<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0290</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni li ma jkunx hemm oppożizzjoni għal att iddelegat: regoli dwar il-proporzjon għall-Istandard 1 tal-KAAT</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0199/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2024 li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (C(2024)01488 – 2024/2663(DEA))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2024)01488),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2024, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 19 ta’ Marzu 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 152(6) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, mill-1 ta’ Jannar 2023, l-Istati Membri qed jimplimentaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom inkluż l-obbligu li jżommu proporzjon ta’ art bil-ħaxix permanenti meta mqabbel maż-żona agrikola kif stabbilit bħala parti mill-Istandard 1 (“KAAT 1”) tal-Kundizzjoni Agrikola u Ambjentali Tajba tal-Art (KAAT) fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-esperjenza mill-bidu tal-implimentazzjoni tal-KAAT 1 turi li dawn ir-regoli jeħtieġ li jiġu emendati biex jiġi evitat li jitqiegħed piż sproporzjonat fuq il-bdiewa fejn il-bidliet strutturali fis-sistemi tal-biedja tal-Istati Membri kkawżati minn riorjentazzjoni tas-suq, bħal bidla mill-produzzjoni tal-bhejjem għall-biedja tar-raba’ li jinħadem u tnaqqis fil-produzzjoni tal-bhejjem, iħallu impatt sostanzjali fuq il-kapaċità tal-bdiewa li jistabbilixxu art bil-ħaxix permanenti filwaqt li jżommu l-vijabbiltà tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, f’ċerti sitwazzjonijiet, l-Istati Membri jista’ jkollhom jimponu obbligi fuq il-benefiċjarji biex jikkonvertu mill-ġdid iż-żoni f’art bil-ħaxix permanenti jew jistabbilixxu żoni ta’ art bil-ħaxix permanenti, anki jekk it-tnaqqis fil-proporzjon annwali huwa dovut għal fluttwazzjonijiet fiż-żoni ddikjarati;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi f’xi ċirkustanzi, iż-żoni ta’ art bil-ħaxix permanenti jistgħu jiġu rreġistrati fis-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art iżda mhux iddikjarati għal pagamenti diretti mill-bdiewa f’sena partikolari, jew iż-żona agrikola totali tista’ tiżdied minħabba dikjarazzjonijiet addizzjonali mill-bdiewa;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, f’sitwazzjonijiet bħal dawn fejn it-tnaqqis tal-proporzjon annwali lil hinn mil-livell limitu ta’ 5 % stabbilit fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115 ma jirriżultax mill-konverżjoni ta’ art bil-ħaxix permanenti f’użi agrikoli oħra, jista’ jkun sproporzjonat li jiġu imposti obbligi fuq il-bdiewa biex jistabbilixxu żoni addizzjonali ta’ art bil-ħaxix permanenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi huwa xieraq li jiġi permess ċertu grad ta’ flessibbiltà filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mal-objettiv ewlieni tal-KAAT 1 li jkun hemm salvagwardja ġenerali kontra l-konverżjoni għal użi agrikoli oħra biex tiġi ppreservata l-ħażna tal-karbonju u bit-tnaqqis massimu tal-proporzjon stabbilit fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 52).</FIELD></FOOTNOTE>, li jistabbilixxi regoli dwar il-proporzjon għall-KAAT 1, għandu għalhekk jiġi emendat;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>