<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0312</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Tħaffif u ċċarar tal-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv – Regolament emendatorju</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0444/2023 - Rapporteur: Markus Ferber, Margarida Marques)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2024 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (15876/2023 – C9-0005/2024 – 2023/0137(CNS))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (15876/2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 126(14), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0005/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0444/2023),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><OTTXT>
<STRING BOLD="on">Emenda		2</STRING>
<TI>EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">*</STRING>Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.</FIELD></FOOTNOTE></TI><TI>għall-abbozz tal-Kunsill</TI><TI>---------------------------------------------------------</TI></OTTXT></TXTLST><TXTLST><TCONSOLID><TI>REGOLAMENT TAL-KUNSILL<BRK/>li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv<BRK/></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT>IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,</PRINIT><GRVISA><VISA>
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(14), it-tieni subparagrafu tiegħu,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew<FOOTNOTE><FIELD>ĠU C , , p. .</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew<FOOTNOTE><FIELD>ĠU C 290, 18.8.2023, p. 17.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
</VISA></GRVISA><GRCONS><GRCINIT>Billi:</GRCINIT><CONS>
<NO.P>(1)</NO.P>Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri fl-Unjoni, kif previst mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), twassal għal konformità mal-prinċipji gwida ta' prezzijiet stabbli, finanzi pubbliċi u kondizzjonijiet monetarji sodi u bilanċi tal-pagamenti sostenibbli.
</CONS><CONS>
<NO.P>(2)</NO.P>Il-qafas ta' governanza ekonomika tal-Unjoni, li jinkludi sistema elaborata ta' koordinazzjoni tal-politika u sorveljanza tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri, iggwida lill-Istati Membri biex jilħqu l-objettivi tal-politika ekonomika u fiskali tagħhom. Mit-Trattat ta' Maastricht tal-1992 'l hawn, il-qafas għen biex tinkiseb konverġenza makroekonomika, biex jiġu ssalvagwardjati finanzi pubbliċi sodi u biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi. Flimkien ma' politika monetarja komuni u munita komuni fiż-żona tal-euro, il-qafas ħoloq kundizzjonijiet għall-istabbiltà ekonomika, it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv u żieda fl-impjiegi għaċ-ċittadini tal-Unjoni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(3)</NO.P>Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST), li inizjalment kien jikkonsisti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar il-PST<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir Amsterdam, 17 ta' Ġunju 1997 (ĠU C 236, 2.8.1997, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi tal-gvern sodi u sostenibbli bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli u inklużiv b'saħħtu bbażat fuq l-istabbiltà finanzjarja, u b'hekk appoġġa l-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni għat-tkabbir sostenibbli u għall-impjiegi.
</CONS><CONS>
<NO.P>(4)</NO.P>Fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), l-Istati Membri huma, skont l-Artikolu 126(1) TFUE, taħt l-obbligu li jevitaw defiċits eċċessivi tal-gvern.
</CONS><CONS>
<NO.P>(5)</NO.P>Jenħtieġ li l-qafas ta' governanza ekonomika tal-Unjoni jiġi adattat biex iqis aħjar l-eteroġeneità dejjem akbar tal-pożizzjonijiet fiskali, id-dejn pubbliku, l-isfidi ekonomiċi u vulnerabbiltajiet oħrajn fl-Istati Membri. Ir-rispons politiku qawwi għall-pandemija tal-COVID-19 wera li kien effettiv ħafna fil-mitigazzjoni tal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-kriżi, iżda rriżulta f'żieda sinifikanti fil-proporzjonijiet tad-dejn tas-settur pubbliku u privat, u dan jenfasizza l-importanza tat-tnaqqis tal-proporzjonijiet tad-dejn u tad-defiċits għal livelli prudenti b'mod gradwali, realistiku, sostnut u favorevoli għat-tkabbir, tal-possibbiltà ta' flessibbiltà għal politiki kontroċikliċi u tal-indirizzar l-iżbilanċi makroekonomiċi, filwaqt li tingħata attenzjoni xierqa lill-objettivi tal-impjiegi u soċjali. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-qafas ta' governanza ekonomika tal-Unjoni jiġi adattat biex jgħin fl-indirizzar tal-isfidi fuq terminu medju u twil li qed tiffaċċa l-Unjoni, inkluż il-kisba ta' tranżizzjoni diġitali u ekoloġika ġusta, inkluż il-Liġi dwar il-Klima<FOOTNOTE><FIELD>Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tistabbilixxi objettiv ta' newtralità klimatika għall-Unjoni kollha sal-2050 u tirrikjedi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri jagħmlu progress fit-tisħiħ tal-kapaċità adattiva, li tirrikjedi investiment pubbliku sinifikanti biex jitnaqqsu l-impatti soċjoekonomiċi negattivi tat-tibdil fil-klima fuq l-UE u fuq l-Istati Membri tagħha, inkluż l-impatti negattivi fuq it-tkabbir u s-sostenibbiltà fiskali.