<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0313</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri – Direttiva emendatorja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0440/2023 - Rapporteur: Markus Ferber, Margarida Marques)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (15396/2023 – C9-0006/2024 – 2023/0136(NLE))</STRING></TI><NOTE>(Konsultazzjoni)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (15396/2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 126(14), it-tielet subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0006/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0440/2023),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><TCONSOLID><TI><STRING BOLD="on">Emenda		2</STRING><BRK/>EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">*</STRING> Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌</FIELD></FOOTNOTE><BRK/>għall-abbozz tal-Kunsill<BRK/>---------------------------------------------------------<BRK/>DIRETTIVA TAL-KUNSILL<BRK/>li temenda d-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri<BRK/></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT>IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,</PRINIT><GRVISA><VISA>
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(14), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew<FOOTNOTE><FIELD>ĠU C 290, 18.8.2023, p.17.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA></GRVISA><GRCONS><GRCINIT>Billi:</GRCINIT><CONS>
<NO.P>(1)</NO.P>Sabiex tiżgura l-konformità tal-Istati Membri mal-obbligi skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fil-qasam tal-politika baġitarja, u b'mod partikolari fir-rigward tal-evitar ta' defiċits eċċessivi tal-gvern, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE<FOOTNOTE><FIELD>Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41).</FIELD></FOOTNOTE> stipulat regoli dettaljati dwar il-karatteristiċi tal-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri.
</CONS><CONS>
<NO.P>(2)</NO.P>Filwaqt li tibni fuq l-esperjenza miksuba bl-unjoni ekonomika u monetarja minn meta daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2011/85/UE, huwa meħtieġ li jiġu emendati r-rekwiżiti tagħha rigward ir-regoli u l-proċeduri li jiffurmaw l-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri.
</CONS><CONS>
<NO.P>(3)</NO.P>Fl-2019, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat rapport li jeżamina r-rekwiżiti tal-Unjoni dwar l-oqfsa baġitarji nazzjonali u li jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tirrieżamina dawk ir-rekwiżiti, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali u l-aħjar prattika. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri pproponiet azzjonijiet speċifiċi biex ittejjeb l-ambitu u l-effettività tal-oqfsa baġitarji nazzjonali, partikolarment fir-rigward tal-oqfsa baġitarji ta' terminu medju u l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti<FOOTNOTE><FIELD>Ir-rapport speċjali tal-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar "Ir-rekwiżiti tal-UE għall-oqfsa baġitarji nazzjonali: jeħtieġ li jissaħħu aktar u jeħtieġ li l-applikazzjoni tagħhom tiġi mmonitorjata aħjar".</FIELD></FOOTNOTE>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(4)</NO.P>Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2020<FOOTNOTE><FIELD>Il-Komunikazzjoni COM(2020)0055 tal-5 ta' Frar 2020 mill-Kummissjoni "Rieżami tal-governanza ekonomika, Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1173/2011, 1174/2011, 1175/2011, 1176/2011, 1177/2011, 472/2013 u 473/2013 dwar l-idoneità tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE".</FIELD></FOOTNOTE> indikat progress sostanzjali iżda mhux uniformi fl-iżvilupp ta' oqfsa baġitarji nazzjonali meta wieħed iqis li d-dritt tal-Unjoni jistabbilixxi biss rekwiżiti minimi u li l-implimentazzjoni u l-konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali varjaw ħafna. Dik il-Komunikazzjoni qieset ukoll sa fejn il-qafas jappoġġa l-ħtiġijiet ekonomiċi, ambjentali u tal-politika soċjali marbutin mat-tranżizzjoni għal ekonomija Ewropea newtrali għall-klima, effiċjenti fir-riżorsi u diġitali, filwaqt li jikkomplementa r-rwol ewlieni tal-ambjent regolatorju u r-riformi strutturali.
</CONS><CONS>
<NO.P>(5)</NO.P>Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew<FOOTNOTE><FIELD>Il-Komunikazzjoni COM(2019)0640 tal-Kummissjoni "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew".</FIELD></FOOTNOTE> talbet li jsir użu akbar ta' għodod ta' bbaġitjar ekoloġiku biex l-investiment pubbliku, il-konsum u t-tassazzjoni jiġu diretti mill-ġdid lejn prijoritajiet ekoloġiċi u lil hinn minn sussidji dannużi. Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tistabbilixxi objettiv ta' newtralità klimatika għall-Unjoni kollha sal-2050 u tirrikjedi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri jagħmlu progress fit-tisħiħ tal-kapaċità adattiva. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li taħdem mal-Istati Membri biex tevalwa u tagħmel analiżi komparattiva tal-prattiki tal-ibbaġitjar ekoloġiku. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2021 dwar l-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima<FOOTNOTE><FIELD>Il-Komunikazzjoni COM(2021)0082 tal-Kummissjoni "Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima".</FIELD></FOOTNOTE> indikat ir-rilevanza makrofiskali tat-tibdil fil-klima u enfasizzat il-ħtieġa li tiżdied ir-reżiljenza tal-Unjoni għall-impatti tat-tibdil fil-klima. Is-Semestru Ewropew jipprovdi qafas addizzjonali biex jappoġġa dawn l-isforzi u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku joffri assistenza prattika għall-implimentazzjoni tagħhom.
</CONS><CONS>
