<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0326</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Miżuri ta' intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u finanzjament ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni (SRMR3)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0155/2024 - Rapporteur: Pedro Marques)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 fir-rigward ta’ miżuri ta’ intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni (COM(2023)0226 – C9-0139/2023 – 2023/0111(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0226),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0139/2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 307, 31.8.2023, p. 19.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 349, 29.9.2023, p. 161.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0155/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TC1-COD(2023)0111</STRING></IDENT><TCONSOLID><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 fir-rigward ta’ miżuri ta’ intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni</STRING><FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">*</STRING> Il-bidliet fit-test kollu jirriżultaw mill-adozzjoni tal-emenda 1. It-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌. '</FIELD></FOOTNOTE><BRK/></TI><NOTE>(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT>IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,</PRINIT><GRVISA><VISA>
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> ĠU  C , , p. .</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> ĠU  C , , p. .</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
</VISA></GRVISA><GRCONS><GRCINIT>Billi:</GRCINIT><CONS>
<NO.P>(1)</NO.P>Il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti ta’ investiment (“istituzzjonijiet”) ġie stabbilit wara l-kriżi finanzjarja globali tal-2008-2009 u b’segwitu għall-pubblikazzjoni b’approvazzjoni internazzjonali tal-Key Attributes of Effective Resolution Regimes for Financial Institutions<FOOTNOTE><FIELD> Il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, Key Attributes of Effective Resolution Regimes for Financial Institutions, il-15 ta’ Ottubru 2014.</FIELD></FOOTNOTE> tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja. Il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni jikkonsisti fid-Direttiva 2014/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).</FIELD></FOOTNOTE> u fir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>. Iż-żewġ atti japplikaw għall-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni, u għal kwalunkwe entità oħra li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva jew ta’ dak ir-Regolament (“entitajiet”). Il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni għandu l-għan li jittratta b’mod ordnat il-falliment tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet billi jippreżerva l-funzjonijiet kritiċi tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet u jevita t-theddid għall-istabbiltà finanzjarja, u fl-istess ħin jipproteġi lid-depożitanti u l-fondi pubbliċi. Barra minn hekk, il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni għandu l-għan li jrawwem l-iżvilupp tas-suq intern fis-settur bankarju billi joħloq reġim armonizzat sabiex jiġu indirizzati kriżijiet transfruntiera b’mod koordinat u billi jiġu evitati kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet ekwi.
</CONS><CONS>
<NO.P>(1a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fil-preżent, l-unjoni bankarja tistrieħ biss fuq tnejn mit-tliet pilastri maħsuba tagħha, jiġifieri, il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM). Għalhekk għada mhux kompluta, minħabba li jonqos it-tielet pilastru tagħha, jiġifieri l-iskema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS). It-tlestija tal-unjoni bankarja tifforma parti integrali mill-unjoni ekonomika u monetarja u tal-istabbiltà finanzjarja, b’mod partikolari għax timmitiga r-riskji tal-hekk imsejjaħ “ċirku vizzjuż” li jirriżultaw mir-rabta bejn il-banek u s-sovrani.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(2)</NO.P>Diversi snin mill-implimentazzjoni tiegħu, il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni kif applikabbli bħalissa ma jwettaqx kif maħsub fir-rigward ta’ xi wħud minn dawk l-objettivi. B’mod partikolari, filwaqt li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet għamlu progress sinifikanti fir-riżolvibbiltà u allokaw riżorsi sinifikanti għal dak l-għan, b’mod partikolari permezz tal-akkumulazzjoni tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni u l-ġmigħ għall-arranġamenti ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni, il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni rarament jintuża. Il-fallimenti ta’ ċerti istituzzjonijiet u entitajiet iżgħar u ta’ daqs medju huma, minflok, indirizzati l-aktar permezz ta’ miżuri nazzjonali mhux armonizzati. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sfortunatament</STRING></STRING>, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għadhom qed</STRING></STRING> jintużaw il-flus tal-kontribwenti iktar milli <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija, inklużi</STRING></STRING> l-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni. Dik is-sitwazzjoni tidher li tirriżulta minn inċentivi inadegwati. Dawk l-inċentivi inadegwati jirriżultaw mill-interazzjoni tal-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni mar-regoli nazzjonali, billi d-diskrezzjoni wiesgħa fil-valutazzjoni tal-interess pubbliku mhux dejjem tiġi eżerċitata b’mod li jirrifletti kif il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni kien maħsub li japplika. Fl-istess ħin, il-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni ftit ra użu minħabba r-riskji għad-depożitanti ta’ istituzzjonijiet iffinanzjati b’depożiti li jġarrbu telf sabiex jiġi żgurat li dawk l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jaċċessaw finanzjament estern f’riżoluzzjoni, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ obbligazzjonijiet oħrajn li jistgħu jirċievu rikapitalizzazzjoni interna. Fl-aħħar nett, il-fatt li hemm regoli inqas stretti dwar l-aċċess għall-finanzjament barra mir-riżoluzzjoni milli fir-riżoluzzjoni skoraġġixxa l-applikazzjoni tal-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni favur soluzzjonijiet oħrajn, li spiss jinvolvu l-użu ta’ flus il-kontribwenti minflok ir-riżorsi proprji tal-istituzzjoni jew tal-entità jew tax-xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija. Dik is-sitwazzjoni min-naħa tagħha tiġġenera riskji ta’ frammentazzjoni, riskji ta’ eżiti subottimali fil-ġestjoni tal-fallimenti tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet, b’mod partikolari fil-każ ta’ istituzzjonijiet u ta’ entitajiet iżgħar u ta’ daqs medju, u kostijiet tal-għażla minn riżorsi finanzjarji mhux użati. Għalhekk, huwa neċessarju li tiġi żgurata applikazzjoni aktar effettiva u koerenti tal-qafas tal-Unjoni dwar ir-riżoluzzjoni u li jiġi żgurat li dan ikun jista’ jiġi applikat <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">meta</STRING></STRING> jkun fl-interess pubbliku, inkluż għal istituzzjonijiet iżgħar u ta’ daqs medju  ▌.
</CONS><CONS>
<NO.P>(3)</NO.P>Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, l-Istati Membri li stabbilew kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rispettivi għandhom jitqiesu bħala Stati Membri parteċipanti għall-finijiet ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 ma fih l-ebda dettall dwar il-proċess għat-tħejjija tal-bidu tal-kooperazzjoni msaħħa f’kompiti relatati mar-riżoluzzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti dawk id-dettalji.
</CONS><CONS>
<NO.P>(4)</NO.P>L-intensità, u l-livell ta’ dettall, tal-ħidma ta’ ppjanar ta’ riżoluzzjoni meħtieġa fir-rigward tas-sussidjarji li ma ġewx identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni jvarjaw skont id-daqs u l-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet ikkonċernati, il-preżenza ta’ funzjonijiet kritiċi, u l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-grupp. Għalhekk, jenħtieġ li l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (il-“Bord”) ikun jista’ jqis dawk il-fatturi meta jidentifika l-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ tali sussidjarji u jsegwi approċċ simplifikat, meta dan ikun xieraq.
</CONS><CONS>
<NO.P>(5)</NO.P>Istituzzjoni jew entità li tkun qed tiġi stralċata skont id-dritt nazzjonali, wara determinazzjoni li l-istituzzjoni jew l-entità qiegħda tfalli jew x’aktarx se tfalli u konklużjoni mill-Bord li r-riżoluzzjoni tagħha ma tkunx fl-interess pubbliku, fl-aħħar mill-aħħar tkun riesqa sabiex toħroġ mis-suq. Dan jimplika li pjan għall-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f’każ ta’ falliment ma huwiex meħtieġ, irrispettivament minn jekk l-awtorità kompetenti tkunx diġà rtirat l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità kkonċernata. L-istess japplika għal istituzzjoni residwa taħt riżoluzzjoni wara t-trasferiment tal-assi, tad-drittijiet u tal-obbligazzjonijiet fil-kuntest ta’ strateġija ta’ trasferiment. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi speċifikat li f’dawk is-sitwazzjonijiet, l-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni ma tkunx meħtieġa.
</CONS><CONS>
<NO.P>(6)</NO.P>Bħalissa l-Bord jista’ jipprojbixxi ċerti distribuzzjonijiet meta istituzzjoni jew entità tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta’ bafer kombinat meta jitqies b’mod supplimentari għar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u għall-obbligazzjonijiet eliġibbli (“MREL”). Madankollu, sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-allinjament mal-proċeduri eżistenti għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħudin mill-Bord, huwa neċessarju li jiġu speċifikati b’mod aktar ċar ir-rwoli tal-awtoritajiet involuti fil-proċess għall-projbizzjoni tad-distribuzzjonijiet. Għalhekk, xieraq li jiġi stabbilit li l-Bord jenħtieġ li jindirizza struzzjoni sabiex jipprojbixxi tali distribuzzjonijiet lill-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, li jenħtieġ li timplimenta d-deċiżjoni tal-Bord. Barra minn hekk, f’ċerti sitwazzjonijiet, istituzzjoni jew entità tista’ tkun meħtieġa tikkonforma mal-MREL fuq bażi differenti mill-bażi li fuqha dik l-istituzzjoni jew l-entità tkun meħtieġa tikkonforma mar-rekwiżit ta’ bafer kombinat. Dik is-sitwazzjoni toħloq inċertezzi dwar il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Bord li jipprojbixxi d-distribuzzjonijiet u għall-kalkolu tal-ammont massimu distribwibbli relatat mal-MREL. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit li, f’dawk il-każijiet, il-Bord jenħtieġ li jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex jipprojbixxu ċerti distribuzzjonijiet fuq il-bażi tal-istima tar-rekwiżit ta’ bafer kombinat li jirriżulta mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1118<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1118 tas-26 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jiġi stmat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-rekwiżit ta’ riżerva kombinat għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta’ riżoluzzjoni fejn il-grupp ta’ riżoluzzjoni ma huwiex soġġett għal dawk ir-rekwiżiti skont dik id-Direttiva (ĠU L 241, 8.7.2021, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>. Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-Bord jikkomunika r-rekwiżit ta’ bafer kombinat stmat lill-istituzzjoni jew lill-entità, li mbagħad jenħtieġ li tiddivulga pubblikament dak ir-rekwiżit ta’ bafer kombinat stmat.
</CONS><CONS>
<NO.P>(7)</NO.P>Id-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxu s-setgħat li għandhom jiġu eżerċitati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, li wħud minnhom ma humiex inklużi fir-Regolament (UE) Nru 806/2014. Fil-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni, dan jista’ joħloq inċertezza dwar min huwa meħtieġ li jeżerċita dawk is-setgħat u f’liema kundizzjonijiet huma meħtieġa li jiġu eżerċitati. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi speċifikat kif l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jeżerċitaw ċerti setgħat stabbiliti biss fid-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward ta’ entitajiet u ta’ gruppi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Bord. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li l-Bord ikun jista’, meta jqis li jkun neċessarju, jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex jeżerċitaw dawk is-setgħat. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Bord ikun jista’ jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex jirrikjedu li istituzzjoni jew entità żżomm rekords dettaljati tal-kuntratti finanzjarji li għalihom l-istituzzjoni jew l-entità tkun parti, jew li japplikaw is-setgħa sabiex jissospendu xi obbligi finanzjarji skont l-Artikolu 33a tad-Direttiva 2014/59/UE. Madankollu, minħabba li l-permessi għat-tnaqqis tal-istrumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, li huwa applikabbli wkoll għall-istituzzjonijiet u għall-entitajiet u għall-obbligazzjonijiet soġġetti għall-MREL, ma jeħtiġux l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, jenħtieġ li l-Bord ikun jista’ jagħti dawk il-permessi lill-istituzzjonijiet jew lill-entitajiet direttament, mingħajr ma jkollu jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex jeżerċitaw dik is-setgħa.
</CONS><CONS>
<NO.P>(8)</NO.P>Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, ir-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 226).</FIELD></FOOTNOTE> u d-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 296).</FIELD></FOOTNOTE> implimentaw fid-dritt tal-Unjoni it-“Total Loss-absorbing Capacity (TLAC) Term Sheet” internazzjonali, ippubblikata mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja fid-9 ta’ Novembru 2015 (l-“istandard tat-TLAC”), għall-banek globali sistemikament importanti, fid-dritt tal-Unjoni msejħin istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs). Ir-Regolament (UE) 2019/877 u d-Direttiva (UE) 2019/879 emendaw ukoll l-MREL stabbilit fid-Direttiva 2014/59/UE u fir-Regolament (UE) Nru 806/2014. Huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar l-MREL jiġu allinjati mal-implimentazzjoni tal-istandard tat-TLAC għall-G-SIIs fir-rigward ta’ ċerti obbligazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex tiġi ssodisfata l-parti tal-MREL li jenħtieġ li tiġi ssodisfata b’fondi proprji u b’obbligazzjonijiet subordinati oħrajn. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-obbligazzjonijiet li jikklassifikaw <STRING ITALIC="on">pari passu</STRING> ma’ ċerti obbligazzjonijiet esklużi jiġu inklużi fil-fondi proprji u fl-istrumenti eliġibbli subordinati tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni meta l-ammont ta’ dawk l-obbligazzjonijiet esklużi fil-karta bilanċjali tal-entità ta’ riżoluzzjoni ma jaqbiżx il-5 % tal-ammont tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta’ riżoluzzjoni u l-ebda riskju relatat mal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” ma jirriżulta minn dik l-inklużjoni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(9)</NO.P>Ir-regoli għad-determinazzjoni tal-MREL huma ffokati l-aktar fuq l-istabbiliment tal-livell xieraq tal-MREL bis-suppożizzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna bħala l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta. Madankollu, ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 jippermetti lill-Bord juża għodod ta’ riżoluzzjoni oħrajn, jiġifieri dawk li jiddependu fuq it-trasferiment tan-negozju tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil xerrej privat jew lil istituzzjoni tranżitorja. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi speċifikat li, f’każ li l-pjan ta’ riżoluzzjoni jipprevedi l-użu tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja ▌, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">indipendentement jew flimkien ma’ għodod oħra ta’ riżoluzzjoni, </STRING></STRING>jenħtieġ li l-Bord jiddetermina l-livell tal-MREL għall-entità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata fuq il-bażi tal-ispeċifiċitajiet ta’ dawk l-għodod ta’ riżoluzzjoni u tal-ħtiġijiet differenti ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni li dawk l-għodod jinvolvu.
</CONS><CONS>
<NO.P>(10)</NO.P>Il-livell tal-MREL għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni huwa s-somma tal-ammont tat-telf mistenni fir-riżoluzzjoni u l-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-entità ta’ riżoluzzjoni tkompli tikkonforma mal-kundizzjonijiet tagħha għall-awtorizzazzjoni u li jippermettilha ssegwi l-attivitajiet tagħha għal perjodu xieraq. Ċerti strateġiji ta’ riżoluzzjoni preferuti jinvolvu t-trasferiment ta’ assi, ta’ drittijiet u ta’ obbligazzjonijiet lil riċevitur ▌, b’mod partikolari l-għodda tal-bejgħ tan-negozju. F’dawk il-każijiet, l-objettivi segwiti mill-komponent tar-rikapitalizzazzjoni jistgħu ma japplikawx bl-istess mod bħal fil-każ ta’ strateġija ta’ rikapitalizzazzjoni interna ta’ bank miftuħ, minħabba li l-Bord ma huwiex se jkun meħtieġ jiżgura li l-entità ta’ riżoluzzjoni tirrestawra l-konformità mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha wara azzjoni ta’ riżoluzzjoni. Madankollu, it-telf f’każijiet bħal dawn huwa mistenni jaqbeż ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-entità ta’ riżoluzzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi stabbilit li l-livell tal-MREL ta’ dawk l-entitajiet ta’ riżoluzzjoni jkompli jinkludi ammont ta’ rikapitalizzazzjoni li jiġi aġġustat b’mod li jkun proporzjonat għall-istrateġija ta’ riżoluzzjoni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(11)</NO.P>Meta l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tipprevedi l-użu ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni minbarra <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">esklużivament</STRING></STRING> rikapitalizzazzjoni interna, il-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni tal-entità kkonċernata ġeneralment ikunu iżgħar wara r-riżoluzzjoni milli fil-każ ta’ rikapitalizzazzjoni interna tal-bank miftuħ. Il-kalibrazzjoni tal-MREL f’każ bħal dan jenħtieġ li tqis dak l-aspett meta jiġi stmat ir-rekwiżit ta’ rikapitalizzazzjoni. Għalhekk, meta jaġġusta l-livell tal-MREL għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni li l-pjan ta’ riżoluzzjoni tagħhom jipprevedi l-bejgħ ta’ għodda tan-negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja ▌, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">indipendentement jew flimkien ma’ għodod oħra ta’ riżoluzzjoni, </STRING></STRING>jenħtieġ li l-Bord iqis il-karatteristiċi ta’ dawk l-għodod, inkluż il-perimetru mistenni tat-trasferiment lix-xerrej privat jew lill-istituzzjoni tranżitorja, it-tipi ta’ strumenti li għandhom jiġu ttrasferiti, il-valur u l-kummerċjabbiltà mistennija ta’ dawk l-istrumenti, u d-disinn tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta, inkluż l-użu komplementari tal-għodda ta’ separazzjoni tal-assi. Peress li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni trid tiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b’każ dwar kwalunkwe użu possibbli fir-riżoluzzjoni ta’ fondi mill-iskema ta’ garanzija tad-depożiti u peress li tali deċiżjoni ma tistax tiġi preżunta b’ċertezza <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING>, jenħtieġ li l-Bord ma jqisx il-kontribuzzjoni potenzjali tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti (f’riżoluzzjoni meta jiġi kkalibrat il-livell tal-MREL. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dak l-approċċ inaqqas ukoll il-probabbiltà ta’ periklu morali billi jiżgura li l-entitajiet ma jkunux qed jassumu b’mod preventiv li l-fondi mill-iskema ta’ garanzija tad-depożiti rispettiva se jintużaw biex tintlaħaq il-mira totali ta’ 8 % tal-obbligazzjonijiet u tal-fondi proprji.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>

