<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0316</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Oġġezzjoni għal att delegat: Ikel ġdid - id-definizzjoni ta’ “nanomaterjali maħdumin”</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0225/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “nanomaterjali maħdumin” (C(2024)01612 – 2024/2691(DEA))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “nanomaterjali maħdumin” (C(2024)01612),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 u l-Artikolu 32(6) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 18(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-listi tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1130/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel, l-aromatizzanti u n-nutrijenti tal-ikel<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 295, 12.11.2011, p. 178.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 80, 26.3.2010, p. 19.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jipprovdi li kull ingredjent preżenti fil-forma ta’ nanomaterjali maħdumin għandu jkun indikat ċar fil-lista tal-ingredjenti tal-ikel biex tkun żgurata l-informazzjoni lill-konsumaturi; billi, għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jiddefinixxi “nanomaterjali maħdumin” kif stabbilit mill-Artikolu 3(2), punt (f), tar-Regolament (UE) 2015/2283;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2015/2283 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li taġġusta u tadatta, permezz ta’ atti delegati, id-definizzjoni msemmija fih ta’ “nanomaterjali maħdumin” għall-progress tekniku jew xjentifiku jew għal definizzjonijiet miftiehma f’livell internazzjonali, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi ta’ dak ir-Regolament;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, permezz tar-Regolamenti (UE) Nru 1129/2011 u (UE) Nru 1130/2011, ġew stabbiliti listi komprensivi tal-Unjoni li jelenkaw l-addittivi tal-ikel li kienu permessi għall-użu qabel ma daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008, wara rieżami tal-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar;
</CONS><CONS>
<STRING ITALIC="on">Il-konsegwenzi tad-definizzjonijiet</STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi d-definizzjoni tar-regolament delegat tal-Kummissjoni ta’ “nanomaterjal maħdum” se tiddetermina jekk ikel għandux jiġi ttikkettat bħala “[nano]” fil-lista tal-ingredjenti, kif imsemmi fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-regolament delegat tal-Kummissjoni għandu l-għan li jindirizza kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-definizzjoni attwali billi jintroduċi elementi oġġettivi biex jiddeterminaw jekk nanomaterjal huwiex “maħdum” jew le, bħal permezz tas-sostituzzjoni ta’ “[materjal] prodott intenzjonalment” ma’ “manifatturat”;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-regolament delegat tal-Kummissjoni jipprekludi partiċelli li mhumiex fi stat solidu, bħal miċelli, liposomi, jew qtar nanoskala f’emulsjoni, u ingredjenti li fihom inqas minn 50 % ta’ partiċelli ta’ daqs inqas minn 100 nm milli jitqiesu bħala nanomaterjali fl-ikel;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-valur ta’ limitu predefinit propost ta’ 50 % jew aktar partiċelli fuq skala nano huwa arbitrarju u inqas protettiv mill-interpretazzjoni li ngħatat minn xi Stati Membri, pereżempju minn Franza, tad-definizzjoni fir-Regolament (UE) 2015/2283; billi dak ir-Regolament ma jikkunsidrax valur ta’ limitu ta’ distribuzzjoni tad-daqs għal partiċelli taħt il-100 nm;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi d-definizzjoni proposta potenzjalment teskludi ħafna nanosustanzi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, li għalhekk ma jkunux soġġetti għall-obbligu tat-tikkettar “[nano]”; billi l-Kummissjoni tindika fil-punt 3 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha li “n-numru ta’ materjali użati fl-ikel li jista’ jkun fihom ċerta frazzjoni ta’ nanopartiċelli huwa limitat u l-biċċa l-kbira ta’ dawn, jekk mhux kollha, huma materjali mhumiex ġodda” u li “l-potenzjal l-impatti tal-att delegat għalhekk se jikkonċernaw biss numru limitat ħafna ta’ materjali”;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, attwalment, huma preċiżament l-addittivi tal-ikel li jistgħu jkunu preżenti bħala nanomaterjali fl-ikel; billi l-Aġenzija Nazzjonali Franċiża għas-Saħħa u s-Sigurtà (ANSES) kienet elenkat 37 nanosustanza użati f’aktar minn 900 prodott tal-ikel<FOOTNOTE><FIELD> https://www.anses.fr/fr/nanomateriaux-alimentation-premiere-application-methodologie.