<NO.P>(6)</NO.P>Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2022 dwar l-orjentazzjonijiet għal riforma tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE<FOOTNOTE><FIELD>Il-Komunikazzjoni COM(2022)0583 tal-Kummissjoni "dwar l-orjentazzjonijiet għal riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-UE".</FIELD></FOOTNOTE> enfasizzat il-ħtieġa li tissaħħaħ is-sostenibbiltà tad-dejn u li jitnaqqsu l-proporzjonijiet għoljin tad-dejn pubbliku filwaqt li jiġi promoss it-tkabbir sostenibbli u inklużiv fl-Istati Membri kollha. L-objettivi ewlenin tal-orjentazzjonijiet huma li jtejbu s-sjieda nazzjonali, jissimplifikaw il-qafas u li nimxu lejn konċentrazzjoni akbar fuq terminu medju, flimkien ma' infurzar aktar qawwi u koerenti.
</CONS><CONS>
<NO.P>(7)</NO.P>Sabiex tissaħħaħ il-konformità mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE, u biex jiġi evitat b'mod partikolari li jkun hemm defiċit eċċessiv tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 126 TFUE, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi tal-Istati Membri biex isaħħu s-sjieda nazzjonali, f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2022 dwar l-orjentazzjonijiet għal riforma tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE, lil hinn minn dawk meħtieġa bħalissa mid-Direttiva 2011/85/UE. Filwaqt li jibnu fuq l-evidenza tal-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva, jenħtieġ li l-emendi jkopru wkoll dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-istatistika, it-tbassir u l-ibbaġitjar fuq terminu medju biex jindirizzaw nuqqasijiet identifikati matul l-implimentazzjoni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(8)</NO.P>Din id-Direttiva hija parti minn pakkett flimkien mar-Regolament (UE) [XXX]<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [<STRING ITALIC="on">daħħal id-data</STRING>] [<STRING ITALIC="on">daħħal it-titlu sħiħ</STRING>] (ĠU L ..).</FIELD></FOOTNOTE> tal-Parlament u tal-Kunsill li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1466/97<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> (il-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir) u r-Regolament tal-Kunsill [XXX]<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) tal-Kunsill ta' [<STRING ITALIC="on">daħħal id-data</STRING>] [<STRING ITALIC="on">daħħal it-titlu sħiħ</STRING>] (ĠU L ..).</FIELD></FOOTNOTE> li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).</FIELD></FOOTNOTE> (il-parti korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir). Flimkien, jistabbilixxu qafas ta' governanza ekonomika riformat tal-Unjoni li jinkorpora fid-dritt tal-Unjoni s-sustanza tat-Titolu III "Patt Fiskali" tat-Trattat intergovernattiv dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TSKG) fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja<FOOTNOTE><FIELD>It-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja tat-2 ta' Marzu 2012.</FIELD></FOOTNOTE>, f'konformità mal-Artikolu 16 tiegħu. Billi jibni fuq l-esperjenza bl-implimentazzjoni tat-TSKG mill-Istati Membri, il-pakkett iżomm l-orjentazzjoni fuq terminu medju tal-Patt Fiskali bħala għodda biex jinkisbu d-dixxiplina baġitarja u l-promozzjoni tat-tkabbir. Il-pakkett jinkludi dimensjoni msaħħa speċifika għall-pajjiż bil-għan li ssaħħaħ is-sjieda nazzjonali, fost l-oħrajn billi tippreżerva r-rwol għal istituzzjonijiet fiskali indipendenti, li jibbaża fuq il-prinċipji komuni tal-Patt Fiskali proposti mill-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD>Il-Komunikazzjoni COM(2012)0342 tal-20 ta' Ġunju 2012 tal-Kummissjoni "Prinċipji komuni dwar mekkaniżmi nazzjonali ta' korrezzjoni fiskali".</FIELD></FOOTNOTE> f'konformità mal-Artikolu 3(2) tat-TSKG. L-analiżi tan-nefqa netta mill-miżuri ta' dħul diskrezzjonali għall-valutazzjoni ġenerali tal-konformità meħtieġa mill-Patt Fiskali hija stipulata fir-Regolament [XXX] li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1466/97. Bħal fil-Patt Fiskali, devjazzjonijiet temporanji mill-pjan fuq terminu medju huma permessi biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali fir-Regolament [XXX] li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1466/97. Bl-istess mod, f'każ ta' devjazzjonijiet sinifikanti mill-pjan ta' terminu medju, jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri sabiex jiġu kkoreġuti d-devjazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien definit. Il-pakkett isaħħaħ is-sorveljanza fiskali u l-proċeduri ta' infurzar biex jitħares l-impenn li jiġu promossi finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli u tkabbir sostenibbli u inklużiv. Għalhekk, ir-riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika żżomm l-objettivi fundamentali tad-dixxiplina baġitarja u s-sostenibbiltà tad-dejn stipulati fit-TSKG.
</CONS><CONS>
<NO.P>(9)</NO.P>Prattiċi tal-kontabbiltà pubblika sħaħ u affidabbli għas-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika huma prekondizzjoni għall-produzzjoni ta' statistika ta' kwalità għolja li tkun komparabbli fl-Istati Membri kollha. Id-disponibbiltà u l-kwalità tal-istatistika bbażata fuq is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali (ESA) huma kruċjali biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-qafas ta' sorveljanza fiskali tal-Unjoni. L-ESA 2010 tibbaża fuq informazzjoni pprovduta fuq bażi tad-dovuti. Għalhekk ikun ideali li jittejjeb il-ġbir tad-data tad-dovuti u informazzjoni meħtieġa biex tiġi ġġenerata statistika bbażata fuq id-dovuti b'mod li jkun komprensiv u konsistenti fis-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika.
</CONS><CONS>