</CONS><CONS>
<NO.P>(13)</NO.P>Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).</FIELD></FOOTNOTE>, il-BĊE huwa kompetenti sabiex iwettaq kompiti superviżorji fir-rigward ta’ intervent bikri. Huwa neċessarju li jitnaqqsu r-riskji li jirriżultaw minn traspożizzjonijiet diverġenti fil-liġijiet nazzjonali tal-miżuri ta’ intervent bikri fid-Direttiva 2014/59/UE u li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti mill-BĊE tas-setgħat tiegħu li jieħu miżuri ta’ intervent bikri. Dawk il-miżuri ta’ intervent bikri li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jirrimedjaw id-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta’ istituzzjoni jew entità u jnaqqsu, sa fejn ikun possibbli, ir-riskju u l-impatt ta’ riżoluzzjoni possibbli. Madankollu, minħabba nuqqas ta’ ċertezza dwar l-iskattaturi għall-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri ta’ intervent bikri u t-trikkib parzjali ma’ miżuri superviżorji, il-miżuri ta’ intervent bikri rarament intużaw. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/59/UE dwar miżuri ta’ intervent bikri jiġu riflessi fir-Regolament (UE) Nru 806/2014, u b’hekk tiġi żgurata għodda legali unika u direttament applikabbli għall-BĊE, u jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri ta’ intervent bikri jiġu ssimplifikati u speċifikati aktar. Sabiex jitneħħew l-inċertezzi dwar il-kundizzjonijiet u t-twaqqit għat-tneħħija tal-korp maniġerjali u l-ħatra ta’ amministraturi temporanji, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu identifikati b’mod espliċitu bħala miżuri ta’ intervent bikri u l-applikazzjoni tagħhom jenħtieġ li tkun soġġetta għall-istess skattaturi. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-BĊE jkun meħtieġ jagħżel il-miżuri xierqa sabiex jindirizza sitwazzjoni speċifika f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Sabiex il-BĊE jkun jista’ jqis ir-riskji għar-reputazzjoni jew ir-riskji relatati mal-ħasil tal-flus jew mat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, jenħtieġ li l-BĊE jivvaluta l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri mhux biss fuq il-bażi ta’ indikaturi kwantitattivi, inklużi r-rekwiżiti kapitali jew ta’ likwidità, il-livell ta’ ingranaġġ, is-self improduttiv jew il-konċentrazzjoni ta’ skoperturi, iżda wkoll fuq il-bażi ta’ skattaturi kwalitattivi.
</CONS><CONS>
<NO.P>(14)</NO.P>Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-Bord ikun jista’ jħejji għar-riżoluzzjoni possibbli ta’ istituzzjoni jew ta’ entità. Għalhekk, jenħtieġ li l-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti tinforma lill-Bord dwar id-deterjorament tal-kundizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni jew ta’ entità minn kmieni biżżejjed, u jenħtieġ li l-Bord ikollu s-setgħat neċessarji sabiex jimplimenta l-miżuri preparatorji. Huwa importanti li sabiex il-Bord ikun jista’ jirreaġixxi malajr kemm jista’ jkun għal deterjorament tas-sitwazzjoni ta’ istituzzjoni jew ta’ entità, jenħtieġ li l-applikazzjoni minn qabel ta’ miżuri ta’ intervent bikri ma tkunx kundizzjoni sabiex il-Bord jagħmel arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità jew sabiex jitlob informazzjoni sabiex jiġi aġġornat il-pjan ta’ riżoluzzjoni u titħejja l-valwazzjoni. Sabiex tiġi żgurata reazzjoni konsistenti, ikkoordinata, effettiva u f’waqtha għad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni jew ta’ entità u sabiex issir tħejjija kif xieraq għal riżoluzzjoni possibbli, huwa neċessarju li jittejbu l-interazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-BĊE, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Bord. Malli istituzzjoni jew entità tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri, jenħtieġ li l-BĊE, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Bord iżidu l-iskambji ta’ informazzjoni tagħhom, inkluża informazzjoni proviżorja, u jimmonitorjaw is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew tal-entità b’mod konġunt.
</CONS><CONS>
<NO.P>(14a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fejn il-Bord jirrikjedi informazzjoni li hija meħtieġa għall-finijiet tal-aġġornament tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, it-tħejjija għar-riżoluzzjoni possibbli ta’ entità jew it-twettiq ta’ valwazzjoni, il-BĊE jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti jenħtieġ li jipprovdu lill-Bord b’dik l-informazzjoni sal-punt li tkun disponibbli għalihom. Meta tali informazzjoni rilevanti ma tkunx diġà disponibbli għall-BĊE jew għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-Bord u l-BĊE jew tali awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti jenħtieġ li jikkooperaw u jikkoordinaw sabiex jiġbru l-informazzjoni li l-Bord iqis li hija neċessarja. Fil-kuntest ta’ tali kooperazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiġbru l-informazzjoni meħtieġa filwaqt li jqisu kif xieraq il-prinċipju tal-proporzjonalità.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(15)</NO.P>Huwa neċessarju li jiġu żgurati azzjoni f’waqtha u koordinazzjoni bikrija bejn il-Bord u l-BĊE, jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti, fir-rigward ta’ gruppi transfruntiera anqas sinifikanti meta istituzzjoni jew entità tkun għadha negozju avvjat iżda meta jkun hemm riskju materjali li dik l-istituzzjoni jew l-entità tista’ tfalli. Għalhekk, jenħtieġ li l-BĊE jew l-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti tinnotifika lill-Bord kmieni kemm jista’ jkun dwar dan ir-riskju. Jenħtieġ li dik in-notifika jkun fiha r-raġunijiet għall-valutazzjoni tal-BĊE jew tal-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti u ħarsa ġenerali lejn il-miżuri alternattivi tas-settur privat, l-azzjoni superviżorja jew il-miżuri ta’ intervent bikri li huma disponibbli sabiex jiġi evitat il-falliment tal-istituzzjoni jew tal-entità f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Jenħtieġ li tali notifika bikrija ma tippreġudikax il-proċeduri sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni humiex issodisfati. In-notifika minn qabel mill-BĊE jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti lill-Bord ta’ riskju materjali li istituzzjoni jew entità qiegħda tfalli jew x’aktarx li tfalli ma għandhiex tkun kundizzjoni għal determinazzjoni sussegwenti li istituzzjoni jew entità fil-fatt qiegħda tfalli jew x’aktarx tfalli. Barra minn hekk, jekk fi stadju aktar tard l-istituzzjoni jew l-entità tiġi vvalutata li qiegħda tfalli jew x’aktarx tfalli u ma jkun hemm l-ebda soluzzjoni alternattiva sabiex jiġi evitat tali nuqqas f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, il-Bord għandu jieħu deċiżjoni dwar jekk għandux jieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni. F’każ bħal dan, il-puntwalità tad-deċiżjoni li tiġi applikata azzjoni ta’ riżoluzzjoni lil istituzzjoni jew entità tista’ tkun fundamentali għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari minħabba li intervent aktar bikri fl-istituzzjoni jew fl-entità jista’ jikkontribwixxi sabiex jiġu żgurati livelli suffiċjenti ta’ kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ likwidità sabiex tiġi eżegwita dik l-istrateġija. Għalhekk, huwa xieraq li l-Bord ikun jista’ jivvaluta, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE jew mal-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti, x’jikkostitwixxi perjodu ta’ żmien raġonevoli sabiex jiġu implimentati miżuri alternattivi bl-għan li jiġi evitat il-falliment tal-istituzzjoni jew tal-entità. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Meta titwettaq dik il-valutazzjoni, il-ħtieġa li tiġi ppreservata l-kapaċità għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni u għall-entità kkonċernata biex timplimenta b’mod effettiv l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni fejn dan fl-aħħar mill-aħħar ikun meħtieġ għandha titqies ukoll iżda jenħtieġ li ma tipprevjenix milli jittieħdu miżuri alternattivi. B’mod partikolari, il-perjodu ta’ żmien previst għall-miżuri alternattivi jenħtieġ li jkun tali li ma jpoġġix f’riskju l-effettività ta’ implimentazzjoni potenzjali tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni. </STRING></STRING>Sabiex jiġi żgurat eżitu f’waqtu u sabiex il-Bord ikun jista’ jħejji kif suppost għar-riżoluzzjoni potenzjali tal-istituzzjoni jew tal-entità, jenħtieġ li l-Bord u l-BĊE, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti, jiltaqgħu regolarment, u l-Bord jenħtieġ li jiddeċiedi dwar il-frekwenza ta’ dawk il-laqgħat filwaqt li jqis iċ-ċirkostanzi tal-każ.
</CONS><CONS>
<NO.P>(16)</NO.P>Sabiex jiġi kopert ksur materjali tar-rekwiżiti prudenzjali, huwa neċessarju li jiġu speċifikati aktar il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni ta’ li l-impriżi prinċipali, inklużi l-kumpaniji azzjonarji, qegħdin ifallu jew x’aktarx ifallu. Ksur ta’ dawk ir-rekwiżiti minn impriża prinċipali jenħtieġ li jkun materjali meta t-tip u l-firxa ta’ tali ksur ikunu komparabbli ma’ ksur li, li kieku twettaq minn istituzzjoni ta’ kreditu, kien ikun jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2013/36/UE.
</CONS><CONS>
<NO.P>(17)</NO.P>Il-qafas ta’ riżoluzzjoni huwa maħsub sabiex jiġi applikat potenzjalment għal kwalunkwe istituzzjoni jew entità, irrispettivament mid-daqs u mill-mudell kummerċjali tagħha<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> b’valutazzjoni tal-interess pubbliku pożittiva</STRING></STRING>. Sabiex jiġi żgurat eżitu bħal dan, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-kriterji sabiex tiġi applikata l-valutazzjoni tal-interess pubbliku lil istituzzjoni jew lil entità li qiegħda tfalli. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">F’dak ir-rigward, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li, skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi, ċerti funzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-entità jistgħu jitqiesu kritiċi jekk id-diskontinwità tagħhom ikollha impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja jew is-servizzi kritiċi fil-livell reġjonali, b’mod partikolari meta s-sostitwibbiltà tal-funzjonijiet kritiċi tiġi ddeterminata mis-suq ġeografiku rilevanti.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(18)</NO.P>Il-valutazzjoni ta’ jekk ir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni jew ta’ entità tkunx fl-interess pubbliku jenħtieġ li tirrifletti l-kunsiderazzjoni li d-depożitanti huma protetti aħjar meta l-fondi tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti jintużaw b’mod aktar effiċjenti u t-telf għal dawk il-fondi jiġi mminimizzat. Għalhekk, fil-valutazzjoni tal-interess pubbliku, l-objettiv ta’ riżoluzzjoni tal-protezzjoni tad-depożitanti jenħtieġ li jitqies bħala miksub aħjar f’riżoluzzjoni jekk l-għażla għall-insolvenza tkun aktar għalja għall-iskema ta’ garanzija tad-depożiti.
</CONS><CONS>
<NO.P>(19)</NO.P>Il-valutazzjoni ta’ jekk ir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni jew ta’ entità hijiex fl-interess pubbliku jenħtieġ li tirrifletti wkoll, sa fejn ikun possibbli, id-differenza bejn, minn naħa, il-finanzjament ipprovdut permezz ta’ xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija (arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni jew skemi ta’ garanzija tad-depożiti) u, min-naħa l-oħra, finanzjament ipprovdut mill-Istati Membri minn flus il-kontribwenti. Il-finanzjament ipprovdut mill-Istati Membri jġarrab riskju akbar ta’ periklu morali u inċentiv aktar baxx għad-dixxiplina fis-suq, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u jenħtieġ li jiġi kkunsidrat biss taħt ċirkostanzi straordinarji</STRING></STRING>. Għalhekk, meta jivvaluta l-objettiv li jimminimizza d-dipendenza fuq għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja, jenħtieġ li l-Bord isib finanzjament permezz tal-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni jew l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti, preferibbli għall-finanzjament permezz ta’ ammont ugwali ta’ riżorsi mill-baġit tal-Istati Membri.
</CONS><CONS>
<NO.P>(19a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Meta l-oqfsa nazzjonali ta’ insolvenza u ta’ riżoluzzjoni jiksbu b’mod effettiv l-objettivi tal-qafas bl-istess mod, jenħtieġ li tingħata preferenza lill-għażla li timminimizza r-riskju għall-kontribwenti u għall-ekonomija. Dak l-approċċ jiżgura azzjoni prudenti u responsabbli, allinjata mal-għan ġenerali li jiġu salvagwardjati kemm l-interessi tal-kontribwenti kif ukoll l-istabbiltà ekonomika usa’.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(19b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju straordinarju ffinanzjat mill-kontribwenti lill-istituzzjonijiet u l-entitajiet, jenħtieġ li jekk jingħata, jingħata biss biex jirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ natura eċċezzjonali u sistemika, peress li jimponi piż sinifikanti fuq il-finanzi pubbliċi u jfixkel il-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(20)</NO.P>Sabiex jiġi żgurat li l-objettivi ta’ riżoluzzjoni jintlaħqu bl-aktar mod effettiv, jenħtieġ li l-eżitu tal-valutazzjoni tal-interess pubbliku<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> jikkunsidra jekk</STRING></STRING> l-istralċ tal-istituzzjoni jew tal-entità li tkun qiegħda tfalli fi proċedimenti normali ta’ insolvenza <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jiksibx</STRING></STRING> l-objettivi ta’ riżoluzzjoni b’mod aktar effettiv <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">minn riżoluzzjoni</STRING></STRING> u mhux biss fl-istess livell bħar-riżoluzzjoni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(21)</NO.P>Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE, ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 u d-Direttiva 2014/49/UE, huwa neċessarju li jiġu speċifikati aktar il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jingħataw b’mod eċċezzjonali miżuri ta’ natura prekawzjonarja li jikkwalifikaw bħala għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja. Sabiex jiġu mminimizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mid-differenzi fin-natura tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti fl-Unjoni, l-interventi ta’ skemi bħal dawn fil-kuntest ta’ miżuri preventivi li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2014/49/UE li jikkwalifikaw bħala għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jenħtieġ li jkunu permessi b’mod eċċezzjonali meta l-istituzzjoni jew l-entità benefiċjarja ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet sabiex titqies bħala li qiegħda tfalli jew x’aktarx tfalli. Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-miżuri kawtelatorji jittieħdu minn kmieni biżżejjed. Bħalissa l-BĊE jibbaża l-kunsiderazzjoni tiegħu li istituzzjoni jew entità tkun solventi, għall-finijiet ta’ rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja, fuq valutazzjoni li tħares ’il quddiem għat-12-il xahar segwenti ta’ jekk l-istituzzjoni jew l-entità tistax tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew fir-Regolament (UE) 2019/2033, u mar-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali stabbilit fid-Direttiva 2013/36/UE jew fid-Direttiva (UE) 2019/2034. Jenħtieġ li dik il-prattika tkun stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 806/2014. Barra minn hekk, il-miżuri sabiex jiġi pprovdut salvataġġ għal assi indeboliti, inklużi l-vetturi tal-immaniġġjar tal-assi jew l-iskemi ta’ garanzija tal-assi, jistgħu jkunu effettivi u effiċjenti fl-indirizzar tal-kawżi ta’ diffikultà finanzjarja possibbli li jiffaċċjaw l-istituzzjonijiet u l-entitajiet u fil-prevenzjoni tal-falliment tagħhom u, għalhekk, jistgħu jikkostitwixxu miżuri kawtelatorji rilevanti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi speċifikat li tali miżuri kawtelatorji jistgħu jieħdu l-forma ta’ miżuri ta’ assi indeboliti.
</CONS><CONS>
<NO.P>(22)</NO.P>Sabiex tiġi ppreservata d-dixxiplina fis-suq, jiġu protetti l-fondi pubbliċi u jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, jenħtieġ li l-miżuri kawtelatorji jibqgħu l-eċċezzjoni u jiġu applikati biss sabiex jindirizzaw tfixkil serju fis-suq jew sabiex tiġi ppreżervata l-istabbiltà finanzjarja<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, b’mod partikolari fil-każ ta’ kriżi sistemika</STRING></STRING>. Barra minn hekk, jenħtieġ li ma jintużawx miżuri kawtelatorji sabiex jiġi indirizzat it-telf imġarrab jew probabbli. L-aktar strument affidabbli sabiex jiġi identifikat it-telf imġarrab jew li x’aktarx jiġġarrab huwa rieżami tal-kwalità tal-assi mill-BĊE, mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).</FIELD></FOOTNOTE> jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Jenħtieġ li l-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jużaw tali rieżami sabiex jidentifikaw telf imġarrab jew li x’aktarx jiġġarrab jekk tali rieżami jkun jista’ jitwettaq fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli. Meta dan ma jkunx possibbli, jenħtieġ li l-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jidentifikaw telf imġarrab jew li x’aktarx jiġġarrab bl-aktar mod affidabbli possibbli fiċ-ċirkostanzi prevalenti, fuq il-bażi ta’ spezzjonijiet fuq il-post, meta dan ikun xieraq.
</CONS><CONS>