</FIELD></FOOTNOTE>; billi t-testijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet tal-konsumatur u organizzazzjonijiet mhux governattivi (Agir pour l’Environnement<FOOTNOTE><FIELD> https://www.agirpourlenvironnement.org/communiques-presse/enquete-exclusive-des-analyses-revelent-la-presence-de-nanoparticules-dans-3980/.</FIELD></FOOTNOTE>, Que Choisir<FOOTNOTE><FIELD> https://www.quechoisir.org/enquete-nanoparticules-taille-mini-doutes-maxi-n50748/.</FIELD></FOOTNOTE>, 60 Millions de consommateurs<FOOTNOTE><FIELD> https://bibliotheque.60millions-mag.com/detail/publication/detail-top-right/561?issue_id=113421&switch_toc=archive.</FIELD></FOOTNOTE>, AVICENN<FOOTNOTE><FIELD> https://veillenanos.fr/wp-content/uploads/2023/01/Rapport-test-EN-20230113.pdf.</FIELD></FOOTNOTE> fi Franza, Foodwatch<FOOTNOTE><FIELD> https://www.foodwatch.org/de/potenziell-krebserregender-farbstoff-in-backzutaten-von-dr-oetker.</FIELD></FOOTNOTE> u Bund<FOOTNOTE><FIELD> https://www.bund.net/fileadmin/user_upload_bund/publikationen/chemie/‌nanotechnologie_in_lebensmitteln_hintergrund.pdf.</FIELD></FOOTNOTE> fil-Ġermanja, Testachats<FOOTNOTE><FIELD> https://www.test-achats.be/sante/sante-au-quotidien/produits-testes/news/nanoparticules-affichage.</FIELD></FOOTNOTE> fil-Belġju u Altroconsumo<FOOTNOTE><FIELD> https://www.altroconsumo.it/alimentazione/sicurezza-alimentare/news/nanoparticelle.</FIELD></FOOTNOTE> fl-Italja u OCU fi Spanja<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ocu.org/toda-la-informacion?type=magazine-articles&magazine=ocu%20compra%20maestra&year=2019.</FIELD></FOOTNOTE>) ripetutament urew il-preżenza ta’ addittivi tal-ikel b’perċentwal sinifikanti ta’ nanopartiċelli, pereżempju, l-ossidu tal-ħadid tal-kulur tal-ikel (E172) użat fi prodotti tal-ħalib, prodotti moħmija, u xi ċereali tal-kolazzjon, jista’ jkun fih nanopartiċelli taħt il-limitu ta’ 50 %; billi dan juri li n-nuqqas ta’ tikkettjar adegwat ta’ ċerti ingredjenti tal-ikel bħala “[nano]” huwa primarjament dovut għan-nuqqas ta’ infurzar tal-leġiżlazzjoni attwali, u wisq inqas għal problemi ta’ interpretazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi studju kkummissjonat fl-2020 mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi wera li ċ-ċittadini jitolbu tikkettar aħjar tal-prodotti ta’ kuljum li fihom in-nanomaterjali<FOOTNOTE><FIELD> https://echa.europa.eu/mt/-/what-do-eu-citizens-think-about-nanomaterials-.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<STRING ITALIC="on">Kontradizzjonijiet ma’ rakkomandazzjonijiet u avvanzi xjentifiċi ġodda</STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2014 dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “nanomaterjali maħdumin”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 378, 9.11.2017, p. 92.</FIELD></FOOTNOTE>, il-Parlament Ewropew oġġezzjona għal definizzjoni simili ħafna, bl-istess limitu ta’ 50 %, li eskludiet l-addittivi tal-ikel kollha, billi qies li d-definizzjoni kienet “kuntrarja għall-għan bażiku tad-direttiva li jsegwi livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħet il-konsumaturi u l-interessi tagħhom billi jipprovdi bażi għall-konsumaturi finali biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati”; billi l-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni tressaq att delegat ġdid li jqis il-pożizzjoni tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ottubru 2020 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għad-diossidu tat-titanju (E 171)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 395, 29.3.2021, p. 28.