<NO.P>(10)</NO.P>Id-disponibbiltà ta' data ta' frekwenza għolja tista' tiżvela xejriet li jiġġustifikaw sorveljanza aktar mill-qrib u ttejjeb il-kwalità tat-tbassir baġitarju. L-Istati Membri u l-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li jippubblikaw data trimestrali dwar id-defiċit u d-dejn bl-applikazzjoni tad-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-TFUE. Il-pubblikazzjoni ta' data baġitarja bi frekwenza ogħla li tkun imfassla għad-definizzjonijiet baġitarji nazzjonali jenħtieġ li tiġi ddeterminata abbażi tar-rekwiżiti nazzjonali ta' trasparenza u l-ħtiġijiet tal-utenti, biex tittejjeb is-sjieda nazzjonali.
</CONS><CONS>
<NO.P>(11)</NO.P>tbassir makroekonomiku u baġitarju preġudikati u mhux realistiċi għal-leġiżlazzjonijiet baġitarji annwali u pluriennali jistgħu jfixklu konsiderevolment l-effettività tal-ippjanar fiskali u konsegwentement ixekklu l-impenn favur id-dixxiplina baġitarja. Biex itejbu s-suppożizzjonijiet tal-linja bażi, jenħtieġ li l-Istati Membri jqabblu t-tbassir makroekonomiku u baġitarju tagħhom ma' dak l-aktar aġġornat tal-Kummissjoni u, jekk xieraq, dak ta' korpi indipendenti oħra.
</CONS><CONS>
<NO.P>(12)</NO.P>It-tbassir makroekonomiku u baġitarju għall-ippjanar fiskali annwali u pluriennali għall-amministrazzjoni pubblika għandu jkun soġġett għal evalwazzjonijiet ex post regolari, oġġettivi u komprensivi mwettqa minn korp indipendenti jew korpi oħra b'awtonomija funzjonali vis-à-vis l-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri differenti minn dak li jipproduċi t-tbassir sabiex tittejjeb il-kwalità tagħhom. Dawk l-evalwazzjonijiet jenħtieġ li jinkludu skrutinju tas-suppożizzjonijiet ekonomiċi, tqabbil mat-tbassir imħejji minn istituzzjonijiet oħrajn, u evalwazzjoni tal-prestazzjoni tat-tbassir fil-passat.
</CONS><CONS>
<NO.P>(13)</NO.P>Korpi indipendenti inkarigati mill-monitoraġġ tal-finanzi pubbliċi fl-Istati Membri huma element effettiv fil-bini ta' oqfsa baġitarji. Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11).</FIELD></FOOTNOTE> jirrikjedi li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jkollhom istituzzjonijiet fiskali indipendenti inkarigati mill-approvazzjoni jew il-produzzjoni ta' tbassir makroekonomiku u jistabbilixxi salvagwardji speċifiċi fir-rigward tal-indipendenza u l-kapaċità teknika tagħhom. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti skont ir-Regolament (UE) Nru 473/2013, il-kompitu tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti li jipproduċu, jivvalutaw jew japprovaw previżjonijiet makroekonomiċi, f'konformità mal-Artikolu 8(4), jenħtieġ li jqis il-proċeduri u l-prattiki nazzjonali stabbiliti fl-Istati Membri, fosthom dawk li jikkonċernaw f'liema mument jitwettaq ix-xogħol.
</CONS><CONS>
<NO.P>(14)</NO.P>Sabiex tinkiseb responsabbiltà msaħħa fil-politika fiskali, l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti jenħtieġ li jkollhom livell għoli ta' indipendenza operazzjonali, ir-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom u aċċess estensiv u f'waqtu għall-informazzjoni meħtieġa. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu aktar minn istituzzjoni fiskali indipendenti waħda u kull waħda minnhom tista' twaqqaf kompitu wieħed jew aktar stabbiliti f'din id-Direttiva, sakemm ikun hemm allokazzjoni ċara ta' responsabbiltà u ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni bejniethom. Jenħtieġ li tiġi evitata frammentazzjoni istituzzjonali eċċessiva tal-kompiti ta' monitoraġġ. Fit-tfassil ta' dawk il-korpi ta' monitoraġġ għandhom jitqiesu s-sitwazzjoni istituzzjonali eżistenti u l-istruttura amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat.
</CONS><CONS>
<NO.P>(15)</NO.P>Sabiex jittejjeb l-ippjanar baġitarju, għandha tingħata attenzjoni xierqa, sa fejn possibbli, lir-riskji makrofiskali mit-tibdil fil-klima, fosthom l-impatti ambjentali u distributtivi tiegħu. Il-fehim tal-modi potenzjali li bihom xokkijiet relatati mal-klima jaffettwaw il-finanzi pubbliċi huwa kruċjali għall-istrateġiji nazzjonali sabiex jiġu limitati u ġestiti riskji fiskali li ġejjin mit-tibdil fil-klima u minn diżastri relatati.
</CONS><CONS>
<NO.P>(16)</NO.P>Għalkemm l-approvazzjoni tal-leġiżlazzjoni baġitarja annwali hija pass ewlieni fil-proċess baġitarju għar-responsabbiltà demokratika, perspettiva ta' sena waħda għall-ippjanar baġitarju tipprovdi bażi limitata għal politiki fiskali sodi, peress li l-biċċa l-kbira tal-miżuri għandhom implikazzjonijiet li jmorru ferm lil hinn miċ-ċiklu baġitarju annwali. Bħala tali, ippjanar fiskali effettiv fuq terminu medju jsaħħaħ il-kredibbiltà tal-politika fiskali filwaqt li jqis is-sostenibbiltà tad-dejn. Dan jenħtieġ li jibbaża fuq definizzjoni ċara u konsistenti tal-objettivi baġitarji nazzjonali fuq terminu medju għall-amministrazzjoni pubblika, li huma ppreżentati fi pjanijiet nazzjonali ta' terminu medju. Sabiex tissaħħaħ perspettiva baġitarja pluriennali, l-ippjanar tal-leġiżlazzjoni baġitarja annwali jenħtieġ li jkun konsistenti mal-objettivi baġitarji nazzjonali fuq terminu medju msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (e).
</CONS><CONS>
<NO.P>(17)</NO.P>Biex ikunu effettivi fil-promozzjoni tad-dixxiplina baġitarja u tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, l-oqfsa baġitarji jenħtieġ li jkopru l-finanzi pubbliċi b'mod komprensiv. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-operazzjonijiet ta' dawk il-korpi u fondi tal-amministrazzjoni pubblika li ma jiffurmawx parti mill-baġits regolari iżda huma parti mill-amministrazzjoni pubblika, fosthom is-sottosetturi, u li għandhom impatt immedjat jew fuq terminu medju fuq il-pożizzjonijiet baġitarji tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ukoll valuri li jikkorrispondu għall-impatt ikkombinat fuq il-bilanċi u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta' dawk il-korpi u fondi. Jenħtieġ li tiġi ppubblikata informazzjoni dettaljata dwar l-impatt tal-infiq tat-taxxa fuq id-dħul.
</CONS><CONS>