<NO.P>(23)</NO.P>Ir-rikapitalizzazzjoni ta’ prekawzjoni għandha l-għan li tappoġġja lil istituzzjonijiet u lil entitajiet vijabbli identifikati bħala li x’aktarx jiltaqgħu ma’ diffikultajiet temporanji fil-futur qarib u li tipprevjeni s-sitwazzjoni tagħhom milli tkompli tiddeterjora. Sabiex jiġi evitat li jingħataw sussidji pubbliċi lil negozji li diġà ma jagħmlux profitt meta jingħata l-appoġġ, il-miżuri kawtelatorji mogħtijin fil-forma ta’ akkwist ta’ strumenti ta’ fondi proprji jew ta’ strumenti kapitali oħrajn jew permezz ta’ miżuri ta’ assi indeboliti jenħtieġ li ma jaqbżux l-ammont neċessarju sabiex jiġu koperti d-defiċits ta’ kapital kif identifikati fix-xenarju avvers ta’ stress test jew ta’ eżerċizzju ekwivalenti. Sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament pubbliku jitwaqqaf fl-aħħar mill-aħħar, jenħtieġ li dawk il-miżuri kawtelatorji jkunu wkoll limitati fiż-żmien u jkun fihom skeda ta’ żmien ċara għat-terminazzjoni tagħhom (<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“</STRING></STRING>strateġija <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għall-ħruġ mill-miżura ta’ appoġġ</STRING></STRING>). L-istrumenti perpetwi, inkluż il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, jenħtieġ li jintużaw biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u jkunu soġġetti għal ċerti limiti kwantitattivi minħabba li min-natura tagħhom ma humiex adattati sew għall-konformità mal-kundizzjoni ta’ temporanjetà.
</CONS><CONS>
<NO.P>(24)</NO.P>Jenħtieġ li l-miżuri kawtelatorji jkunu limitati għall-ammont li l-istituzzjoni jew l-entità jkollha bżonn iżżomm is-solvenza tagħha f’każ ta’ avveniment ta’ xenarju avvers kif iddeterminat fi stress test jew f’eżerċizzju ekwivalenti. Fil-każ ta’ miżuri kawtelatorji fil-forma ta’ miżuri ta’ assi indeboliti, jenħtieġ li l-istituzzjoni jew l-entità riċeventi tkun tista’ tuża dak l-ammont sabiex tkopri t-telf fuq l-assi ttrasferiti jew flimkien ma’ akkwiżizzjoni ta’ strumenti kapitali, dment li ma jinqabiżx l-ammont globali tad-defiċit identifikat. Huwa neċessarju wkoll li jiġi żgurat li tali miżuri kawtelatorji fil-forma ta’ miżuri ta’ assi indeboliti jikkonformaw mar-regoli eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat u mal-aħjar prattiki, li huma jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità, dik l-għajnuna mill-Istat tkun limitata għall-minimu neċessarju u li jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Għal dawk ir-raġunijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet ikkonċernati, f’każ ta’ miżuri kawtelatorji fil-forma ta’ miżuri ta’ assi indeboliti, iqisu l-gwida speċifika, inklużi l-Pjan ta’ Azzjoni tal-AMC<FOOTNOTE><FIELD> COM(2018)133 final.</FIELD></FOOTNOTE> u l-Komunikazzjoni dwar l-Indirizzar ta’ Self Improduttiv<FOOTNOTE><FIELD> COM(2020)822 final.</FIELD></FOOTNOTE>. Dawk il-miżuri kawtelatorji fil-forma ta’ miżuri ta’ assi indeboliti dejjem jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-kundizzjoni prevalenti ta’ temporanjetà wkoll. Il-garanziji pubbliċi mogħtijin għal perjodu speċifikat fir-rigward tal-assi indeboliti tal-istituzzjoni jew tal-entità kkonċernata huma mistennijin jiżguraw konformità aħjar mal-kundizzjoni ta’ temporanjetà meta mqabblin mat-trasferimenti ta’ tali assi lil entità appoġġjata pubblikament. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sabiex jiġi żgurat li </STRING></STRING>l-istituzzjonijiet <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">li jirċievu appoġġ jikkonformaw mat-termini tal-miżura ta’ appoġġ, il-BĊE jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jitolbu pjan ta’ rimedju minn istituzzjonijiet li naqsu milli jissodisfaw l-impenji tagħhom. Meta l-BĊE jew awtorità kompetenti nazzjonali tkun tal-fehma li l-miżuri fil-pjan ta’ rimedju ma jkunux kapaċi jiksbu l-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew fejn l-istituzzjoni tkun naqset milli tikkonforma mal-pjan ta’ rimedju, jenħtieġ li l-BĊE jew l-awtorità kompetenti nazzjonali ma tipprovdi l-ebda valutazzjoni dwar jekk l-istituzzjoni hijiex</STRING></STRING> qed tonqos<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> jew hijiex</STRING></STRING> probabbli li tfalli<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(25)</NO.P>Huwa importanti li tiġi żgurata azzjoni ta’ riżoluzzjoni rapida u f’waqtha mill-Bord meta tali azzjoni tinvolvi l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat jew ta’ għajnuna mill-Fond. Għalhekk, huwa neċessarju li l-Bord ikun jista’ jadotta l-iskema ta’ riżoluzzjoni kkonċernata qabel ma l-Kummissjoni tkun ivvalutat jekk tali għajnuna tkunx kompatibbli mas-suq intern. Madankollu, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern f’xenarju bħal dan, jenħtieġ li l-iskemi ta’ riżoluzzjoni li jinvolvu l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat jew ta’ għajnuna mill-Fond fl-aħħar mill-aħħar jibqgħu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta’ tali għajnuna. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta mill-aktar fis prattikabbli jekk l-għajnuna mill-Fond tkunx kompatibbli mas-suq uniku, u sabiex jiġi żgurat fluss bla xkiel ta’ informazzjoni, huwa neċessarju wkoll li jiġi stabbilit li jenħtieġ li l-Bord u l-Kummissjoni jikkondividu minnufih l-informazzjoni neċessarja kollha dwar l-użu possibbli tal-għajnuna mill-Fond u li jiġu previsti regoli speċifiċi dwar meta u liema informazzjoni jenħtieġ li l-Bord jipprovdi lill-Kummissjoni sabiex jinforma l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Fond.
</CONS><CONS>
<NO.P>(26)</NO.P>Il-proċedura li tirregola d-dħul f’riżoluzzjoni u l-proċedura li tirregola d-deċiżjoni li jiġu applikati s-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni huma simili. Għalhekk, huwa xieraq li l-kompiti rispettivi tal-Bord u tal-BĊE jew tal-awtorità nazzjonali kompetenti jiġu allinjati, kif rilevanti, meta, minn naħa, jivvalutaw jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni jkunux preżenti, u, min-naħa l-oħra, meta jivvalutaw il-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(27)</NO.P>Huwa possibbli li l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tiġi applikata għal entità ta’ riżoluzzjoni li hija l-kap ta’ grupp ta’ riżoluzzjoni, filwaqt li s-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni għandhom jiġu applikati għal entità oħra tal-istess grupp. L-interdipendenzi bejn tali entitajiet, inkluża l-eżistenza ta’ rekwiżiti kapitali konsolidati li għandhom jiġu rrestawrati u l-ħtieġa li jiġu attivati mekkaniżmi upstream tat-telf u downstream tal-kapital, jistgħu jagħmluha diffiċli li jiġu vvalutati l-ħtiġijiet ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni għal kull entità separatament, u għalhekk li jiġu ddeterminati l-ammonti neċessarji li għandhom jiġu valwati negattivament u jiġu kkonvertiti għal kull entità. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi speċifikata l-proċedura għall-applikazzjoni tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni ta’ strumenti kapitali u ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli f’dawk is-sitwazzjonijiet, meta l-Bord jenħtieġ li jqis tali interdipendenzi. Għal dak l-għan, meta entità waħda tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni u entità oħra fl-istess grupp tissodisfa fl-istess ħin il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-Bord jadotta skema ta’ riżoluzzjoni li tkopri ż-żewġ entitajiet.
</CONS><CONS>
<NO.P>(28)</NO.P>Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali, u fid-dawl tar-rilevanza potenzjali tal-obbligazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw minn avvenimenti inċerti futuri, inkluż l-eżitu tal-litigazzjonijiet pendenti fiż-żmien tar-riżoluzzjoni, huwa neċessarju li jiġi stabbilit liema trattament dawk l-obbligazzjonijiet jenħtieġ li jirċievu għall-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. Jenħtieġ li f’dak ir-rigward il-prinċipji gwida jkunu dawk ipprovduti fir-regoli kontabilistiċi, u b’mod partikolari r-regoli kontabilistiċi stabbiliti fl-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 37 kif adottat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>. Fuq dik il-bażi, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jagħmlu distinzjoni bejn il-provvedimenti u l-obbligazzjonijiet kontinġenti. Il-provvedimenti huma obbligazzjonijiet li huma relatati ma’ ħruġ probabbli ta’ fondi u li jistgħu jiġu stmati b’mod affidabbli. L-obbligazzjonijiet kontinġenti ma humiex rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet kontabilistiċi peress li huma relatati ma’ obbligu li ma jistax jitqies probabbli fiż-żmien tal-istima jew ma jistax jiġi stmat b’mod affidabbli.
</CONS><CONS>
<NO.P>(29)</NO.P>Peress li l-provvedimenti huma obbligazzjonijiet kontabilistiċi, jenħtieġ li jiġi speċifikat li tali provvedimenti għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal obbligazzjonijiet oħrajn. Jenħtieġ li dawn il-provvedimenti jkunu rikapitalizzabbli internament, sakemm ma jissodisfawx wieħed mill-kriterji speċifiċi sabiex jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. Minħabba r-rilevanza potenzjali ta’ dawk id-dispożizzjonijiet fir-riżoluzzjoni u sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza fl-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, jenħtieġ li jiġi speċifikat li d-dispożizzjonijiet ikunu parti mill-obbligazzjonijiet ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna u li, b’riżultat ta’ dan, l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tapplika għalihom.
</CONS><CONS>
<NO.P>(30)</NO.P>Skont il-prinċipji kontabilistiċi, l-obbligazzjonijiet kontinġenti ma jistgħux jiġu rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet u, għalhekk, jenħtieġ li ma jkunux rikapitalizzabbli internament. Madankollu, huwa neċessarju li jiġi żgurat li obbligazzjoni kontinġenti li tirriżulta minn avveniment li jkun improbabbli jew li ma jistax jiġi stmat b’mod affidabbli fiż-żmien tar-riżoluzzjoni ma tfixkilx l-effettività tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni u b’mod partikolari tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. Sabiex jikseb dak l-objettiv, il-valwatur jenħtieġ li, bħala parti mill-valwazzjoni għall-finijiet ta’ riżoluzzjoni, jivvaluta l-obbligazzjonijiet kontinġenti li huma inklużi fil-karta bilanċjali tal-istituzzjoni jew tal-entità taħt riżoluzzjoni u jikkwantifika l-valur potenzjali ta’ dawk l-obbligazzjonijiet għall-aħjar kapaċitajiet tal-valwatur. Sabiex jiġi żgurat li, wara l-proċess ta’ riżoluzzjoni, l-istituzzjoni jew l-entità tkun tista’ ssostni fiduċja suffiċjenti fis-suq għal ammont xieraq ta’ żmien, il-valwatur jenħtieġ li jqis dak il-valur potenzjali meta jistabbilixxi l-ammont li bih l-obbligazzjonijiet rikapitalizzabbli internament jeħtieġ li jiġu valwati negattivament jew ikkonvertiti sabiex jiġu rrestawrati l-proporzjonijiet ta’ kapital tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tapplika s-setgħat ta’ konverżjoni tagħha għal obbligazzjonijiet rikapitalizzabbli internament sa fejn ikun neċessraju sabiex jiġi żgurat li r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun biżżejjed sabiex tkopri t-telf potenzjali li jista’ jiġi kkawżat minn obbligazzjoni li tista’ tirriżulta minħabba avveniment improbabbli. Meta tivvaluta l-ammont li għandu jiġi valwat negattivament jew jiġi kkonvertit, jenħtieġ li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tikkunsidra bir-reqqa l-impatt tat-telf potenzjali fuq l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fuq il-bażi ta’ għadd ta’ fatturi, inkluża l-probabbiltà li jseħħ l-avveniment, il-perjodu ta’ żmien għall-materjalizzazzjoni tiegħu u l-ammont tal-obbligazzjoni kontinġenti.
</CONS><CONS>
<NO.P>(31)</NO.P>F’ċerti ċirkostanzi, wara li l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni jkun ipprovda kontribuzzjoni sa massimu ta’ 5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni jew tal-entità inklużi l-fondi proprji, il-Bord jista’ juża sorsi addizzjonali ta’ finanzjament sabiex jappoġġja aktar l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tagħha. Jenħtieġ li jiġi speċifikat b’mod aktar ċar f’liema ċirkostanzi l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni jista’ jipprovdi appoġġ ulterjuri meta l-obbligazzjonijiet kollha bi gradazzjoni ta’ prijorità aktar baxxa minn depożiti li ma jkunux legalment jew diskrezzjonalment esklużi minn rikapitalizzazzjoni interna jkunu ġew valwati negattivament jew ġew ikkonvertiti bis-sħiħ.
</CONS><CONS>
<NO.P>(32)</NO.P>Is-suċċess tar-riżoluzzjoni jiddependi fuq aċċess f’waqtu mill-Bord għal informazzjoni rilevanti mill-istituzzjonijiet u mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Bord u mill-istituzzjonijiet u mill-awtoritajiet pubbliċi. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Bord ikun jista’ jaċċessa informazzjoni ta’ natura statistika li l-BĊE ġabar fid-dawl tal-funzjoni tiegħu bħala bank ċentrali, minbarra l-informazzjoni disponibbli għall-BĊE bħala superviżur fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 Novembru, 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p.8).</FIELD></FOOTNOTE>, jenħtieġ li l-Bord jiżgura l-protezzjoni fiżika u loġika ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali u jenħtieġ li jirrikjedi awtorizzazzjoni mill-BĊE għat-trażmissjoni ulterjuri li tista’ tkun meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-Bord. Billi informazzjoni relatata man-numru ta’ klijenti li għalihom istituzzjoni jew entità tkun l-uniku sieħeb bankarju jew is-sieħeb bankarju prinċipali, li tinżamm mill-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati stabbiliti skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).</FIELD></FOOTNOTE>, tista’ tkun neċessarja sabiex titwettaq il-valutazzjoni tal-interess pubbliku, jenħtieġ li l-Bord ikun jista’ jirċievi dik l-informazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ. Jenħtieġ li jiġi speċifikat ukoll iż-żmien eżatt tal-aċċess indirett għall-informazzjoni mill-Bord. B’mod partikolari, meta l-informazzjoni rilevanti tkun disponibbli għal istituzzjoni jew għal awtorità li tkun obbligata tikkoopera mal-Bord meta l-Bord jitlob informazzjoni, jenħtieġ li tali istituzzjoni jew awtorità tipprovdi dik l-informazzjoni lill-Bord. Jekk, f’dak iż-żmien l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, irrispettivament mir-raġuni għal dan in-nuqqas ta’ disponibbiltà, jenħtieġ li l-Bord ikun jista’ jikseb dik l-informazzjoni mill-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha dik l-informazzjoni permezz tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jew direttament, wara li jkun informa lil dawk l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni dwar dan. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-Bord jispeċifika l-proċedura u l-forma li fihom jenħtieġ li jirċievi informazzjoni mingħand entitajiet finanzjarji sabiex jiġi żgurat li tali informazzjoni tkun l-aktar adattata għall-ħtiġijiet tiegħu, inklużi kmamar tad-data virtwali. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-usa’ kooperazzjoni possibbli mal-entitajiet kollha suxxettibbli li jżommu data rilevanti għall-Bord, u neċessarja għat-twettiq tal-kompiti mogħtijin lilu, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tat-talbiet lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet, l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet pubbliċi li magħhom il-Bord jenħtieġ li jkun jista’ jikkoopera, jivverifika d-disponibbiltà tal-informazzjoni u jiskambja l-informazzjoni, jenħtieġ li jinkludu l-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, id-DGSs rilevanti, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, l-awtoritajiet Superviżorji Ewropej u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà. Fl-aħħar nett, sabiex jiġi żgurat intervent f’waqtu tal-arranġamenti finanzjarji kuntrattati għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni f’każ ta’ bżonn, jenħtieġ li l-Bord jinforma lill-Kummissjoni u lill-BĊE malli jqis li jista’ jkun neċessarju li jiġu attivati tali arranġamenti finanzjarji u jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-BĊE bl-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom fir-rigward ta’ tali arranġamenti finanzjarji.
</CONS><CONS>
<NO.P>(33)</NO.P>L-Artikolu 86(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jipprevedi li proċedimenti normali ta’ insolvenza fir-rigward ta’ istituzzjonijiet u ta’ entitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva ma għandhomx jinbdew ħlief fuq l-inizjattiva tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u li deċiżjoni li istituzzjoni jew entità titqiegħed taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza għandha tittieħed biss bil-kunsens tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Dik id-dispożizzjoni ma hijiex riflessa fir-Regolament (UE) Nru 806/2014. F’konformità mad-diviżjoni tal-kompiti speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 806/2014, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jikkonsultaw lill-Bord qabel ma jaġixxu f’konformità mal-Artikolu 86(1) tad-Direttiva 2014/59/UE għall-istituzzjonijiet u għall-entitajiet li huma taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Bord.
</CONS><CONS>
<NO.P>(34)</NO.P>Il-kriterji tal-għażla għall-kariga tal-Viċi-President tal-Bord huma l-istess bħal dawk għall-għażla tal-President u ta’ membri full-time oħrajn tal-Bord. Għalhekk, xieraq li l-Viċi-President tal-Bord jiġi pprovdut ukoll bl-istess drittijiet tal-vot bħal dawk li jgawdu l-President u l-membri full-time tal-Bord.
</CONS><CONS>