</FIELD></FOOTNOTE>, l-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija, l-appoġġ tal-awtonomija strateġika miftuħa, l-indirizzar tat-tibdil demografiku, it-tisħiħ tar-reżiljenza soċjali u ekonomika u l-konverġenza sostnuta, u l-implimentazzjoni tal-boxxla strateġika għas-sigurtà u għad-difiża, li kollha kemm huma jeħtieġu riformi u livelli għoljin sostnuti ta' investiment fis-snin li ġejjin.
</CONS><CONS>
<NO.P>(6)</NO.P>Jenħtieġ li l-qafas ta' governanza ekonomika tal-Unjoni jippromwovi finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli u tkabbir sostenibbli u inklużiv u għalhekk jiddifferenzja bejn l-Istati Membri billi jqis id-dejn pubbliku u l-isfidi ekonomiċi tagħhom u jippermetti trajettorji fiskali pluriennali speċifiċi għall-pajjiż, filwaqt li jiżgura sorveljanza multilaterali effettiva u jirrispetta l-prinċipju ta' trattament ugwali.
</CONS><CONS>
<NO.P>(7)</NO.P>Fl-istess ħin, sabiex jiġi żgurat qafas trasparenti u komuni tal-Unjoni bbażat fuq il-valuri referenzjarji msemmija fl-Artikolu 126(2) TFUE u l-Protokoll Nru 12 dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-TFUE u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), jenħtieġ li infurzar aktar b'saħħtu li jsostni s-sorveljanza multilaterali jkun il-kontroparti meħtieġa ta' qafas ta' sorveljanza bbażat fuq ir-riskju li jippermetti trajettorji fiskali speċifiċi għall-pajjiż.
</CONS><CONS>
<NO.P>(8)</NO.P>Sabiex jiġi ssimplifikat il-qafas fiskali tal-Unjoni u tiżdied it-trasparenza, jenħtieġ li indikatur operazzjonali uniku ankrat fis-sostenibbiltà tad-dejn iservi bħala bażi għall-istabbiliment tal-perkors tan-nefqa netta u għat-twettiq ta' sorveljanza fiskali annwali għal kull Stat Membru. Jenħtieġ li dak l-indikatur uniku jkun ibbażat fuq in-nefqa primarja netta ffinanzjata fil-livell nazzjonali, jiġifieri: in-nefqa netta tal-gvern ta’ nefqa fuq l-imgħax, miżuri tad-dħul diskrezzjonali, nefqa fuq programmi tal-Unjoni li taqbel bis-sħiħ mad-dħul minn fondi tal-Unjoni u nefqa nazzjonali fuq kofinanzjament ta’ programmi ffinanzjati mill-Unjoni, kif ukoll elementi ċikliċi ta’ nefqa fuq il-benefiċċji tal-qgħad. F'konformità mal-prinċipji gwida li ntużaw mill-Kummissjoni Ewropea għall-klassifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet bħala tranżazzjonijiet ta' darba, jenħtieġ li tranżazzjonijiet ta' darba u miżuri temporanji oħra jiġu esklużi wkoll min-nefqa netta. Dan l-indikatur jippermetti l-istabbilizzazzjoni makroekonomika peress li mhuwiex affettwat mill-operat ta' stabbilizzaturi awtomatiċi, inkluż fluttwazzjonijiet tad-dħul u tan-nefqa barra mill-kontroll dirett tal-gvern.
</CONS><CONS>
<NO.P>(9)</NO.P>Il-proċedura ta' defiċit eċċessiv (PDE) għal ksur tal-valur referenzjarju tad-defiċit ta' 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) ("PDE bbażata fuq id-defiċit"), imsemmija fl-Artikolu 126(2) TFUE u fil-Protokoll Nru 12 hija element stabbilit sew tal-qafas ta' sorveljanza fiskali tal-Unjoni li kien effettiv fl-influwenzar tal-politika fiskali fl-Istati Membri.
</CONS><CONS>
<NO.P>(10)</NO.P>Sabiex tissaħħaħ il-PDE għal ksur tal-kriterju tad-dejn ta' 60 % tal-PDG ("PDE bbażata fuq id-dejn"), imsemmija fl-Artikolu 126(2) TFUE u fil-Protokoll Nru 12, jenħtieġ li l-enfasi tkun fuq it-tluq mill-perkors tan-nefqa netta stabbilit mill-Kunsill skont ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] [dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u s-sorveljanza baġitarja multilaterali] (ĠU L …, …, p….).</FIELD></FOOTNOTE>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(13)</NO.P>F'konformità mal-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva], il-Kunsill, wara rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jippermetti lill-Istati Membri jiddevjaw mill-perkors tan-nefqa netta stabbilit mill-Kunsill skont dak ir-Regolament f'każ ta' reċessjoni ekonomika severa fiż-żona tal-euro jew fl-Unjoni kollha kemm hi, jew fil-każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali barra mill-kontroll tal-gvern b'impatt kbir fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istat Membru kkonċernat, dment li dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fit-terminu medju. B'konsegwenza ta' dan, jenħtieġ li tali devjazzjoni la ma tiġi rreġistrata fil-kont ta' kontroll u lanqas ma twassal għall-ftuħ ta' PDE bbażata fuq id-dejn.
</CONS><CONS>