</CONS><CONS>
<NO.P>(19)</NO.P>L-għodod tal-ibbaġitjar ekoloġiku jistgħu jgħinu biex id-dħul u n-nefqa pubbliċi jiġu diretti mill-ġdid lejn prijoritajiet ekoloġiċi. F'dak ir-rigward, rappurtar regolari ta' informazzjoni rilevanti jtejjeb id-deliberazzjonijiet tal-baġit. L-Istati Membri jistgħu jippubblikaw l-informazzjoni dwar kif l-elementi rilevanti tal-baġits tagħhom jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-impenji nazzjonali u internazzjonali klimatiċi u ambjentali u l-metodoloġija użata. L-Istati Membri jenħtieġ li jippubblikaw id-data u l-informazzjoni deskrittiva separatament għall-entrati tan-nefqa, tan-nefqa tat-taxxa u tad-dħul. L-Istati Membri <STRING ITALIC="on">jistgħu</STRING> jippubblikaw informazzjoni dwar l-impatt distribuzzjonali tal-politiki baġitarji u jqisu l-aspetti tal-impjiegi, soċjali u distributtivi fl-iżvilupp tal-ibbaġitjar ekoloġiku<FOOTNOTE><FIELD>Il-Komunikazzjoni COM(2022)0494 tat-28 ta' Settembru 2022 tal-Kummissjoni "Valutazzjoni aħjar tal-impatt distributtiv tal-politiki tal-Istati Membri" u l-Artikolu 6(3), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11).</FIELD></FOOTNOTE>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(20)</NO.P>Jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa lill-eżistenza ta' obbligazzjonijiet kontinġenti. Aktar speċifikament, obbligazzjonijiet kontinġenti jkopru obbligazzjonijiet possibbli li jiddependu fuq l-okkorrenza ta' avveniment futur inċert, jew obbligazzjonijiet preżenti fejn x'aktarx il-ħlas ma jsirx jew l-ammont tal-ħlas probabbli ma jistax jitkejjel b'mod affidabbli. Jinkludu, pereżempju, garanziji tal-gvern, self improduttiv, obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-operat ta' korporazzjonijiet pubbliċi, u, s<STRING ITALIC="on">a fejn possibbli, obbligazzjonijiet kontinġenti relatati mad-diżastri u l-klima</STRING>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(21)</NO.P>Diżastri naturali u avvenimenti estremi tat-temp affettwaw lill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u t-tibdil fil-klima huwa mistenni li jamplifika l-frekwenza u l-intensità ta' dawn l-avvenimenti. Il-gvernijiet jinvestu f'miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u jieħdu passi biex ikopru l-ispejjeż tad-diżastri għal assistenza ta' emerġenza, irkupru u rikostruzzjoni u biex jaġixxu bħala assiguratur tal-aħħar istanza f'xi każijiet. Meta jitqiesu l-isfidi eżistenti u futuri għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-obbligi u r-riskji tal-gvern għall-finanzi tal-gvern li jirriżultaw minn diżastri naturali u xokkijiet relatati mal-klima, ibda mill-ġbir u l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar l-ispiża fiskali ta' avvenimenti passati <STRING ITALIC="on">sa fejn possibbli</STRING>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(21a)</NO.P>Ir-rappurtar dwar riskji makrofiskali mit-tibdil fil-klima, obbligazzjonijiet kontinġenti relatati mal-klima u spejjeż fiskali tad-diżastri qed jitjieb iżda għadu fi stadju inizjali, fejn metodoloġiji u indikaturi għal tali rappurtar għadhom qed jiġu żviluppati. L-adattament għal dan ir-rappurtar ser jirrikjedi sforzi konsiderevoli mill-amministrazzjonijiet pubbliċi. Il-kunsiderazzjoni ta' dawn l-isfidi, u sa fejn possibbli, rappurtar f'dawn l-oqsma jenħtieġ li jitwettaq u jevolvi b'mod parallel ma' tali avvanzi metodoloġiċi.
</CONS><CONS>
<NO.P>(22)</NO.P>Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli timmonitorja regolarment l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/85/UE. Jenħtieġ li jiġu identifikati u maqsuma l-aħjar prattiki dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.
</CONS><CONS>
<NO.P>(23)</NO.P>Għaldaqstant jenħtieġ li d-Direttiva 2011/85/UE tiġi emendata kif xieraq,
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><DINIT>ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:</DINIT><GR.ART>
<TI.ART>Id-Direttiva 2011/85/UE hija emendata kif ġej:</TI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>(1)</NO.P>L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>fl-ewwel paragrafu, it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:<CITATION>
"Għandha tapplika d-definizzjoni tas-sottosetturi tal-amministrazzjoni pubblika stabbilita fl-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.*

*ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1."
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>it-tieni paragrafu huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P>il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"(a)	 sistemi ta' kontabbilità pubblika u rappurtar statistiku mill-amministrazzjoni pubblika;"
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ii)</NO.P>il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"(c)	regoli fiskali numeriċi speċifiċi għall-pajjiż li jikkontribwixxu għall-konsistenza tat-twettiq tal-politika fiskali mill-Istati Membri mal-obbligi rispettivi tagħhom skont it-TFUE, u li huma mfissra f'termini ta' indikatur tal-prestazzjoni baġitarja, bħad-defiċit, is-self, id-dejn tal-baġit tal-gvern, jew komponent maġġuri tiegħu;"
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(iii)</NO.P>il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"(e)	l-oqfsa baġitarji ta' terminu medju bħala sett speċifiku ta' proċeduri baġitarji nazzjonali li jestendu l-perjodu għat-tfassil tal-politika fiskali lil hinn mill-kalendarju baġitarju annwali, inkluż l-istabbiliment ta' prijoritajiet ta' politika u ta' objettivi baġitarji nazzjonali fuq it-terminu medju;"
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(iv)</NO.P>jiżdied il-punt (h) li ġej:<CITATION>
"(h) istituzzjonijiet fiskali indipendenti bħala korpi strutturalment indipendenti jew korpi li għandhom awtonomija funzjonali fir-rigward tal-awtoritajiet baġitarji tal-Istati Membri stabbiliti minn dispożizzjonijiet legali nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 8."
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(2)</NO.P>L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"1.	Fir-rigward tas-sistemi nazzjonali tal-kontabbiltà pubblika, l-Istati Membri għandu jkollhom stabbiliti sistemi ta' kontabbiltà pubblika li komprensivament u konsistentement ikopru s-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika u jkollhom fihom l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ġġenerata data bbażata fuq id-dovuti bl-għan li titħejja data bbażata fuq is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali. Dawn is-sistemi ta' kontabbiltà pubblika mill-amministrazzjoni pubblika għandhom ikunu soġġetti għal kontroll intern u awditjar indipendenti.