</CONS><CONS>
<NO.P>(36)</NO.P>Sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni preliminari mill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu tal-abbozz tal-baġit preliminari qabel ma l-President jippreżenta l-abbozz finali tiegħu, jenħtieġ li jiġi estiż il-perjodu għall-President sabiex iressaq proposta inizjali għall-baġit annwali tal-Bord.
</CONS><CONS>
<NO.P>(37)</NO.P>Wara l-perjodu inizjali ta’ akkumulazzjoni tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-mezzi finanzjarji disponibbli tiegħu jistgħu jiffaċċjaw tnaqqis żgħir taħt il-livell fil-mira tiegħu, b’mod partikolari li jirriżulta minn żieda fid-depożiti koperti. Għalhekk, l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> li x’aktarx jintalbu f’dawk iċ-ċirkostanzi x’aktarx li jkun żgħir. Għaldaqstant, jista’ jkun possibbli li, wara xi snin, l-ammont ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> ma jibqax proporzjonat meta mqabbel mal-kost tal-ġbir ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-Bord ikun jista’ jiddifferixxi l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għal massimu ta’ tliet snin</STRING></STRING> sakemm l-ammont li għandu jinġabar jilħaq ammont li jkun proporzjonat għall-kost tal-proċess tal-ġbir, dment li tali differiment ma jaffettwax materjalment il-kapaċità tal-Bord li juża l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(38)</NO.P>L-impenji ta’ pagament irrevokabbli huma wieħed mill-komponenti tal-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu speċifikati ċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jissejħu dawk l-impenji ta’ pagament, u l-proċedura applikabbli meta jintemmu l-impenji f’każ li istituzzjoni jew entità ma tibqax soġġetta għall-obbligu li tħallas kontribuzzjonijiet lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni. Barra minn hekk, sabiex jiġu pprovduti aktar trasparenza u ċertezza fir-rigward tas-sehem tal-impenji ta’ pagament irrevokabbli fl-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> li għandhom jinġabru, jenħtieġ li l-Bord jiddetermina tali sehem fuq bażi annwali, soġġett għal-limiti applikabbli.
</CONS><CONS>
<NO.P>(39)</NO.P>L-ammont annwali massimu ta’ post kontribuzzjonijiet straordinarji lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni li jistgħu jiġu eżerċitati bħalissa huwa limitat għal tliet darbiet l-ammont tal-kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING>. Wara l-perjodu inizjali ta’ akkumulazzjoni msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, tali kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> jiddependu biss, f’ċirkostanzi għajr l-użu tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, fuq varjazzjonijiet fil-livell ta’ depożiti koperti u, għalhekk, x’aktarx li jsiru żgħar. L-ibbażar tal-ammont massimu ta’ kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> straordinarji fuq kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> jista’ mbagħad ikollu l-effett li jillimita drastikament il-possibbiltà li l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni jiġbor kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">ex post</STRING>, u b’hekk titnaqqas il-kapaċità tiegħu għal azzjoni. Sabiex jiġi evitat eżitu bħal dan, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu differenti u jenħtieġ li l-ammont massimu ta’ kontribuzzjonijiet straordinarji<STRING ITALIC="on"> ex post</STRING> permessi li jiġu eżerċitati jiġi stabbilit għal tliet darbiet ta’ wieħed minn tmienja tal-livell fil-mira tal-Fond.
</CONS><CONS>
<NO.P>(40)</NO.P>Il-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni jista’ jintuża sabiex jappoġġja l-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, meta sett ta’ assi, ta’ drittijiet, u ta’ obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jiġu ttrasferiti lil riċevitur. F’dak il-każ, il-Bord jista’ jkollu pretensjoni kontra l-istituzzjoni jew kontra l-entità residwa fl-istralċ sussegwenti tagħha taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza. Dan jista’ jseħħ meta l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni jintuża b’rabta mat-telf li l-kredituri kieku kienu jġarrbu, inkluż taħt il-forma ta’ garanziji għall-assi u għall-obbligazzjonijiet, jew il-kopertura tad-differenza bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti. Sabiex jiġi żgurat li l-azzjonisti u l-kredituri li jitħallew lura fl-istituzzjoni jew fl-entità residwa jassorbu effettivament it-telf tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u jtejbu l-possibbiltà ta’ ripagamenti f’insolvenza lill-Bord, dawk il-pretensjonijiet tal-Bord kontra l-istituzzjoni jew kontra l-entità residwa, u l-pretensjonijiet li jirriżultaw minn spejjeż raġonevoli mġarrbin kif xieraq mill-Bord, jenħtieġ li jibbenefikaw mill-istess gradazzjoni ta’ prijorità fl-insolvenza bħall-klassifikazzjoni tal-pretensjonijiet tal-arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni f’kull Stat Membru parteċipanti, li jenħtieġ li tkun ogħla mill-gradazzjoni ta’ prijorità tad-depożiti u tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti. Billi l-kumpensi mħallsa lill-azzjonisti u lill-krediturimill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni minħabba ksur tal-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” għandhom l-għan li jikkumpensaw għar-riżultati tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li dawk il-kumpensi ma jagħtux lok għal pretensjonijiet tal-Bord.
</CONS><CONS>
<NO.P>(41)</NO.P>Peress li xi wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar ir-rwol li jista’ jkollhom l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti fir-riżoluzzjoni huma simili għal dawk tad-Direttiva 2014/59/UE, l-emendi li saru għal dawk id-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2014/59/UE bi [OP jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva li temenda d-Direttiva 2014/59/UE] jenħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament (UE) Nru 806/2014.
</CONS><CONS>
<NO.P>(42)</NO.P>It-trasparenza hija kruċjali sabiex jiġu żgurati l-integrità tas-suq, id-dixxiplina fis-suq, u l-protezzjoni tal-investituri. Sabiex jiġi żgurat li l-Bord ikun jista’ jrawwem, u jipparteċipa fi sforzi favur aktar trasparenza, jenħtieġ li l-Bord jiddivulga jiżvela informazzjoni li tirriżulta mill-analiżijiet, mill-valutazzjonijiet u mid-determinazzjonijiet tiegħu stess, inklużi l-valutazzjonijiet tar-riżolvibbiltà tiegħu, meta tali divulgazzjoni ma timminax il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika u meta jkun hemm interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(43)</NO.P>Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 806/2014 jiġi emendat kif meħtieġ.
</CONS><CONS>
<NO.P>(44)</NO.P>Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, jenħtieġ li l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 806/2014 li huma simili għall-emendi għad-Direttiva 2014/59/UE bi… [OP, jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva li temenda d-Direttiva 2014/59/UE] jiġu applikati mill-istess data bħad-data għat-traspożizzjoni ta’ … [OP, jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva li temenda d-Direttiva 2014/59/UE], li hija … [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju]. Madankollu, ma hemm l-ebda raġuni sabiex tiġi posposta l-applikazzjoni ta’ dawk l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 806/2014 li huma relatati esklużivament mal-funzjonament tal-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-emendi japplikaw minn … [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = xahar wieħed (1) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].
</CONS><CONS>
<NO.P>(45)</NO.P>Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jittejbu l-effettività u l-effiċjenza tal-qafas ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet u għall-entitajiet, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba r-riskji li approċċi nazzjonali diverġenti jistgħu jinvolvu għall-integrità tas-suq uniku iżda pjuttost jistgħu, billi jiġu emendati r-regoli li diġà huma stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><DINIT>ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:</DINIT><GR.ART>
<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 1</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Emendi għar-Regolament (UE) Nru 806/2014</STRING></STI.ART><PARAG>Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(1)</NO.P>l-Artikolu 3(1) huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-punt (24a) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(24a) “entità ta’ riżoluzzjoni” tfisser persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru parteċipanti, li l-Bord jew l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, tkun identifikat bħala entità li fir-rigward tagħha l-pjan ta’ riżoluzzjoni jipprevedi azzjoni ta’ riżoluzzjoni;”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>jiddaħħlu l-punti (24d) u (24e) li ġejjin:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="ARAB"><INT.LI LEVEL="0">“(24d) “G-SII mhux tal-UE” tfisser G-SII mhux tal-UE kif iddefinita fl-Artikolu 4(1), il-punt (134), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(24e)</SYMBOL>“entità G-SII” tfisser entità G-SII kif iddefinita fl-Artikolu 4(1), il-punt (136), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;”;</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>il-punt (49) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(49) “obbligazzjonijiet rikapitalizzabbli internament” tfisser obbligazzjonijiet, inklużi dawk l-obbligazzjonijiet li jwasslu għal provvedimenti kontabilistiċi, u strumenti kapitali li ma jikkwalifikawx bħala strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, jew bħala strumenti tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 addizzjonali ta’ entità kif imsemmijin fl-Artikolu 2 u li ma humiex esklużi mill-ambitu tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(3);”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(2)</NO.P>fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:<CITATION>
“1a. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Bord mill-aktar fis possibbli bit-talba tagħhom sabiex jidħlu f’kooperazzjoni msaħħa mal-BĊE skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

