<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0304</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Miżuri temporanji ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE/Euratom/Ukrajna</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0077/2024 - Rapporteur: Sandra Kalniete)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri temporanji ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (COM(2024)0050 – C9-0021/2024 – 2024/0028(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0050),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0021/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tat-8 ta' April 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0077/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu ppubblikati fis-serje C ta' <STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sostanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT TCLINK="YES"><STRING BOLD="on">P9_TC1-COD(2024)0028</STRING></IDENT><OTTXT><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-23 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri temporanji ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra</STRING></TI><NOTE><STRING ITALIC="on">(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1392.)</STRING></NOTE></OTTXT></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI>ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA</TI><STI><STRING BOLD="on">Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-importazzjonijiet taċ-ċereali mill-Ukrajna fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1392</STRING></STI>
Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fixklet il-ktajjen tal-provvista li kienu jeżistu. L-UE qed tipprovdi appoġġ lill-Ukrajna biex terġa’ tibda l-fluss normali taċ-ċereali u ta’ oġġetti oħra, speċjalment permezz tal-korsiji ta’ solidarjetà, u biex tiżgura li l-esportazzjonijiet taċ-ċereali jkunu jistgħu jaslu fid-destinazzjoni tagħhom, inkluż b’mod partikolari fi swieq terzi, biex tappoġġa s-sigurtà globali tal-ikel.

Il-Kummissjoni hija impenjata li tgħin lill-Ukrajna filwaqt li tippreserva wkoll l-interess tal-produtturi taċ-ċereali tal-UE u tiżgura funzjonament xieraq tas-suq taċ-ċereali fl-UE.

Minħabba l-importanza tal-produzzjoni taċ-ċereali u s-swieq taċ-ċereali, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari lill-monitoraġġ tal-importazzjonijiet taċ-ċereali, b’mod partikolari l-qamħ, u speċjalment lill-konċentrazzjoni ta’ tali importazzjonijiet fl-Istati Membri ġirien tal-Ukrajna. Fid-djalogu regolari tagħha mal-Ukrajna, il-Kummissjoni se tindirizza kwalunkwe kwistjoni li tirriżulta mill-monitoraġġ. Il-Kummissjoni tfakkar li l-importazzjonijiet mill-Ukrajna jistgħu jkunu soġġetti għal sorveljanza skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet, li tista’ tkun fil-forma ta’ liċenzjar tal-importazzjoni, jekk ix-xejra fl-importazzjonijiet thedded li tikkawża dannu lill-produtturi tal-Unjoni u jekk l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tuża l-għodod għad-dispożizzjoni tagħha f’każ ta’ bżonn. Il-Kummissjoni se tkompli tirrapporta regolarment lill-Istati Membri dwar l-eżiti tad-djalogu regolari mal-Ukrajna.

Għall-prodotti koperti mill-miżuri kummerċjali awtonomi, il-Kummissjoni tfakkar li r-Regolament jipprevedi wkoll mekkaniżmu ta’ salvagwardja msaħħaħ. Għall-ewwel darba, il-Kummissjoni introduċiet il-possibbiltà u hija lesta li tattiva dan il-mekkaniżmu f’każ ta’ effetti avversi fuq is-suq ta’ Stat Membru wieħed jew aktar u mhux biss għas-suq tal-UE kollu kemm hu. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tuża bis-sħiħ is-setgħat tagħha biex tibda ex officio l-mekkaniżmu ta’ salvagwardja msaħħaħ għall-importazzjonijiet tal-qamħ mill-Ukrajna.

Il-Kummissjoni tfakkar li fl-2022 u fl-2023 hija adottat miżuri biex tappoġġa lill-bdiewa Ewropej fl-Istati Membri kollha, b’mod partikolari fl-Istati Membri ġirien tal-Ukrajna.

<STRING BOLD="on">Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Proċess ta’ Rieżami skont l-Artikolu 29 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1392</STRING>

Il-Kummissjoni tikkonferma li, hekk kif il-miżuri kummerċjali awtonomi l-ġodda jiġu adottati mill-koleġiżlaturi, hija se tieħu l-passi meħtieġa skont l-Artikolu 29 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni biex issegwi, permezz ta’ konsultazzjonijiet mal-Ukrajna, il-proċess ta’ liberalizzazzjoni reċiproka tat-tariffi.

Il-Kummissjoni se tinvolvi mill-qrib lill-Parlament Ewropew u se żżommu aġġornat dwar il-progress ta’ dawk il-konsultazzjonijiet mal-Ukrajna. Il-Kummissjoni se tagħti l-kunsiderazzjoni dovuta lill-kummenti possibbli tal-Parlament Ewropew f’dan ir-rigward.

Il-Kummissjoni tfakkar li dawn il-modalitajiet ta’ ħidma ma jikkostitwixxux preċedent għal klawżoli ta’ rieżami fi kwalunkwe ftehim ieħor u ma jiddevjawx mill-Artikolu 218 TFUE.

Ir-riżultat ta’ dan il-proċess se jipprovdi ċertezza ekonomika u kummerċ stabbli kemm għall-Ukrajna kif ukoll għall-UE, għall-bdiewa u għan-negozji. Dan se jkun ukoll pass importanti għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna u għall-integrazzjoni ulterjuri fis-suq intern tal-UE, bħala parti mill-adeżjoni futura tal-pajjiż mal-Unjoni.
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>