<NO.P>2.</NO.P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw disponibbiltà pubblika f'waqtha u regolari tad-data fiskali għas-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika kif stipulat mir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<STRING SUPERSCRIPT="on">*</STRING>. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw għall-gvern ċentrali, il-gvern statali, il-gvern lokali u l-fondi tas-sigurtà soċjali, id-dejn trimestrali u, sakemm ma jkollhomx fis-seħħ sistemi integrati, komprensivi u armonizzati fuq livell nazzjonali ta' kontabbiltà finanzjarja bbażata fuq id-dovuti, id-data dwar id-defiċit separatament, qabel tmiem it-trimestru ta' wara jew wara l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti mill-Kummissjoni (Eurostat).

<NO.P>3.</NO.P>Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tippubblika d-data trimestrali tal-istatistika finanzjarja tal-gvern f'konformità mat-tabelli 25, 27 u 28 tal-Anness B tar-Regolament (UE) Nru 549/2013, kull tliet xhur.

*ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.'
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(3)</NO.P>L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"1.	"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ippjanar fiskali annwali u pluriennali jkun ibbażat fuq tbassir makroekonomiku u baġitarju realistiċi bl-użu tal-aktar informazzjoni aġġornata. L-ippjanar baġitarju għandu jkun ibbażat fuq l-aktar xenarju makrofiskali probabbli jew fuq xenarju aktar prudenti. It-tbassir makroekonomiku u baġitarju għandu jitqabbel mal-aktar tbassir aġġornat tal-Kummissjoni u, jekk xieraq, dak ta' korpi indipendenti oħra. Differenzi konsiderevoli bejn it-tbassir makroekonomiku u baġitarju tal-Istat Membru u t-tbassir tal-Kummissjoni għandhom jiġu spjegati, inkluż meta l-livell jew it-tkabbir tal-fatturi varjabbli fis-suppożizzjonijiet esterni jitbiegħed konsiderevolment mill-valuri li jinsabu fit-tbassir tal-Kummissjoni."
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>il-paragrafu 4 jitħassar.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:<CITATION>
"5. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw liema istituzzjoni hija responsabbli għall-produzzjoni tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju u għandhom jippubblikaw it-tbassir makroekonomiku u baġitarju uffiċjali mħejji għall-ippjanar fiskali. Mill-inqas darba fis-sena, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jkollhom djalogu tekniku dwar is-suppożizzjonijiet li fuqhom hija bbażata t-tħejjija tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju.

<NO.P>6.</NO.P>It-tbassir makroekonomiku u baġitarju għall-ippjanar fiskali annwali u pluriennali għandu jkun soġġett għal evalwazzjoni ex post regolari, oġġettiva u komprensiva mwettqa minn korp indipendenti jew korpi oħra b'awtonomija funzjonali vis-à-vis l-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri differenti minn dak li jipproduċi t-tbassir. Ir-riżultat ta' dik l-evalwazzjoni għandu jiġi ppubblikat u jitqies kif xieraq fi tbassir makroekonomiku u baġitarju futur. Jekk l-evalwazzjoni ssib preġudizzju sinifikanti li jaffettwa t-tbassir makroekonomiku fuq perjodu ta' mill-inqas erba' snin konsekuttivi, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-azzjoni meħtieġa u jippubblikah."
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(d)</NO.P>	il-paragrafu 7 jitħassar.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(4)</NO.P>L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
<STRING ITALIC="on">"</STRING>Artikolu 5

<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli fiskali numeriċi speċifiċi tiegħu biex jippromwovi b'mod effettiv il-konformità mal-obbligi tiegħu li jirriżultaw mit-TFUE fil-qasam tal-politika baġitarja fuq perjodu pluriennali għall-amministrazzjoni pubblika kollu kemm hi. Dawn ir-regoli għandhom jippromwovu b'mod partikolari:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>konformità mal-valuri referenzjali u d-dispożizzjonijiet dwar id-defiċit u d-dejn stabbiliti f'konformità mat-TFUE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>l-adozzjoni ta' perjodu ta' ppjanar fiskali fuq terminu medju, konsistenti mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament [XXX il-parti preventiva tal-SGP].*</ITEM></LIST>

<STRING UNDERLINE="on">__________________</STRING>

* Ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [<STRING ITALIC="on">daħħal id-data</STRING>] [<STRING ITALIC="on">daħħal it-titlu sħiħ</STRING>] (ĠU L ..)."
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(5)</NO.P>L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"(b)	il-kontroll effettiv u f'waqtu rigward il-konformità mar-regoli, ibbażat fuq analiżi affidabbli u indipendenti mwettqa minn korpi fiskali indipendenti stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 8 jew korpi oħrajn b'awtonomija funzjonali vis-à-vis l-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri;"
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"Jekk regoli fiskali numeriċi jkun fihom klawżoli liberatorji, dawn il-klawżoli għandhom jistipulaw għadd limitat ta' ċirkostanzi speċifiċi, konsistenti mal-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw mit-TFUE u r-Regolament [XXX il-parti preventiva tal-SGP]."
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(6)</NO.P>L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej<STRING ITALIC="on">:</STRING><CITATION>
"Artikolu 7

Il-leġiżlazzjoni tal-baġit annwali tal-Istati Membri għandha tkun konsistenti mar-regoli fiskali numeriċi speċifiċi għall-pajjiż fis-seħħ."
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(7)</NO.P>Fil-Kapitolu V, it-titlu huwa sostitwit bi "ISTITUZZJONIJIET FISKALI INDIPENDENTI"</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(8)</NO.P>L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"Artikolu 8

<NO.P>1.</NO.P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjonijiet fiskali indipendenti, bħal korpi strutturalment indipendenti jew korpi b'awtonomija funzjonali fir-rigward tal-awtoritajiet baġitarji tal-Istati Membri, jiġu stabbiliti minn liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi vinkolanti nazzjonali.