Wara n-notifika magħmula skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u qabel ma tiġi stabbilita kooperazzjoni msaħħa, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha dwar l-entitajiet u l-gruppi stabbiliti fit-territorju tagħhom li l-Bord jista’ jirrikjedi sabiex iħejji għall-kompiti mogħtijin lilu minn dan ir-Regolament u mill-Ftehim.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(3)</NO.P>l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>fil-paragrafu 3, ir-raba’ subparagrafu, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:<CITATION>
“Meta jwettqu l-kompiti msemmija f’dan il-paragrafu, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe referenza għall-Bord fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 6(5), fl-Artikolu 8(6), (8), (12) u (13), fl-Artikolu 10(1) sa (10), fl-Artikolu 10a, fl-Artikoli 11 sa 14, fl-Artikolu 15(1), (2) u (3), fl-Artikolu 16, fl-Artikolu 18(1), (1a), (2) u (6), fl-Artikolu 20, fl-Artikolu 21(1) sa (7), fl-Artikolu 21(8), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 21(9) u (10), fl-Artikolu 22(1), (3) u (6), fl-Artikoli 23 u 24, fl-Artikolu 25(3), fl-Artikolu 27(1) sa (15), fl-Artikolu 27(16), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza, it-tielet subparagrafu, u r-raba’ subparagrafu, l-ewwel, it-tielet u r-raba’ sentenzi, u fl-Artikolu 32 għandhom jinqraw bħala referenzi għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-gruppi u tal-entitajiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P>il-kliem “Artikolu 12(2)” huwa sostitwit bil-kliem “Artikolu 12(3)”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ii)</NO.P>jiżdied is-subparagrafu li ġej:<CITATION>
“Wara li tkun daħlet fis-seħħ in-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li r-responsabbiltà għat-twettiq tal-kompiti relatati ma’ entitajiet u ma’ gruppi stabbiliti fit-territorju tagħhom, minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 2, għandha tiġi rritornata lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, f’liema każ l-ewwel subparagrafu ma jibqax japplika. L-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni jagħmlu użu minn dik l-għażla, għandhom jinnotifikaw lill-Bord u l-Kummissjoni dwar dan. In-notifika għandu jkollha effett mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(4)</NO.P>l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>fil-paragrafu 2, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:<CITATION>
“Il-Bord jista’ jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex jeżerċitaw is-setgħat imsemmijin fl-Artikolu 10(8) tad-Direttiva 2014/59/UE. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jimplimentaw l-istruzzjonijiet tal-Bord f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(aa)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jiddaħħal il-punt li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“(aa) fejn applikabbli, deskrizzjoni dettaljata tar-raġunijiet biex jiġi ddeterminat li istituzzjoni għandha tiġi kkwalifikata bħala entità ta’ likwidazzjoni, inkluż bi spjegazzjoni dwar kif l-awtorità ta’ riżoluzzjoni waslet għall-konklużjoni li l-istituzzjoni hija nieqsa minn funzjonijiet kritiċi;”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ii)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jiddaħħal il-punt li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“(ja) deskrizzjoni ta’ kif l-istrateġiji differenti ta’ riżoluzzjoni jilħqu bl-aħjar mod l-objettivi tar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14;”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(iii)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jiddaħħal il-punt li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“(pa) lista dettaljata u kwantifikata ta’ depożiti koperti u depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>fil-paragrafu 10, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jiddaħħlu s-subparagrafi li ġejjin</STRING></STRING>:<CITATION>
“L-identifikazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward tas-sussidjarji msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), li mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jkunu soġġetti għal approċċ simplifikat mill-Bord<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, wara konsultazzjoni mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali rilevanti, u</STRING></STRING> jekk tali approċċ ma jaffettwax b’mod negattiv ir-riżolvibbiltà tal-grupp, filwaqt li jitqiesu d-daqs tas-sussidjarja, il-profil tar-riskju tagħha, in-nuqqas ta’ funzjonijiet kritiċi u l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-grupp.”;