<NO.P>(14)</NO.P>Meta tivvaluta l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv f'konformità mal-Artikolu 126(3) TFUE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-fatturi rilevanti kollha. Jenħtieġ li l-isfidi sostanzjali tad-dejn pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat jitqiesu bħala fattur aggravanti ewlieni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(14bis)</NO.P>Filwaqt li jiġu rikonoxxuti t-tensjonijiet ġeopolitiċi li qed jiżdiedu u l-isfidi għas-sigurtà u l-ħtieġa korrispondenti li l-Istati Membri jibnu l-kapaċitajiet tagħhom, jenħtieġ li ż-żieda fl-investiment tal-gvern fid-difiża titqies, fejn applikabbli, bħala fattur rilevanti meta tiġi vvalutata l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv f'konformità mal-Artikolu 126(3) TFUE. Dan il-fattur jista' jiġi vvalutat skont il-medji tal-UE, ix-xejriet fuq terminu medju jew punti ta' riferiment rilevanti oħra, filwaqt li jitqiesu wkoll ir-regoli statistiċi dwar iż-żmien tar-reġistrazzjoni tan-nefqa tat-tagħmir militari.
</CONS><CONS>
<NO.P>(15)</NO.P>Sabiex jinżamm rendikont tad-devjazzjonijiet mill-perkors tan-nefqa netta kif stabbilit fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva], jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi kont ta' kontroll għal kull Stat Membru li jiġbor id-devjazzjonijiet annwali matul iż-żmien. Jenħtieġ li l-informazzjoni fil-kont ta' kontroll tkun il-bażi tal-azzjonijiet ta' infurzar. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport skont l-Artikolu 126(3) TFUE meta l-proporzjon tad-dejn tal-gvern għall-PDG jaqbeż il-valur referenzjarju, il-pożizzjoni baġitarja ma tkunx qrib il-bilanċ jew f'surplus u meta d-devjazzjonijiet irreġistrati fil-kont ta' kontroll tal-Istat Membru jaqbżu l-limiti annwali jew kumulattivi stabbiliti. Il-pożizzjoni baġitarja għandha titqies qrib il-bilanċ jekk id-defiċit nominali ma jaqbiżx l-0.5 punti perċentwali tal-PDG.
</CONS><CONS>
<NO.P>(16)</NO.P>Jenħtieġ li l-perkors tan-nefqa netta korrettiva skont il-PDE jġib jew jżomm id-defiċit tal-gvern estiż taħt il-valur referenzjarju ta' 3 % tal-PDG imsemmi fl-Artikolu 126(2) TFUE u l-Protokoll Nru 12 sal-iskadenza stabbilita mill-Kunsill. Il-perkors tan-nefqa netta korrettiva skont il-PDE jkun fil-prinċipju dak stabbilit oriġinarjament mill-Kunsill, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat aġġustament strutturali minimu ta' 0.5 % tal-PDG f'każ ta' ksur tal-kriterju tad-defiċit jew il-ħtieġa li tiġi kkoreġuta d-devjazzjoni minn dak il-perkors bħala regola f'każ ta' ksur tal-kriterju tad-dejn. F'każ li l-perkors oriġinali ma jibqax fattibbli, minħabba ċirkostanzi oġġettivi, jenħtieġ li l-Kunsill ikun jista' jistabbilixxi perkors differenti skont il-PDE.
</CONS><CONS>
<NO.P>(17)</NO.P>Għall-Istati Membri taħt PDE, jenħtieġ li l-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, ikompli jkun jista' jestendi l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv meta jistabbilixxi l-eżistenza ta' reċessjoni ekonomika severa fiż-żona tal-euro jew fl-Unjoni kollha f'konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva], jew fil-każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali barra mill-kontroll tal-gvern b'impatt kbir fuq il-finanzi pubbliċi ta' Stat Membru individwali f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva], u dment li dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fit-terminu medju.
</CONS><CONS>
<NO.P>(18)</NO.P>Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 relatati mal-kontribuzzjonijiet għas-sistemi tal-pensjonijiet tat-tieni pilastru jitħassru peress li l-perkors tan-nefqa netta stabbilit mill-Kunsill jenħtieġ diġà li jqis it-telf tad-dħul relatat ma' tali kontribuzzjonijiet.
</CONS><CONS>
<NO.P>(19)</NO.P>L-istituzzjonijiet fiskali indipendenti wrew il-kapaċità tagħhom li jrawmu d-dixxiplina fiskali u jsaħħu l-kredibbiltà tal-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri. Sabiex tissaħħaħ is-sjieda nazzjonali, jenħtieġ li r-rwol tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti jinżamm fil-qafas ta' governanza ekonomika riformat tal-Unjoni, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">bil-ħsieb li gradwalment jissaħħu l-kapaċitajiet tagħhom</STRING></STRING>. Jenħtieġ li Bord Fiskali Ewropew aktar indipendenti jkollu rwol konsultattiv aktar prominenti fil-qafas tal-governanza ekonomika tal-Unjoni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(20)</NO.P>Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ċari għat-tħassir ta' proċeduri ta' defiċit eċċessiv. Jenħtieġ li t-tħassir jirrikjedi li d-defiċit jibqa' b'mod kredibbli taħt il-valur referenzjarju ta' 3 % tal-PDG imsemmi fl-Artikolu 126(2) TFUE u fil-Protokoll Nru 12 u, għal PDE bbażata fuq id-dejn, li l-Istat Membru juri konformità mal-perkors tan-nefqa netta skont il-PDE.
</CONS><CONS>
<NO.P>(21)</NO.P>Jenħtieġ li l-multi previsti fl-Artikolu 126(11) TFUE ma jipprevedux ammont minimu iżda jenħtieġ li jakkumulaw sakemm tittieħed azzjoni effettiva, sabiex jikkostitwixxu inċentiv reali għall-konformità mal-avviżi mogħtija lill-Istati Membri skont il-PDE f'konformità mal-Artikolu 126(9) TFUE.
