondotta etika tikkontribwixxi għal ġestjoni finanzjarja tajba u żżid il-fiduċja pubblika u li, kif saħqet il-Qorti fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 13/2019, hemm lok għal titjib fl-oqfsa etiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u dan huwa kruċjali peress li kwalunkwe mġiba mhux etika mill-persunal u mill-membri tattira livelli għoljin ta’ interess pubbliku u tnaqqas il-fiduċja fl-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Parlament ma għandu l-ebda possibbiltà li jistaqsi mistoqsijiet dwar il-qafas etiku stabbilit fil-Kunsill peress li dan tal-aħħar mhux se jwieġeb mistoqsijiet mill-Parlament u, għalhekk, mhu se tasal l-ebda informazzjoni dwar il-kodiċi ta’ kondotta applikabbli għall-membri kollha tal-persunal tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Ifakkar fir-rakkomandazzjoni maħruġa mill-Qorti fir-Rapport Speċjali Nru 13/2019 tiegħu fir-rigward tat-titjib tal-qafas etiku tal-Kunsill; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta’ qafas etiku komuni tal-Unjoni li jirregola l-ħidma tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kunsill kif identifikat mill-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota li s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jippubblika rapport annwali b’informazzjoni rigward l-attivitajiet tax-xogħol ta’ eks uffiċjali għolja tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill wara li jħallu s-servizz (l-Artikolu 16, it-tielet u r-raba’ paragrafi, tar-Regolamenti tal-Persunal); jinnota li, skont ir-rapport rigward l-2022, erba’ uffiċjali għoljin iddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet tax-xogħol matul l-2022 u li żewġ eks uffiċjali għoljin ippreżentaw dikjarazzjonijiet lejn l-aħħar tal-2021, li ġew eżaminati wkoll fl-2022; jinnota li l-ebda waħda mit-talbiet ma nstabet li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li d-diretturi ġenerali kompetenti kollha tal-Kunsill, fir-rapporti annwali tal-attivitajiet tagħhom, iddikjaraw li ma tressaq l-ebda każ ta’ frodi jew irregolaritajiet matul l-2022;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Diġitalizzazzjoni, ċibersigurtà u protezzjoni tad-data</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota li, inizjalment, il-baġit tal-Kunsill għas-sistemi tal-IT u t-telekomunikazzjoni fl-2022 kien ta’ EUR 48 115 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 2,1 % meta mqabbel mal-2021; jinnota, madankollu, li EUR 6 805 000 oħra ġew ittrasferiti għall-baġit matul l-2022 iżda li l-pagamenti effettivi kienu konsiderevolment aktar baxxi, jiġifieri EUR 27 096 067, li jirrappreżentaw biss madwar 50 % tal-approprjazzjonijiet finali totali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-ipproċessar elettroniku tal-fatturi laħaq 97 % fl-2022, li jirrappreżenta żieda sinifikanti minn 89 % fl-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jesplora modi kif jista’ juża teknoloġiji b’sors miftuħ bl-aktar mod wiesa’ possibbli u jirrapporta dwar il-progress fl-użu ta’ tali sistemi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Binjiet</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota li l-pagamenti totali fir-rigward tal-bini kienu jammontaw għal EUR 45 435 994 fl-2022, żieda sinifikanti minn EUR 35 709 119 fl-2021, li tirrappreżenta żieda ta’ 27,2 %; jinnota li r-raġuni ewlenija għal din iż-żieda hija l-pagamenti għall-ilma, għall-gass, għall-elettriku u għat-tisħin, li żdiedu minn EUR 2 565 008 fl-2021 għal EUR 11 233 088 fl-2022, ekwivalenti għal żieda ta’ 338 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kunsill