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandu jiddetermina jekk entitajiet fi ħdan grupp ta’ riżoluzzjoni għajr l-entità ta’ riżoluzzjoni, jikkwalifikawx bħala entitajiet ta’ likwidazzjoni. Mingħajr preġudizzju għal fatturi oħrajn li jistgħu jitqiesu rilevanti mill-Bord, l-entitajiet li jipprovdu funzjonijiet kritiċi ma għandhomx jikkwalifikaw bħala entitajiet ta’ likwidazzjoni.</STRING></STRING>”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ba)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fil-paragrafu 11, jiddaħħal il-punt li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“(-aa) deskrizzjoni dettaljata tar-raġunijiet għad-determinazzjoni li entità fi grupp għandha tiġi kkwalifikata bħala entità ta’ likwidazzjoni, inkluż spjegazzjoni dwar kif l-awtorità ta’ riżoluzzjoni waslet għall-konklużjoni li l-istituzzjoni ma għandhiex funzjonijiet kritiċi, u kif il-proporzjon tal-ammont tal-iskopertura għar-riskju totali u l-introjtu operatorju, kif ukoll il-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-entità fi grupp fil-kuntest tal-grupp;</STRING></STRING>”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>jiddaħħal il-paragrafu li ġej:<CITATION>
“14. Il-Bord ma għandux jadotta pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għall-entitajiet u għall-gruppi msemmijin fil-paragrafu 1 meta jkun japplika l-Artikolu 22(5) jew meta <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jkunu nbdew proċedimenti ta’ insolvenza fir-rigward tal-entità jew </STRING></STRING> il-grupp ▌f’konformità mad-dritt nazzjonali applikabbli skont l-Artikolu 32b tad-Direttiva 2014/59/UE.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(5)</NO.P>l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>fil-paragrafu 4, ir-raba’ subparagrafu, il-kliem “fl-ewwel subparagrafu” huwa sostitwit bil-kliem “fit-tielet subparagrafu”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>fil-paragrafu 7, il-kliem “indirizzat lill-istituzzjoni jew lill-impriża prinċipali” huma sostitwiti bil-kliem “indirizzati lill-entità jew lill-impriża prinċipali” u l-kliem “ l-impatt fuq il-mudell tal-operat tal-istituzzjoni” huwa sostitwit bil-kliem “impatt fuq il-mudell kummerċjali tal-entità jew tal-grupp”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>il-paragrafu 10 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P>fit-tieni subparagrafu, il-kelma “istituzzjoni” hija sostitwita bil-kliem “entità kkonċernata”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ii)</NO.P>fit-tielet subparagrafu, il-kelma “istituzzjoni” hija sostitwita bil-kelma “entità”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(iii)</NO.P>jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:<CITATION>
“Jekk il-miżuri proposti mill-entità kkonċernata effettivament inaqqsu jew ineħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà, il-Bord għandu jieħu deċiżjoni, wara li jkun ikkonsulta lill-BĊE jew lill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti u, meta xieraq, lill-awtorità makroprudenzjali deżinjata. Dik id-deċiżjoni għandha tindika li l-miżuri proposti effettivament inaqqsu jew ineħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà u għandha tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali sabiex jirrikjedu lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali, jew lil kwalunkwe sussidjarja tal-grupp ikkonċernat, jimplimentaw il-miżuri proposti.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(d)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jiddaħħal il-paragrafu li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
“<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">13a. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tippubblika, fi tmiem kull ċiklu ta’ ppjanar ta’ riżoluzzjoni, lista anonima b’impedimenti identifikati li jinkludu impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà u azzjonijiet rilevanti biex jiġu indirizzati. Japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar is-segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 88.</STRING></STRING> “;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(6)</NO.P>l-Artikolu 10a huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:<CITATION>
‘‘1. Meta entità tkun f’sitwazzjoni fejn tissodisfa r-rekwiżit ta’ bafer kombinat meta kkunsidrat flimkien ma’ kull wieħed mir-rekwiżiti msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta’ bafer kombinat meta jitqies flimkien mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 12d u 12e ta’ dan ir-Regolament meta kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 12a(2), il-punt (a) ta’ dan ir-Regolament, il-Bord għandu jkollu s-setgħa, f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, li jordna lill-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex tipprojbixxi lil entità milli tiddistribwixxi aktar mill-Ammont Massimu Distribwibbli relatat mar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u għall-obbligazzjonijiet eliġibbli (“M-MDA”), ikkalkolat f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, permezz ta’ kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:<CITATION>
‘‘7. Meta entità ma tkunx soġġetta għar-rekwiżit ta’ bafer kombinat fuq l-istess bażi bħall-bażi li fuqha tkun meħtieġa tikkonforma mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 12d u 12e, il-Bord għandu japplika l-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu fuq il-bażi tal-istima tar-rekwiżit ta’ bafer kombinat f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1118*. Għandu jkun japplika l-Artikolu 128, ir-raba’ paragrafu, tad-Direttiva 2013/36/UE.