<NO.P>1a.</NO.P>L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu aktar minn istituzzjoni fiskali indipendenti waħda.

<NO.P>2.</NO.P>L-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu magħmulin minn membri nominati u maħtura abbażi tal-esperjenza u l-kompetenza tagħhom fil-finanzi pubbliċi, fil-makroekonomija jew fil-ġestjoni baġitarja, u permezz ta' proċeduri trasparenti.

<NO.P>3.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">L-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>ma għandhomx jirċievu struzzjonijiet mill-awtoritajiet baġitarji tal-Istat Membru kkonċernat jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>għandu jkollhom il-kapaċità li jikkomunikaw pubblikament dwar il-valutazzjonijiet u l-opinjonijiet tagħhom fil-ħin;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>għandu jkollhom riżorsi adegwati u stabbli biex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv, inkluż kwalunkwe tip ta' analiżi fil-kompiti tagħhom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>għandu jkollhom aċċess adegwat u f'waqtu għall-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>għandhom jiġu soġġetti għal evalwazzjonijiet esterni regolari minn evalwaturi indipendenti.</ITEM></LIST>

<NO.P>4.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Mingħajr preġudizzju għall-kompiti u l-funzjonijiet attribwiti skont ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, l-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li l-kompiti li ġejjin jitwettqu minn waħda mill-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>il-produzzjoni, il-valutazzjoni jew l-approvazzjoni ta' tbassir makroekonomiku annwali u pluriennali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>is-sorvaljanza tal-konformità mar-regoli fiskali numeriċi speċifiċi għall-pajjiż sakemm ma ssirx minn kopri oħra f'konformità mal-Artikolu 6; </ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>it-twettiq ta' kompiti skont l-artikoli rilevanti tar-Regolament [XXX il-parti preventiva tal-SGP] u tar-Regolament [XXX il-parti korrettiva tal-SGP]*;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>il-valutazzjoni tal-konsistenza, il-koerenza u l-effettività tal-qafas baġitarju nazzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>fuq stedina, il-parteċipazzjoni f'seduti u f'diskussjonijiet regolari fil-Parlament nazzjonali.</ITEM></LIST>

<NO.P>5.</NO.P>L-istituzzjonijiet għandhom joħorġu valutazzjonijiet fil-kuntest tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 4 (a), (d), (e) u (f) mingħajr preġudizzju għall-kompiti u l-funzjonijiet attribwiti skont ir-Regolament (UE) Nru 473/2013. L-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma' dawn il-valutazzjonijiet, jew inkella jispjegaw għaliex mhumiex qed isegwuhom. L-ispjegazzjoni għandha tkun pubblika u tiġi ppreżentata xahrejn mill-ħruġ ta' tali valutazzjonijiet.

<STRING BOLD="on"><STRING UNDERLINE="on">_</STRING></STRING><STRING UNDERLINE="on">________________</STRING>

* Ir-Regolament (UE) tal-Kunsill ta' [daħħal id-data] [daħħal it-titlu sħiħ] (ĠU L ..).
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(9)</NO.P>L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas baġitarju nazzjonali effettiv kredibbli għal perjodu medju li jipprevedi l-adozzjoni ta' perjodu ta' ppjanar fiskali ta' mill-inqas tliet snin biex ikun żgurat li l-ippjanar fiskali nazzjonali jsegwi perspettiva ta' ppjanar fiskali multiannwali."
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P>il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:<CITATION>
"2. L-oqfsa baġitarji nazzjonali għal perjodu medju għandhom jinkludu proċeduri għall-istabbiliment tal-punti li ġejjin: "
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ii)</NO.P>il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"(a)	objettivi baġitarji pluriennali komprensivi u trasparenti kif imsemmija fl-Artikolu 2, il-punt (e) f'termini tad-defiċit, tad-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika, tad-dejn u ta' kwalunkwe indikatur fiskali sommarju ieħor bħan-nefqa, filwaqt li jiġi żgurat li dawn ikunu konsistenti ma' kwalunkwe regola fiskali numerika speċifika għall-pajjiż kif previst fil-Kapitolu IV ta' din id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament [XXX il-parti preventiva tal-SGP].";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(iii)</NO.P>il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"(c)	deskrizzjoni tal-politiki ta' terminu medju<STRING BOLD="on">, inkluż l-investiment u r-riformi</STRING>, previsti b'impatt fuq il-finanzi tal-amministrazzjoni pubblika u t-tkabbir sostenibbli u inklużiv, imqassma skont l-entrata ewlenija tad-dħul u n-nefqa, billi jintwera kif jinkiseb l-aġġustament għall-objettivi baġitarji nazzjonali fuq terminu medju kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (e), meta mqabbel mal-projezzjonijiet taħt politiki mhux mibdula.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(iv)</NO.P>il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"(d)	evalwazzjoni ta' kif, fid-dawl tal-impatt dirett tagħhom fuq perjodu medju u twil fuq il-finanzi tal-amministrazzjoni pubblika, il-linji ta' politika mbassra x'aktarx li jaffettwaw is-sostenibbiltà fuq perjodu medju u twil tal-finanzi pubbliċi u t-tkabbir sostenibbli u inklużiv. Sa fejn possibbli, il-valutazzjoni għandha tqis ir-riskji makrofiskali mit-tibdil fil-klima u l-impatti ambjentali u distributtivi tagħha.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>il-paragrafu 3 jitħassar;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(10)</NO.P>L-Artikoli 10 u 11 huma sostitwiti b'dan li ġej:<CITATION>
"Artikolu 10