</CONS><CONS>
<NO.P>(22)</NO.P>Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet relatati mar-Renju Unit jitħassru.
</CONS><CONS>
<NO.P>(23)</NO.P>Dan ir-Regolament huwa parti minn pakkett flimkien mar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva] u d-Direttiva (UE) […] li temenda d-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri. Flimkien, dawn jistabbilixxu qafas ta' governanza ekonomika riformat tal-Unjoni li jinkorpora fid-dritt tal-Unjoni s-sustanza tat-Titolu III "Patt Fiskali" tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TSKG) fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja<FOOTNOTE><FIELD>It-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja tat-2 ta' Marzu 2012.</FIELD></FOOTNOTE>, f'konformità mal-Artikolu 16 tiegħu. Billi jibni fuq l-esperjenza mill-implimentazzjoni tat-TSKG mill-Istati Membri, il-pakkett leġiżlattiv propost iżomm l-orjentazzjoni ta' terminu medju tal-Patt Fiskali bħala għodda biex jinkisbu d-dixxiplina baġitarja u l-promozzjoni tat-tkabbir. Il-pakkett jinkludi dimensjoni msaħħa speċifika għall-pajjiż immirata lejn it-tisħiħ tas-sjieda nazzjonali, inkluż biż-żamma ta' rwol tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti, li jibbaża fuq il-prinċipji komuni tal-Patt Fiskali proposti mill-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD>Il-Komunikazzjoni COM(2012)0342 final tal-20 ta' Ġunju 2012 tal-Kummissjoni "Prinċipji komuni dwar mekkaniżmi nazzjonali ta' korrezzjoni fiskali".</FIELD></FOOTNOTE> f'konformità mal-Artikolu 3(2) TSKG. L-analiżi tan-nefqa netta mill-miżuri ta' dħul diskrezzjonali għall-valutazzjoni ġenerali tal-konformità meħtieġa mill-Patt Fiskali hija stabbilita fir-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva]. Bħal fil-Patt Fiskali, devjazzjonijiet temporanji mill-pjan ta' terminu medju huma permessi biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva] u f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kont ta' kontroll. B'mod simili għall-Patt Fiskali, f'każ ta' devjazzjonijiet sinifikanti mill-pjan ta' terminu medju, jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri biex jiġu kkoreġuti d-devjazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien definit. Il-pakkett isaħħaħ is-sorveljanza fiskali u l-proċeduri ta' infurzar biex jitwettaq l-impenn li jiġu promossi finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli u tkabbir sostenibbli u inklużiv. Għalhekk, ir-riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika żżomm l-objettivi fundamentali tad-dixxiplina baġitarja u s-sostenibbiltà tad-dejn stabbiliti fit-TSKG.
</CONS><CONS>
<NO.P>(24)</NO.P>Huma meħtieġa dispożizzjonijiet tranżitorji għall-Istati Membri li huma taħt PDE meta jidħol fis-seħħ il-qafas riformat. Ir-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 126(7) TFUE u l-avviżi skont l-Artikolu 126(9) TFUE li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju jeħtieġ li jiġu riveduti sabiex jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(4) u tal-Artikolu 5(1) emendati. Dan jippermetti lill-Kunsill jistabbilixxi perkors tan-nefqa netta korrettiva konsistenti mad-dispożizzjonijiet il-ġodda għall-Istati Membri li jkunu ħadu azzjoni, mingħajr ma jħaffu l-proċedura ta' defiċit eċċessiv.
</CONS><CONS>
<NO.P>(24bis)</NO.P>Billi r-regoli tal-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv ibbażata fuq id-defiċit jibqgħu l-istess b'titjib strutturali annwali minimu ta' mill-inqas 0.5 % tal-PDG bħala punt ta' riferiment, fil-kuntest tal-ambjent tar-rata tal-imgħax mibdul b'mod sinifikanti, il-Kummissjoni tista', għal perjodu tranżitorju fl-2025, l-2026 u l-2027 – sabiex ma tikkompromettix l-effetti pożittivi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza – taġġusta l-punt ta' riferiment biex tqis iż-żieda fil-pagamenti tal-imgħax meta tistabbilixxi l-perkors korrettiv propost relatat mal-ewwel pjan fiskali-strutturali fuq terminu medju għas-snin 2025, 2026 u 2027 fi ħdan il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv, dment li l-Istat Membru kkonċernat jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(c) tar-Regolament (UE) dwar il-parti preventiva, b'mod konsistenti mal-objettiv li tinkiseb tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u l-bini ta' kapaċitajiet ta' difiża.
</CONS><CONS>
<NO.P>(25)</NO.P>Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1467/97 jiġi emendat skont dan,
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><DINIT>ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:</DINIT><GR.ART>
<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 1</STRING></TI.ART><PARAG>Ir-Regolament (KE) Nru 1467/97 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(1)</NO.P>L-Artikoli 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:<CITATION>
<STRING ITALIC="on">"Artikolu 1</STRING>

