<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0314</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni li ma jkunx hemm oppożizzjoni għal att iddelegat: tal-inklużjoni tal-prekursur tad-droga Malonat tal-isopropiliden (2-(3,4-metilendiossifenil)aċetil) (IMDPAM) u ta’ sustanzi oħra fil-lista ta’ sustanzi skedati</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0213/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 fir-rigward tal-inklużjoni tal-prekursur tad-droga Malonat tal-isopropiliden (2-(3,4-metilendiossifenil)aċetil) (IMDPAM) u ta’ sustanzi oħra fil-lista ta’ sustanzi skedati (C(2024)01219 - 2024/2606(DEA))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2024)01219),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2024, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 47, 18.2.2004, p.1.</FIELD></FOOTNOTE> dwar prekursuri tad-droga, u b’mod partikolari l-Artikoli 15 u 15a(5) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 22, 26.1.2005, p.1.</FIELD></FOOTNOTE> li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, u b’mod partikolari l-Artikoli 30a u 30b(5) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-fatt li ma saret l-ebda oġġezzjoni fit-terminu stabbilit fl-Artikolu 111(6), it-tielet u r-raba’ inċiż, tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li skada fit-23 ta’ April 2024,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-qafas leġiżlattiv tal-UE dwar miżuri għall-kontroll tal-aċċess għal sustanzi użati fil-manifattura ta’ drogi illeċiti jrid jiġi aġġornat kontinwament biex tiġi miġġielda l-proliferazzjoni tal-hekk imsejħa “designer precursors”, li kimikament huma qraba tal-prekursuri tad-droga tradizzjonali maħluqa biex jiġu evitati r-regoli eżistenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-melħ tas-sodju tal-Malonat tal-isopropiliden (2-(3,4-metilendiossifenil)aċetil) (IMDPAM) ġie identifikat bħala prekursur tad-droga żviluppat reċentement li jintuża fil-produzzjoni tal-MDMA (3,4-metilendiossimetamfetamina), magħrufa komunement bħala “ecstasy”;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi seba’ esteri tat-2-metil-3-fenilossiran-2-aċidu karbossiliku (aċidu gliċidiku BMK) u sitt esteri tat-3-(1,3-benżodiossol-5-il)-2-metil-ossiran-2-aċidu karbossiliku (aċidu gliċidiku PMK)) ġew identifikati bħala sostituti possibbli tal-aċidu gliċidiku BMK u tal-aċidu gliċidiku PMK, li huma prekursuri kontrollati skont id-dritt tal-UE, fil-produzzjoni ta’ drogi illeċiti bħall-MDMA, il-metamfetamina u l-amfetamina;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi huwa meħtieġ li tiġi emendata l-lista ta’ sustanzi skedati inklużi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 biex l-IMDPAM u l-esteri identifikati tal-aċidu gliċidiku BMK u l-aċidu gliċidiku PMK jiġu soġġetti għall-miżuri armonizzati ta’ kontroll u monitoraġġ previsti f’dawk ir-regolamenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-miżuri għall-kontroll tal-aċċess għal sustanzi li jkun għadhom kemm ġew skedati skont ir-Regolamenti (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005 għandhom jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun biex jipprevjenu l-użu ta’ dawk il-prekursuri tad-droga għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ drogi illeċiti;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi fil-pjan direzzjonali tal-UE biex jiġi miġġieled it-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata (COM(2023)0641) il-Kummissjoni Ewropea impenjat ruħha li tagħmel kull sforz, f’kooperazzjoni mal-Parlament u mal-Kunsill, biex tħaffef il-proċedura ta’ adozzjoni ta’ atti delegati futuri li jiskedaw sustanzi addizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>