</FIELD></FOOTNOTE>, il-Parlament Ewropew oġġezzjona għal abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni li awtorizza lottijiet ta’ diossidu tat-titanju ta’ grad tal-ikel (E171) li fihom inqas minn 50 % ta’ partiċelli iżgħar minn 100 nm;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel irrakkomandat<FOOTNOTE><FIELD> https://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/assets/corporatenanotechnology121003.pdf.</FIELD></FOOTNOTE> li “[fid-]dawl tal-inċertezzi attwali dwar is-sikurezza, limitu aktar baxx tan-numru ta’ nanopartiċelli, pereżempju 10 %, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati għal applikazzjonijiet relatati mal-ikel minflok dak propost bħalissa (50 %) fir-Rakkomandazzjoni”;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi organizzazzjonijiet akkademiċi, awtoritajiet pubbliċi, organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-konsumatur u ambjentali u trade unions appoġġjaw, fil-proċess ta’ konsultazzjoni tal-Kummissjoni, definizzjoni li tinkludi l-materjali kollha, kemm jekk ikunu manifatturati, inċidentali jew naturali, u limitu predefinit ta’ 10 % jew aktar ta’ partiċelli fid-distribuzzjoni tad-daqs ibbażata fuq in-numru;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi mill-2014, avvanzi ġodda u għarfien xjentifiċi jikkonfermaw li n-nanomaterjali jistgħu jaqsmu l-ostakli fiżjoloġiċi u ħafna drabi huma aktar perikolużi minn sustanzi fi stati mikro jew makro<FOOTNOTE><FIELD> https://veillenanos.fr/en/dossier/nanos-and-health/nanos-health-risks/.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-ANSES ippubblikat rapport dettaljat f’April 2023<FOOTNOTE><FIELD> Opinjoni tal-Anses (2023): Definizzjoni ta’ nanomaterjali: analiżi, sfidi u kontroversji, https://www.anses.fr/en/system/files/AP2018SA0168RaEN.pdf.</FIELD></FOOTNOTE> li fih tiddikjara li d-definizzjoni ta’ nanomaterjali stabbilita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2022<FOOTNOTE><FIELD> Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2022 dwar id-definizzjoni ta’ nanomaterjal (ĠU C 229, 14.6.2022, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, li serviet bħala l-bażi għar-reviżjoni tad-definizzjoni ta’ “nanomaterjali maħdumin” stabbilita fir-Regolament (UE) 2015/2283, f’regolamenti speċifiċi għas-settur, speċjalment fl-ikel, ikun ta’ detriment għall-prevenzjoni tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent; billi l-ANSES saħqet li l-limitu tan-numru ta’ nanopartiċelli ta’ 50 % inkluż fid-definizzjoni orizzontali “[nano]” “mhuwiex ibbażat fuq argumenti xjentifiċi sodi”, u rrakkomandat li jiġi stabbilit valur aktar baxx għal dak il-limitu;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-iskoperta ta’ nano ingredjenti tal-ikel ibbażati fuq limitu ta’ numru ta’ nanopartiċelli ta’ 10 % huwa fattibbli, peress li dak huwa l-valur ta’ limitu applikat bħalissa mid-Direttorat Ġenerali Franċiż għall-Affarijiet tal-Konsumatur, il-Kompetizzjoni u l-Kontroll tal-Frodi fl-attivitajiet tal-kontroll tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> Anses (2020) : Nanomatériaux dans les produits destinés à l’alimentation. Rapport d’expertise collective, https://www.anses.fr/fr/system/files/ERCA2016SA0226Ra.pdf (p. 86).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<STRING ITALIC="on">Il-Prinċipju ta’ prekawzjoni</STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-Artikolu 191(2) tat-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju ta’ prekawzjoni bħala wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-Artikolu 168(1) tat-TFUE jiddisponi li "livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni";
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Joġġezzjona għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u tinnotifikaha li r-Regolament Delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni mhuwiex kompatibbli mal-għan u l-kontenut tar-Regolament (UE) 2015/2283 u li jeċċedi s-setgħat delegati konferiti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-limitu propost ta’ 50 % ma jqisx il-progress tekniku u xjentifiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tapplika l-prinċipju ta’ prekawzjoni, tiżgura s-sikurezza u l-informazzjoni tal-konsumaturi u tqis l-approċċ “Saħħa Waħda”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>