<NO.P>1.</NO.P>Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet biex titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv. L-objettiv tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv huwa li jiġu evitati defiċits eċċessivi tal-gvern u, jekk iseħħu, li jinkoraġġixxi ulterjorment il-korrezzjoni tagħhom, meta l-konformità mad-dixxiplina baġitarja tkun eżaminata abbażi tad-defiċit tal-gvern u l-kriterji tad-dejn tal-gvern.

<NO.P>2.</NO.P>Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament "Stati Membri parteċipanti" tfisser dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Japplikaw id-definizzjonijiet skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva].

<STRING ITALIC="on">Artikolu 2</STRING>

<NO.P>1.</NO.P>L-eċċess tad-defiċit tal-gvern 'il fuq mill-valur referenzjarju għandu jitqies bħala eċċezzjonali, f'konformità mal-Artikolu 126(2), it-tieni inċiż, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jekk jirriżulta mill-eżistenza ta' reċessjoni ekonomika severa fiż-żona tal-euro jew fl-Unjoni kollha kemm hi stabbilita mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva] jew minn ċirkostanzi eċċezzjonali barra mill-kontroll tal-gvern b'impatt kbir fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istat Membru kkonċernat, f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva].

Minbarra dan, l-eċċess 'il fuq mill-valur referenzjarju għandu jitqies bħala temporanju jekk il-previżjonijiet baġitarji kif previsti mill-Kummissjoni jindikaw li d-defiċit ser jaqa' taħt il-valur referenzjarju wara tmiem ir-reċessjoni ekonomika severa jew iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu.

<NO.P>1a.</NO.P>Meta dan jaqbeż il-valur referenzjarju, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern għall-prodott domestiku gross (PDG) għandu jitqies bħala li qiegħed jonqos biżżejjed u li qiegħed joqrob lejn il-valur referenzjarju b'pass sodisfaċenti f'konformità mal-Artikolu 126(2), il-punt (b), TFUE jekk l-Istat Membru kkonċernat jirrispetta l-perkors tan-nefqa netta tiegħu.

<NO.P>2.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport skont l-Artikolu 126(3) TFUE meta l-proporzjon tad-dejn tal-gvern għall-PDG jaqbeż il-valur referenzjarju, il-pożizzjoni baġitarja ma tkunx qrib il-bilanċ jew f'surplus u meta d-devjazzjonijiet irreġistrati fil-kont ta' kontroll tal-Istat Membru jaqbżu:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>0.3 punti perċentwali tal-PDG kull sena, jew inkella</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>0.6 punti perċentwali tal-PDG b'mod kumulattiv.</ITEM></LIST>

<NO.P>3.</NO.P>Meta tħejji rapport taħt l-Artikolu 126(3) TFUE, il-Kummissjoni għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha kif indikat f'dak l-Artikolu, sakemm dawn jaffettwaw b'mod sinifikanti l-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tad-defiċit u tad-dejn mill-Istat Membru kkonċernat.

<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Ir-rapport għandu jirrifletti, kif xieraq:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>il-grad tal-isfidi tad-dejn pubbliku bbażat fuq il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament [dwar il-parti preventiva], l-evoluzzjoni tal-pożizzjoni tad-dejn tal-gvern u l-finanzjament tiegħu, u l-fatturi ta' riskju relatati, b'mod partikolari l-istruttura tal-maturità, id-denominazzjoni tal-munita tad-dejn u l-obbligazzjonijiet kontinġenti, inkluż kwalunkwe obbligazzjoni impliċita relatata mat-tixjiħ u d-dejn privat;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>l-iżviluppi fil-pożizzjonijiet baġitarji fuq perjodu medju ta' żmien, inkluż, b'mod partikolari, id-daqs tad-devjazzjoni attwali mill-perkors tan-nefqa netta, f'termini annwali u kumulattivi kif imkejjel mill-kont ta' kontroll;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>l-iżviluppi fil-pożizzjoni ekonomika fuq perjodu medju ta' żmien, inkluż tkabbir potenzjali, l-iżviluppi fl-inflazzjoni u l-iżviluppi ċikliċi meta mqabbla mas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-perkors tan-nefqa netta;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>il-progress fl-implimentazzjoni ta' riformi u investimenti, inkluż b'mod partikolari, il-politiki għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi u l-politiki biex tiġi implimentata l-istrateġija komuni għat-tkabbir u għall-impjiegi tal-Unjoni, inkluż dawk appoġġati minn NextGenerationEU, u l-kwalità ġenerali tal-finanzi pubbliċi, b'mod partikolari l-effettività tal-oqfsa baġitarji nazzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(da)</SYMBOL>iż-żieda fl-investiment tal-gvern fid-difiża, fejn applikabbli, filwaqt li jitqies ukoll iż-żmien tar-reġistrazzjoni tan-nefqa tat-tagħmir militari.</ITEM></LIST>

<NO.P>4.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni xierqa u espliċita lil kwalunkwe fattur ieħor li, fl-opinjoni tal-Istat Membru kkonċernat, huwa rilevanti sabiex tiġi vvalutata b'mod komprensiv il-konformità mal-kriterji tad-defiċit u tad-dejn u li l-Istat Membru jkun ressaq quddiem il-Kunsill u l-Kummissjoni. F'dak il-kuntest, għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-kontribuzzjonijiet finanzjarji għat-trawwim tas-solidarjetà internazzjonali u għall-kisba tal-prijoritajiet komuni tal-Unjoni msemmija fir-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva].

Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu valutazzjoni ġenerali bilanċjata tal-fatturi rilevanti kollha, speċifikament il-limitu sa fejn dawn jaffettwaw il-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tad-defiċit u/jew tad-dejn bħala fatturi ta' aggravazzjoni jew ta' mitigazzjoni. Meta l-Istat Membru jiffaċċa sfidi sostanzjali ta' dejn pubbliku kif imsemmi fil-paragrafu 3(a), dan għandu jitqies bħala fattur aggravanti ewlieni. L-iżviluppi ekonomiċi, baġitarji u finanzjarji ċikliċi favorevoli ma għandhomx jitqiesu bħala fatturi mitiganti, filwaqt li żviluppi mhux favorevoli jistgħu jitqiesu bħala fatturi mitiganti.