Il-Bord għandu jinkludi r-rekwiżit ta’ bafer kombinat stmat imsemmi fl-ewwel subparagrafu fid-deċiżjoni li tiddetermina r-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 12d u 12e ta’ dan ir-Regolament. L-entità għandha tagħmel ir-rekwiżit ta’ bafer kombinat stmat disponibbli għall-pubbliku flimkien mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45i(3) tad-Direttiva 2014/59/UE.

*	Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1118 tas-26 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jiġi stmat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-rekwiżit ta’ riżerva kombinat għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta’ riżoluzzjoni fejn il-grupp ta’ riżoluzzjoni ma huwiex soġġett għal dawk ir-rekwiżiti skont dik id-Direttiva (ĠU L 241, 8.7.2021, p. 1).
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(7)</NO.P>fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:<CITATION>
“8. Il-Bord għandu jkun responsabbli għall-għoti tal-permessi msemmijin fl-Artikoli 77(2) u 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-Bord għandu jindirizza d-deċiżjoni tiegħu lill-entità kkonċernata.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(8)</NO.P>fl-Artikolu 12a, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
‘‘1. Il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 12(1) u (3) jissodisfaw, f’kull ħin, ir-rekwiżiti għal fondi proprji u għal obbligazzjonijiet eliġibbli meta dan ikun meħtieġ mill-Bord u kif iddeterminat minnu, f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 12b sa 12i.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(9)</NO.P>l-Artikolu 12c huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>fil-paragrafi 4 u 5, il-kelma “G-SIIs” hija sostitwita bil-kliem “entitajiet G-SII”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>fil-paragrafu 7, it-test introduttorju, il-kliem “paragrafu 3” huwa ssostitwit bil-kliem “paragrafu 4”, u l-kelma “G-SIIs” hija sostitwita bil-kliem “entitajiet G-SII”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P>fl-ewwel subparagrafu, il-kelma “G-SIIs” hija sostitwita bil-kliem “entitajiet G-SII”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ii)</NO.P>fit-tieni subparagrafu, il-punt (c), il-kelma “G-SII” hija sostitwita bil-kliem “entità G-SII”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(d)</NO.P>jiżdied il-paragrafu 10 li ġej:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">‘‘10. Il-Bord jista’ jippermetti lill-entitajiet ta’ riżoluzzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafi 4, 5 u 7 bl-użu ta’ fondi proprji jew ta’ obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 3 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>għal entitajiet li huma entitajiet G-SII jew entitajiet ta’ riżoluzzjoni li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5), il-Bord ma jkunx naqqas ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, skont l-ewwel subparagrafu ta’ dak il-paragrafu;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>l-obbligazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li ma jissodisfawx il-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 72b(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72b(4), il-punti (b) sa (e), ta’ dak ir-Regolament.”;</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(10)</NO.P>fl-Artikolu 12d, il-paragrafu 3, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">it-tmien</STRING></STRING> subparagrafu, u l-paragrafu 6, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">it-tmien</STRING></STRING> subparagrafu, il-kliem “funzjonijiet ekonomiċi kritiċi” huwa sostitwit bil-kliem “funzjonijiet kritiċi”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(11)</NO.P>jiddaħħal l-Artikolu li ġej:<CITATION>
<STRING ITALIC="on">Artikolu 12da</STRING>

<STRING BOLD="on">Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u għall-obbligazzjonijiet eliġibbli għal strateġiji ta’ trasferiment</STRING>▌

<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Meta jiġi applikat l-Artikolu 12d lil entità ta’ riżoluzzjoni li l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta tagħha, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">indipendentement jew flimkien ma’ għodod oħra ta’ riżoluzzjoni, </STRING></STRING> tipprevedi ▌l-użu tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja ▌, il-Bord għandu jistabbilixxi l-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni previst fl-Artikolu 12d(3) b’mod proporzjonat fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin, kif rilevanti:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>id-daqs, il-mudell tan-negozju, il-mudell ta’ finanzjament u l-profil tar-riskju <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-entità ta’ riżoluzzjoni jew, kif rilevanti, id-daqs tal-parti tal-entità ta’ riżoluzzjoni li hija soġġetta għall-bejgħ ta’ negozju jew għodda ta’ istituzzjoni tranżitorja</STRING></STRING>;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>l-ishma, strumenti oħrajn ta’ sjieda, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti lil riċevitur kif identifikati fil-pjan ta’ riżoluzzjoni, filwaqt li jitqiesu:</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>il-linji operatorji ewlenin u l-funzjonijiet kritiċi tal-entità ta’ riżoluzzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ii)</SYMBOL>l-obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(3);</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(iii)</SYMBOL>is-salvagwardji msemmijin fl-Artikoli 73 sa 80 tad-Direttiva 2014/59/UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(iiia)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">rekwiżiti ta’ finanzjament proprju mistennija għal kwalunkwe istituzzjoni tranżitorja li jistgħu jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-ħruġ mis-suq, sabiex jiżguraw il-konformità tagħha mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mad-Direttiva 2013/36/UE u mad-Direttiva 2014/65/UE; kif applikabbli; </STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(iiib)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">id-domanda mistennija mir-riċevitur biex it-tranżazzjoni tkun newtrali għall-kapital fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli lill-entità akkwirenti. </STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>il-valur mistenni u l-kummerċjabbiltà tal-ishma, ta’ strumenti oħrajn ta’ sjieda, ta’ assi, ta’ drittijiet jew ta’ obbligazzjonijiet tal-entità ta’ riżoluzzjoni msemmijin fil-punt (b), filwaqt li jitqiesu:</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>kwalunkwe impediment materjali għar-riżolvibbiltà, identifikat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, li jkun ▌relatat mal-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta’ negozju jew tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ii)</SYMBOL>it-telf li jirriżulta mill-assi, mid-drittijiet jew mill-obbligazzjonijiet li jifdal fl-istituzzjoni residwa;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(iia)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ambjent tas-suq potenzjalment avvers fil-ħin tar-riżoluzzjoni;</STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>jekk l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta tipprevedix it-trasferiment ta’ ishma jew ta’ strumenti oħrajn ta’ sjieda maħruġin mill-entità ta’ riżoluzzjoni, jew tal-assi, tad-drittijiet u tal-obbligazzjonijiet kollha tal-entità ta’ riżoluzzjoni jew ta’ parti minnhom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>jekk l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni ppreferuta tipprevedix l-applikazzjoni tal-għodda tas-separazzjoni tal-assi.</ITEM></LIST>

<NO.P>3.</NO.P>L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ma għandhiex tirriżulta f’ammont li jkun ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12d(3) <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jew f’ammont li jkun inqas minn 13,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju, ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u inqas minn 5 % tal-kejl tal-iskopertura totali tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ikkalkulat f’konformità mal-Artikoli 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013</STRING></STRING>.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(12)</NO.P>fl-Artikolu 12e(1), il-kliem “G-SII jew parti minn G-SII” huwa sostitwit bil-kliem “entità G-SII”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(13)</NO.P>l-Artikolu 12g huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P>it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“Il-Bord, wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jista’ jiddeċiedi li japplika r-rekwiżit stabbilit f’dan l-Artikolu għal entità kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (b), u għal istituzzjoni finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 2, il-punt (c), li hija sussidjarja ta’ entità ta’ riżoluzzjoni iżda li ma hijiex entità ta’ riżoluzzjoni hija nnifisha.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ii)</NO.P>fit-tielet subparagrafu, il-kliem “l-ewwel subparagrafu” huwa sostitwit bil-kliem “l-ewwel u t-tieni subparagrafi”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">“4. Meta, f’konformità mal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni globali, is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni, jew impriża prinċipali tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha, ma jkunux entitajiet ta’ riżoluzzjoni u l-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni Ewropew, meta jkun stabbilit skont l-Artikolu 89 tad-Direttiva 2014/59/UE, jaqblu ma’ dik l-istrateġija, is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni jew, fuq bażi konsolidata, l-impriża prinċipali tal-Unjoni, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 12a(1) billi joħorġu l-istrumenti msemmijin fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>l-impriża prinċipali apikali tagħhom stabbilita f’pajjiż terz;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>is-sussidjarji ta’ dik l-impriża prinċipali apikali li huma stabbiliti fl-istess pajjiż terz;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>entitajiet oħrajn skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punti (a)(i) u (b)(ii), ta’ dan l-Artikolu.”;</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(14)</NO.P>l-Artikolu 12k huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>▌ <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jiddaħħal</STRING></STRING> il-paragrafu li ġe<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">j</STRING></STRING>:<CITATION>
‘‘1a. B’deroga mill-Artikolu 12a(1), il-Bord għandu jiddetermina perjodi tranżitorji adatti sabiex l-entitajiet jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12g, jew mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), kif ikun xiera<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, jekk l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet huma suġġetti għal dawk ir-rekwiżiti wara d-dħul fis-seħħ ta’ [dan ir-Regolament emendatorju]</STRING></STRING>.; <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-iskadenza għall-entitajiet biex ikunu konformi mar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12g jew mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7) għandha tkun .... [erba’ snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament emendatorju].</STRING></STRING>

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Bord għandu jiddetermina livelli ta’ mira intermedja għar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12g jew għal rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), kif xieraq, li l-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jikkonformaw magħhom sa .... [sentejn mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament emendatorju]. Il-livelli tal-mira intermedja għandhom, bħala regola, jiżguraw akkumulazzjoni lineari tal-obbligazzjonijiet eliġibbli u fondi proprji lejn ir-rekwiżit.</STRING></STRING>