Il-leġiżlazzjoni baġitarja annwali għandha tkun konsistenti mal-objettivi baġitarji nazzjonali fuq terminu medju kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (e). Kwalunkwe devjazzjoni għandha tiġi spjegata kif xieraq.";

Artikolu 11

Din id-Direttiva bl-ebda mod ma għandha timpedixxi gvern ġdid ta' Stat Membru milli jaġġorna l-pjan baġitarju tiegħu ta' terminu medju biex jirrifletti l-prijoritajiet politiċi ġodda tiegħu. F'dan il-każ, il-gvern il-ġdid għandu jindika d-differenzi mill-pjan baġitarju preċedenti u ta' terminu medju l-ġdid.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(11)</NO.P>	fil-Kapitolu VI, it-titlu huwa sostitwit b'dan li ġej: "TRASPARENZA FIL-FINANZI TAL-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA"</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(12)</NO.P>L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe miżura meħuda f'konformità mal-Kapitoli II, III u IV tkun konsistenti fis-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika u tkopri b'mod komprensiv dawn is-sottosetturi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, b'mod partikolari, jirrikjedu regoli u proċeduri konsistenti tal-kontabbiltà mill-amministrazzjoni pubblika, u l-integrità tas-sistemi tal-ġbir u tal-ipproċessar tad-data sottostanti tagħhom.";
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(13)</NO.P>L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"Artikolu 14

<NO.P>1.</NO.P>Fil-qafas tal-proċessi baġitarji annwali u multiannwali, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar korpi u fondi li ma jagħmlux parti mill-baġits regolari iżda huma parti mill-amministrazzjoni pubblika, inkluż sottosetturi tal-amministrazzjoni pubblika. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ukoll valuri li jikkorrispondu għall-impatt ikkombinat fuq il-bilanċi u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta' dawk il-korpi u fondi.

<NO.P>2.</NO.P>L-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata dwar l-impatt li l-infiq fuq it-taxxa jkollu fuq id-dħul.

<NO.P>3.</NO.P>Għas-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni rilevanti dwar obbligazzjonijiet kontinġenti b'impatti potenzjalment kbar fuq il-budgets pubbliċi, inkluż garanziji tal-gvern, self improduttiv, u obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-operat ta' korporazzjonijiet pubbliċi, inkluż id-daqs tagħhom. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ukoll, sa fejn possibbli, informazzjoni dwar obbligazzjonijiet kontinġenti relatati mad-diżastri u mal-klima. L-informazzjoni ppubblikata għandha, sa fejn possibbli, tqis l-informazzjoni dwar l-ispejjeż fiskali mġarrba minħabba diżastri u xokkijiet relatati mal-klima. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika fil-kapital ta' korporazzjonijiet pubbliċi u privati fir-rigward ta' ammonti ekonomikament sinifikanti."
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(14)</NO.P>L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:<CITATION>
"Artikolu 15

<NO.P>1.</NO.P>L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2025. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Il-Kunsill iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, għalihom u fl-interessi tal-Unjoni, ifasslu t-tabelli ta' korrelazzjoni proprji li, kemm jista' jkun, ser juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku.

<NO.P>2.</NO.P>Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

<NO.P>3.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport interim ta' progress dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ewlenin ta' din id-Direttiva abbażi tal-informazzjoni rilevanti mill-Istati Membri, li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2025.

<NO.P>4.</NO.P>L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva."
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(15)</NO.P>L-Artikolu 16 jitħassar.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(16)</NO.P>L-Artikolu 16a jiżdied kif ġej:<CITATION>
"Artikolu 16a

<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Sal-31 ta' Diċembru 2025 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-istat attwali ta':</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>Il-kontabbiltà pubblika mill-amministrazzjoni pubblika fl-Unjoni, filwaqt li jitqies il-progress li sar mill-valutazzjoni tagħha tal-2013 tal-adegwatezza tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku għall-Istati Membri;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>Il-kapaċità u l-kompiti tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti tal-UE, filwaqt li jitqies il-progress li sar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, abbażi tas-sejbiet tal-Bażi tad-Data dwar il-Governanza Fiskali tal-Kummissjoni u konsultazzjonijiet ma' partijiet ikkonċernati rilevanti, bil-ħsieb li jiġu esplorati standards minimi;</ITEM></LIST>

<NO.P>2.</NO.P>Sal-31 ta' Diċembru 2030, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika eżami tal-effettività ta' din id-Direttiva."
</CITATION></PARAG>
</GR.ART><SIGNATURE>
Magħmul fi Brussell,

<STRING ITALIC="on">	Għall-Kunsill </STRING>	Il-President
</SIGNATURE></DISPOSITIF></TEXT></TCONSOLID></TXTLST></SDOCTA>