Meta jivvalutaw il-konformità abbażi tal-kriterju tad-defiċit, jekk il-proporzjon tad-dejn tal-gvern għall-PDG jaqbeż il-valur referenzjarju, għandhom jitqiesu dawk il-fatturi fil-passi li jwasslu għad-deċiżjoni rigward l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv kif previst fl-Artikolu 126(4), (5) u (6) TFUE biss jekk il-kundizzjoni doppja tal-prinċipju ġenerali — li, qabel ma jitqiesu dawn il-fatturi rilevanti, id-defiċit tal-gvern estiż jibqa' qrib il-valur referenzjarju u l-eċċess tiegħu 'il fuq mill-valur referenzjarju jkun temporanju — tiġi ssodisfata b'mod sħiħ.

Madanakollu, għandu jittieħed kont ta' dawk il-fatturi fil-passi li jwasslu għad-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv meta tiġi vvalutata l-konformità abbażi tal-kriterju tad-dejn.

<NO.P>5.</NO.P>Meta l-Istati Membri jitħallew jiddevjaw mill-perkors tan-nefqa netta tagħhom skont l-Artikolu 24 l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva], il-Kummissjoni u l-Kunsill, fil-valutazzjoni tagħhom, jistgħu jiddeċiedu li ma jaslux għal konklużjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv.

<NO.P>6.</NO.P>Jekk il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont l-Artikolu 126(6) TFUE, jiddeċiedi li jeżisti defiċit eċċessiv fi Stat Membru, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom, fil-passi proċedurali sussegwenti ta' dak l-Artikolu TFUE, jikkunsidraw il-fatturi rilevanti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, billi dawn jaffettwaw is-sitwazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, inkluż kif speċifikat fl-Artikolu 5(2) ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fl-istabbiliment ta' skadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv u eventwalment fl-estensjoni ta' dik l-iskadenza. Madanakollu, dawk il-fatturi rilevanti ma għandhomx jiġu kkunsidrati għad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(12) TFUE dwar it-tħassir ta' xi wħud mid-deċiżjonijiet tiegħu jew tad-deċiżjonijiet kollha tiegħu skont l-Artikolu 126(6) sa (9) u (11) TFUE.";

*Ir-Regolament (UE) […] ta’ [daħħal id-data] [daħħal it-titolu sħiħ] (ĠU L …).’
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(2)</NO.P>L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
<STRING ITALIC="on">"Artikolu 3</STRING>

<NO.P>1.</NO.P>Fi żmien ġimagħtejn mill-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' rapport maħruġ f'konformità mal-Artikolu 126(3) TFUE, il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandu jifformola opinjoni f'konformità mal-Artikolu 126(4) TFUE.

<NO.P>2.</NO.P>Filwaqt li titqies bis-sħiħ l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jekk tqis li jeżisti defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tindirizza opinjoni u proposta lill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 126(5) u (6) TFUE u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew b'dan.

<NO.P>3.</NO.P>Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv f'konformità mal-Artikolu 126(6) TFUE, bħala regola fi żmien erba' xhur mid-dati ta' rapportar stabbiliti fl-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2009. Meta jiddeċiedi li jeżisti defiċit eċċessiv, il-Kunsill għandu fl-istess ħin jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat f'konformità mal-Artikolu 126(7) TFUE. Il-Kunsill għandu jagħmel pubbliċi d-deċiżjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 126(6) TFUE.

<NO.P>4.</NO.P>Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill magħmula f'konformità mal-Artikolu 126(7) TFUE għandha tistabbilixxi skadenza massima ta' sitt xhur għal azzjoni effettiva li trid tittieħed mill-Istat Membru kkonċernat. Meta l-livell ta' gravità tas-sitwazzjoni jkun jiġġustifikaha, l-iskadenza għal azzjoni effettiva tista' tkun ta' tliet xhur. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandha tistabbilixxi wkoll skadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv. Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu jitlob ukoll li l-Istat Membru jimplimenta perkors tan-nefqa netta korrettiva biex jiżgura li d-defiċit tal-gvern estiż jibqa' jew jinġieb u jinżamm taħt il-valur referenzjarju sal-iskadenza stabbilita fir-rakkomandazzjoni.

Fejn il-proċedura ta' defiċit eċċessiv tkun infetħet abbażi tal-kriterju tad-defiċit, għas-snin meta d-defiċit tal-gvern estiż ikun mistenni jaqbeż il-valur referenzjarju, il-perkors tan-nefqa netta korrettiva għandu jkun konsistenti ma' aġġustament annwali minimu ta' mill-inqas 0.5 % tal-PDG bħala parametru referenzjarju. Meta l-proċedura ta' defiċit eċċessiv tkun infetħet abbażi tal-kriterju tad-dejn, il-perkors tan-nefqa netta korrettiva għandu jkun mill-inqas eżiġenti daqs il-perkors tan-nefqa netta adottat mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva], u jikkoreġi bħala regola d-devjazzjonijiet akkumulati tal-kont ta' kontroll sal-iskadenza stabbilita mill-Kunsill.

<NO.P>5.</NO.P>Sal-iskadenza prevista fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-azzjoni meħuda b'reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) TFUE. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri għan-nefqa u għad-dħul tal-gvern u għall-miżuri diskrezzjonarji fin-naħa tan-nefqa u tad-dħul b'mod konsistenti mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda u n-natura ta' dawk previsti biex jintlaħqu l-miri. L-Istat Membru għandu jagħmel ir-rapport pubbliku. L-Istat Membru jista' jistieden lill-istituzzjoni fiskali indipendenti rilevanti biex tipproduċi rapport mhux vinkolanti u separat dwar is-suffiċjenza tal-miżuri meħuda u previsti fir-rigward tal-miri.