kien kapaċi jnaqqas il-konsum tal-enerġija fl-2022 meta mqabbel mas-snin preċedenti, anke minħabba l-politika adottata mill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni li jnaqqsu t-temperatura fil-bini għal 19-il grad; iħeġġeġ, madankollu, lis-Segretarjat tal-Kunsill jidentifika aktar inizjattivi biex inaqqas il-konsum tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jesprimi dispjaċir li peress li l-Kunsill mhuwiex qed iwieġeb għall-kwestjonarju tal-Parlament, dan tal-aħħar ma għandu l-ebda informazzjoni dwar l-inizjattivi fil-Kunsill matul l-2022 dwar aċċess imtejjeb ta’ persuni b’diżabbiltà għall-bini tagħhom u inizjattivi possibbli oħra għall-persuni b’diżabbiltà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Ambjent u sostenibbiltà</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinnota li għadu diffiċli li tinkiseb informazzjoni aġġornata u komprensiva dwar kwalunkwe inizjattiva mill-Kunsill rigward l-ambjent u s-sostenibbiltà u l-iżviluppi fil-konsum ġenerali, inkluż l-użu tal-ilma, tal-gass, tal-elettriku u tal-karti; iħeġġeġ lill-Kunsill jirrapporta b’mod sistematiku dwar l-elementi ambjentali u ta’ sostenibbiltà tal-ħidma tiegħu bħala parti mir-rapportar annwali tiegħu; jinnota b’sodisfazzjon il-ftit inizjattivi mifruxa msemmija fir-rapportar annwali, bħax-xiri ta’ erba’ karozzi elettriċi u l-inkoraġġiment biex jiġu integrati klawżoli relatati mal-ambjent fil-proċeduri ta’ akkwist;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Ikompli jistieden lill-Kunsill jistabbilixxi sistema, jekk ma tkunx diġà ġiet stabbilita, li tħeġġeġ lill-persunal juża t-trasport pubbliku jew trasport ieħor b’emissjonijiet baxxi bħar-roti, biex titnaqqas l-impronta tal-karbonju tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jinnota li l-kontijiet annwali tal-Kunsill isemmu li, fi tmiem l-2022, il-Kunsill kien fil-pussess ta’ 773,4 Ċertifikat tal-Enerġija Ekoloġika meta mqabbel ma’ 2 589,2 fi tmiem l-2021, abbażi tal-enerġija prodotta minn pannelli solari li jinsabu fuq il-bejt tal-bini tal-Kunsill; jinnota li ċ-ċertifikati jiswew EUR 65 kull wieħed; ikompli jitlob lill-Kunsill biex jirrapporta lura f’aktar dettall dwar il-bejgħ ta’ tali ċertifikati fis-suq miftuħ u l-użu maħsub tad-dħul iġġenerat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Artikolu 319 tat-TFUE jiġi rivedut bħala parti minn bidla ta’ dak it-Trattat sabiex jistipula b’mod espliċitu li l-Parlament, minbarra li jagħti kwittanza lill-Kummissjoni, jagħti wkoll kwittanza lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-taqsimiet tagħhom tal-baġit ġenerali jew tal-baġits tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Komunikazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jinnota li l-2022 kienet sena rekord b’aktar minn 24,5 miljun żjara fuq is-sit web tal-Kunsill, li tirrappreżenta żieda ta’ 16 % meta mqabbla mal-2020, u li l-għadd ta’ segwaċi fuq Facebook żdied bi 8 %, filwaqt li l-għadd ta’ segwaċi fuq X (li qabel kien Twitter), Instagram u LinkedIn żdied bi 19 %, 17 % u 33 % rispettivament.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill jaħdem mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bil-għan li jutilizza ż-żewġ pjattaformi tal-media soċjali b’sors miftuħ, EU-Voice u EU-Video, li tnedew bħala proġett pilota pubbliku biex jippromwovi l-użu ta’ networks soċjali liberi u b’sors miftuħ; iħeġġeġ lill-Kunsill juża alternattivi tan-network soċjali deċentralizzati għal pjattaformi online kbar ħafna, bħal Mastodon.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>