<NO.P>6.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Il-Kunsill jista' jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) TFUE fejn:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>tkun ittieħdet azzjoni effettiva b'reazzjoni għal tali rakkomandazzjoni u jkunu japplikaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva], jew</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>ikunu japplikaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva].</ITEM></LIST>

Ir-rakkomandazzjoni riveduta tista', b'mod partikolari, testendi l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv b'sena bħala regola.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(3)</NO.P>L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
<STRING ITALIC="on">"Artikolu 4</STRING>

<NO.P>1.</NO.P>Il-Kunsill, meta jikkunsidra jekk itteħditx azzjoni effettiva b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu magħmula f'konformità mal-Artikolu 126(7) TFUE, għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq ir-rapport ippreżentat mill-Istat Membru kkonċernat f'konformità mal-Artikolu 3(5) ta' dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll fuq kwalunkwe deċiżjoni oħra mħabbra pubblikament u dettaljata biżżejjed mill-gvern tal-Istat Membru kkonċernat.

Meta l-Kunsill jistabbilixxi, skont l-Artikolu 126(8) TFUE, li l-Istat Membru kkonċernat naqas milli jieħu azzjoni effettiva, huwa għandu għaldaqstant jirrapporta lill-Kunsill Ewropew.

<NO.P>2.</NO.P>Kull deċiżjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 126(8) TFUE biex jagħmel pubbliċi r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fejn ikun stabbilit li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva għandha tittieħed immedjatament wara li jiskadi l-limitu ta' żmien stabbilit skont l-Artikolu 3(4) ta' dan ir-Regolament.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(4)</NO.P>L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"1. Kull deċiżjoni tal-Kunsill biex jingħata avviż lill-Istat Membru parteċipanti kkonċernat biex jieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit f'konformità mal-Artikolu 126(9) TFUE għandha tittieħed fi żmien xahrejn mid-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(8) TFUE li tistabbilixxi li ma tteħditx azzjoni effettiva. Fl-avviż, il-Kunsill għandu jitlob li l-Istat Membru biex jimplimenta perkors tan-nefqa netta korrettiva f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(4). Il-Kunsill għandu wkoll jindika miżuri li jwasslu għall-ilħuq tal-perkors tan-nefqa netta korrettiva.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">"2. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li jadotta avviż rivedut skont l-Artikolu 126(9) TFUE fejn:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>tkun ittieħdet azzjoni effettiva b'reazzjoni għal tali avviż u jkunu japplikaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva], jew</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>ikunu japplikaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva].</ITEM></LIST>

L-avviż rivedut jista', b'mod partikolari, jestendi l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv b'sena bħala regola.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(5)</NO.P>fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"1. Il-Kunsill, meta jikkunsidra jekk itteħditx azzjoni effettiva b'reazzjoni għall-avviż tiegħu magħmul f'konformità mal-Artikolu 126(9) TFUE, għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq ir-rapport ippreżentat mill-Istat Membru kkonċernat f'konformità mal-Artikolu 5(1a) ta' dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll fuq kwalunkwe deċiżjoni oħra mħabbra pubblikament u dettaljata biżżejjed mill-gvern tal-Istat Membru kkonċernat. Ir-riżultat tal-missjoni ta' sorveljanza mwettaq mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a ta' dan ir-Regolament għandu jiġi kkunsidrat.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(6)</NO.P>L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
<STRING ITALIC="on">"Artikolu 8</STRING>

<NO.P>1.</NO.P>Kull deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(11) TFUE biex jintensifika s-sanzjonijiet għandha tittieħed mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dati tar-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009.

<NO.P>2.</NO.P>Kull deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(12) TFUE biex jitħassru wħud mid-deċiżjonijiet tiegħu jew id-deċiżjonijiet kollha tiegħu għandha tittieħed malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dati tar-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009.

<NO.P>3.</NO.P>Deċiżjoni tal-Kunsill għandha tittieħed biss skont l-Artikolu 126(12) TFUE meta d-defiċit ikun inġieb taħt il-valur referenzjarju u jkun ipproġettat mill-Kummissjoni li jibqa' hekk fis-sena attwali u dik ta' wara u, fejn il-proċedura ta' defiċit eċċessiv tkun infetħet abbażi tal-kriterju tad-dejn, l-Istat Membru kkonċernat ikun irrispetta l-perkors tan-nefqa netta korrettiva stabbilit mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 3(4) jew l-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(7)</NO.P>fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">"1. Il-proċedura ta' defiċit eċċessiv għandha tinżamm sospiża:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>meta l-Istat Membru kkonċernat jaġixxi f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet magħmula f'konformità mal-Artikolu 126(7)TFUE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>meta l-Istat Membru parteċipanti kkonċernat jaġixxi f'konformità mal-avviżi mogħtija f'konformità mal-Artikolu 126(9) TFUE.";</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(8)</NO.P>L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
<STRING ITALIC="on">"Artikolu 10</STRING>

<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw b'mod regolari l-implimentazzjoni tal-azzjoni meħuda:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>mill-Istat Membru kkonċernat bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 126(7) TFUE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>mill-Istat Membru parteċipanti kkonċernat bi tweġiba għall-avviżi mogħtija skont l-Artikolu 126(9) TFUE.</ITEM></LIST>

<NO.P>2.</NO.P>Meta azzjoni minn Stat Membru parteċipanti ma tkunx qiegħda tiġi implimentata jew, fil-fehma tal-Kunsill, tkun qiegħda turi li mhijiex adegwata, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni minnufih skont l-Artikolu 126(9) TFUE jew l-Artikolu 126(11) TFUE rispettivament.

<NO.P>3.</NO.P>Meta d-data attwali skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009 tindika li defiċit eċċessiv ma jkunx ġie kkoreġut minn Stat Membru parteċipanti fil-limiti ta' żmien speċifikati jew fir-rakkomandazzjonijiet maħruġa skont l-Artikolu 126(7) TFUE jew fl-avviżi maħruġa skont l-Artikolu 126(9) TFUE, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni minnufih skont l-Artikolu 126(9) TFUE jew l-Artikolu 126(11) TFUE rispettivament.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(9)</NO.P>L-Artikolu 10a huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura djalogu permanenti mal-awtoritajiet tal-Istati Membri skont l-objettivi ta' dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, twettaq missjonijiet għall-fini tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika attwali fl-Istat Membru u l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe riskju jew diffikultà ta' konformità mal-objettivi ta' dan ir-Regolament u tippermetti skambju ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn, inkluż l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti nazzjonali.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"2. Wara l-adozzjoni mill-Kunsill ta' avviż skont l-Artikolu 126(9) TFUE, u jekk mitlub mill-parlament tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tippreżenta l-valutazzjoni tagħha tas-sitwazzjoni ekonomika u fiskali fl-Istat Membru. Tista' ssir sorveljanza msaħħa għal Stati Membri li jkunu s-suġġett ta' rakkomandazzjonijiet u avviżi maħruġa b'segwitu għal deċiżjoni skont l-Artikolu 126(8) TFUE u deċiżjonijiet skont l-Artikolu 126(11) TFUE għall-finijiet ta' monitoraġġ ta' fuq il-post. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-preparazzjoni u t-tmexxija tal-missjoni.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(10)</NO.P>L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
<STRING ITALIC="on">"Artikolu 12</STRING>

<NO.P>1.</NO.P>L-ammont tal-multa għandu jammonta sa 0.05 % tal-aħħar stima tal-PDG tas-sena preċedenti għal perjodu ta' 6 xhur u għandu jitħallas kull 6 xhur sakemm il-Kunsill jivvaluta li l-Istat Membru kkonċernat ikun ħa azzjoni effettiva b'reazzjoni għall-avviż maħruġ skont l-Artikolu 126(9) TFUE.

<NO.P>2.</NO.P>F'kull perjodu ta' 6 xhur wara dak li fih tiġi imposta multa, sa meta tiġi revokata d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv, il-Kunsill għandu jivvaluta jekk l-Istat Membru parteċipanti kkonċernat ikunx ħa azzjoni effettiva b'reazzjoni għall-avviż tal-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 126(9) TFUE. F'din il-valutazzjoni semiannwali, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, f'konformità mal-Artikolu 126(11) TFUE, li jintensifika s-sanzjonijiet, dment li l-Istat Membru parteċipanti kkonċernat ikunx ikkonforma mal-avviż tal-Kunsill.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(11)</NO.P>L-Artikoli 14 u 15 huma sostitwiti b'dan li ġej:<CITATION>
<STRING ITALIC="on">"Artikolu 14</STRING>

<NO.P>1.</NO.P>F'konformità mal-Artikolu 126(12) TFUE, il-Kunsill għandu jħassar is-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 126(11), l-ewwel u t-tieni inċiż, TFUE skont kemm ikun sinifikanti l-progress li jkun għamel l-Istat Membru parteċipanti kkonċernat fil-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv.

<STRING ITALIC="on">Artikolu 15</STRING>

F'konformità mal-Artikolu 126(12) TFUE, il-Kunsill għandu jħassar is-sanzjonijiet kollha pendenti jekk titħassar id-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv. Il-multi imposti f'konformità mal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament ma jingħatawx lura lill-Istat Membru parteċipanti kkonċernat.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(12)</NO.P>L-Artikolu 16 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
<STRING ITALIC="on">"Artikolu 16</STRING>

Il-multi msemmija fl-Artikolu 12 għandhom jikkostitwixxu dħul ġenerali għall-baġit tal-Unjoni.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(12a)</NO.P>	L-Artikolu 17 huwa mħassar.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(13)</NO.P>L-Artikolu 17a huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"1. Sal-31 ta' Diċembru 2030 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dak ir-rapport. Ir-rapport għandu jirrevedi l-effettività ta' dan ir-Regolament fl-ilħuq tal-objettivi tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 1, u l-progress fl-iżgurar ta' koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u konverġenza sostnuta tal-prestazzjonijiet ekonomiċi tal-Istati Membri f'konformità mat-TFUE.

<NO.P>3.</NO.P>Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(14)</NO.P>jiddaħħal l-Artikolu 17b li ġej:<CITATION>
<STRING ITALIC="on">"Artikolu 17b</STRING>

Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, għandu jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) TFUE jew avviż rivedut skont l-Artikolu 126(9) TFUE lill-Istati Membri soġġetti għal rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 126(7) TFUE jew għal avviż skont l-Artikolu 126(9) TFUE fi [data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament emendatorju], u li jkunu ħadu azzjoni effettiva.

Dan għandu jadotta r-rakkomandazzjoni jew l-avviż rivedut flimkien mal-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) [dwar il-parti preventiva] li tistabbilixxi l-perkors tan-nefqa netta.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(15)</NO.P>l-Anness jitħassar.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 2</STRING></TI.ART><STI.ART>Dħul fis-seħħ</STI.ART><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ il-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.</PARAG><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.</PARAG>
</GR.ART><SIGNATURE>
Magħmul fi Brussell,

<STRING ITALIC="on">Għall-Kunsill		Il-President</STRING>
</SIGNATURE></DISPOSITIF></TEXT></TCONSOLID></TXTLST></SDOCTA>