<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0"><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Bord jista’ jistabbilixxi perjodu tranżizzjonali li jkun itwal minn ... [erba’ snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament emendatorju] meta dan ikun debitament ġustifikat u adatt, abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 7 u billi jittieħed kont ta’:</STRING></STRING></INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità; </STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-prospett li l-entità ser tkun tista’ tiżgura l-konformità f’perijodu ta’ żmien raġonevoli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12f jew 12g jew rekwiżit li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7); kif ukoll </STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jekk l-entità tistax tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li m’għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà jew ta’ maturità, u jekk le, jekk dik l-inabbiltà hijiex ta’ natura idjosinkratika jew hijiex dovuta għal tfixkil fis-suq kollu.</STRING></STRING>”;</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>fil-paragrafu 3, il-punt (a), il-kliem “l-Bord jew l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni” huwa sostitwit bil-kliem “l-Bord”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>fil-paragrafu 4, il-kliem “G-SII” huwa sostitwit bil-kliem “G-SII jew G-SII mhux tal-UE”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(d)</NO.P>fil-paragrafi 5 u 6, il-kliem “il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni” huwa sostitwit bil-kliem “il-Bord”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(15)</NO.P>l-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“Artikolu 13

<STRING BOLD="on">Miżuri ta’ intervent bikri</STRING>

<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Il-BĊE <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandu jqis mingħajr dewmien żejjed u, jekk ikun meħtieġ, għandu</STRING></STRING> japplika miżuri ta’ intervent bikri meta entità kif imsemmija fl-Artikolu 7(2)(a) tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>l-entità tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 102 tad-Direttiva 2013/36/UE jew fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u tkun tapplika waħda minn dawn li ġejjin:</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>l-entità ma tkunx ħadet l-azzjonijiet ta’ rimedju meħtieġa mill-BĊE, inklużi l-miżuri msemmijin fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jew fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2019/2034;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ii)</SYMBOL>il-BĊE jqis li l-azzjonijiet ta’ rimedju minbarra l-miżuri ta’ intervent bikri ma humiex biżżejjed sabiex jindirizzaw il-problemi ▌;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>l-entità tikser jew x’aktarx se tikser, fit-12-il xahar ta’ wara l-valutazzjoni tal-BĊE, ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE, fl-Artikoli 3 sa 7, 14 sa 17, jew 24, 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, jew fl-Artikoli 12f jew 12g ta’ dan ir-Regolament.</ITEM></LIST>

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Meta jkun hemm deterjorament sinifikanti tal-kundizzjonijiet, jew jirriżultaw ċirkostanzi avversi jew tinkiseb informazzjoni ġdida dwar l-entità, </STRING></STRING>il-BĊE jista’ jiddetermina li l-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(ii), tiġi ssodisfata mingħajr ma jkun ħa azzjonijiet ta’ rimedju oħrajn qabel, inkluż l-eżerċizzju tas-setgħat imsemmijin fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE jew fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-BĊE jew, kif xieraq, l-awtorità kompetenti skont id-Direttiva 2014/65/UE, jew il-Bord, għandhom jinformaw lill-awtorità nazzjonali kompetenti mingħajr dewmien dwar il-ksur jew il-ksur probabbli.</STRING></STRING>

<NO.P>2.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-miżuri ta’ intervent bikri għandhom jinkludu dawn li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>ir-rekwiżit għall-korp maniġerjali tal-entità li jagħmel xi waħda minn dawn li ġejjin:</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>li jimplimenta wieħed jew aktar mill-arranġamenti jew mill-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ii)</SYMBOL>li jaġġorna l-pjan ta’ rkupru f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2014/59/UE meta ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-intervent bikri jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru inizjali u li jimplimenta wieħed jew aktar mill-arranġamenti jew mill-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru aġġornat f’perjodu ta’ żmien speċifiku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>ir-rekwiżit għall-korp maniġerjali tal-entità li jsejjaħ, jew, jekk il-korp maniġerjali jonqos milli jikkonforma ma’ dak ir-rekwiżit, li jsejjaħ direttament, laqgħa tal-azzjonisti tal-entità, u fiż-żewġ każijiet jistabbilixxi l-aġenda u jitlob li l-azzjonisti jikkunsidraw ċerti deċiżjonijiet għall-adozzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>ir-rekwiżit li l-korp maniġerjali tal-entità jfassal pjan <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ta’ azzjoni</STRING></STRING>, f’konformità mal-pjan ta’ rkupru meta applikabbli, għan-negozjar dwar ir-ristrutturar tad-dejn ma’ wħud mill-kredituri tiegħu jew mal-kredituri kollha tiegħu;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>ir-rekwiżit li tinbidel l-istruttura legali tal-istituzzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>ir-rekwiżit li jitneħħa jew jiġi sostitwit il-korp maniġerjali jew maniġerjali superjuri tal-entità fl-intier tagħha jew fir-rigward tal-individwi, f’konformità mal-Artikolu 13a;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>il-ħatra ta’ amministratur temporanju wieħed jew aktar għall-entità, f’konformità mal-Artikolu 13b.</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(fa)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ir-rekwiżit li l-korp maniġerjali tal-entità jfassal pjan li l-entità tista’ timplimenta meta l-korp korporattiv rilevanti jiddeċiedi li jibda l-istralċ volontarju tal-entità.</STRING></STRING></ITEM></LIST>

<NO.P>3.</NO.P>Il-BĊE għandu jagħżel il-miżuri xierqa <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u f’waqthom</STRING></STRING> ta’ intervent bikri bbażati fuq dak li huwa proporzjonat għall-objettivi segwiti, filwaqt li jqis is-serjetà tal-ksur jew tal-ksur probabbli u l-ħeffa tad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità, fost informazzjoni rilevanti oħra.

<NO.P>4.</NO.P>Għal kull waħda mill-miżuri msemmijin fil-paragrafu 2, il-BĊE għandu jistabbilixxi skadenza li tkun xierqa għat-tlestija ta’ dik il-miżura u li tippermetti lill-BĊE jevalwa l-effettività tagħha.

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-evalwazzjoni tal-miżura għandha titwettaq immedjatament wara li tintlaħaq u tiġi kondiviża l-iskadenza mal-Bord u mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti. Meta l-evalwazzjoni tikkonkludi li l-miżuri ma ġewx implimentati bis-sħiħ jew li ma humiex effettivi, il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandha tagħmel valutazzjoni tal-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1), il-punt (a), wara li tkun ikkonsultat lill-Bord u lill-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti.</STRING></STRING>

<NO.P>5.</NO.P>Meta grupp jinkludi entitajiet stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti kif ukoll fi Stati Membri mhux parteċipanti, il-BĊE għandu jirrappreżenta lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti għall-finijiet ta’ konsultazzjoni u ta’ kooperazzjoni ma’ Stati Membri mhux parteċipanti f’konformità mal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Meta grupp jinkludi entitajiet stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti u sussidjarji stabbiliti, jew fergħat sinifikanti li jinsabu fi Stati Membri mhux parteċipanti, il-BĊE għandu jikkomunika kwalunkwe deċiżjoni jew miżura msemmija fl-Artikoli 13 sa 13c rilevanti għall-grupp lill-awtoritajiet kompetenti u/jew lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti, kif xieraq<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, b’mod f’waqtu</STRING></STRING>.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(16)</NO.P>jiddaħħlu l-Artikoli 13a, 13b u 13c li ġejjin:<CITATION>
“<STRING ITALIC="on">Artikolu 13a</STRING>

<STRING BOLD="on">Sostituzzjoni tal-maniġment superjuri jew tal-korp maniġerjali</STRING>

Għall-finijiet tal-Artikolu 13(2), il-punt (e), il-maniġment superjuri jew il-korp maniġerjali l-ġdid, jew il-membri individwali ta’ dawk il-korpi, għandhom jinħatru f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali u jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-BĊE.

<STRING ITALIC="on">Artikolu 13b</STRING>

<STRING BOLD="on">Amministratur temporanju</STRING>

<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Għall-finijiet tal-Artikolu 13(2), il-punt (f), il-BĊE jista’, fuq il-bażi ta’ dak li huwa proporzjonat fiċ-ċirkostanzi, jaħtar kwalunkwe amministratur temporanju sabiex jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>jissostitwixxi temporanjament il-korp maniġerjali tal-entità;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>jaħdem temporanjament mal-korp maniġerjali tal-entità.</ITEM></LIST>

Il-BĊE għandu jispeċifika l-għażla tiegħu skont il-punti (a) jew (b) fiż-żmien tal-ħatra tal-amministratur temporanju.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-BĊE għandu jispeċifika aktar, fiż-żmien tal-ħatra tal-amministratur temporanju, ir-rwol, id-dmirijiet u s-setgħat ta’ dak l-amministratur temporanju u kwalunkwe rekwiżit għall-korp maniġerjali tal-entità sabiex jikkonsulta jew jikseb il-kunsens tal-amministratur temporanju qabel ma jieħu deċiżjonijiet jew azzjonijiet speċifiċi.

Il-BĊE għandu jippubblika l-ħatra ta’ kwalunkwe amministratur temporanju, ħlief meta l-amministratur temporanju ma jkollux is-setgħa li jirrappreżenta lill-entità <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jew li jieħu deċiżjonijiet f’isimha</STRING></STRING>.

Kwalunkwe amministratur temporanju għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 91(1), (2) u (<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">8</STRING></STRING>) tad-Direttiva 2013/36/UE. Il-valutazzjoni mill-BĊE ta’ jekk l-amministratur temporanju jikkonformax ma’ dawk ir-rekwiżiti għandha tkun parti integrali mid-deċiżjoni li jinħatar dak l-amministratur temporanju.

<NO.P>2.</NO.P>Il-BĊE għandu jispeċifika s-setgħat tal-amministratur temporanju fil-mument tal-ħatra tiegħu fuq il-bażi ta’ xi jkun proporzjonat fiċ-ċirkostanzi. Tali setgħat jistgħu jinkludu wħud mis-setgħat jew is-setgħat kollha tal-korp maniġerjali tal-entità, skont l-istatuti tal-entità u skont id-dritt nazzjonali, inkluża s-setgħa li jeżerċita l-funzjonijiet amministrattivi kollha tal-bord maniġerjali tal-entità jew uħud minnhom. Is-setgħat tal-amministratur temporanju fir-rigward tal-entità għandhom ikunu konformi mad-dritt soċjetarju applikabbli. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tali setgħat jistgħu jiġu aġġustati fil-każ li sseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi mill-BĊE.</STRING></STRING>

<NO.P>3.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Il-BĊE għandu jispeċifika r-rwol u l-funzjonijiet tal-amministratur temporanju fil-mument tal-ħatra. Tali rwol u funzjonijiet jistgħu jinkludu dawn kollha li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>aċċertar tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>il-ġestjoni tan-negozju jew ta’ parti min-negozju tal-entità sabiex tiġi ppreżervata jew irrestawrata l-pożizzjoni finanzjarja tagħha;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>it-teħid ta’ miżuri sabiex tiġi rrestawrata l-ġestjoni soda u prudenti tan-negozju tal-entità.</ITEM></LIST>

Il-BĊE għandu jispeċifika kwalunkwe limitu fuq ir-rwol u fuq il-funzjonijiet tal-amministratur temporanju fil-mument tal-ħatra tiegħu.

<NO.P>4.</NO.P>Il-BĊE għandu jkollu s-setgħa esklużiva li jaħtar u jneħħi kwalunkwe amministratur temporanju. Il-BĊE jista’ jneħħi amministratur temporanju fi kwalunkwe ħin u għal kwalunkwe raġuni. Il-BĊE jista’ jvarja t-termini tal-ħatra ta’ amministratur temporanju fi kwalunkwe ħin soġġett għal dan l-Artikolu.

<NO.P>5.</NO.P>Il-BĊE jista’ jitlob li ċerti atti ta’ amministratur temporanju jkunu soġġetti għall-kunsens minn qabel tal-BĊE. Il-BĊE għandu jispeċifika kwalunkwe rekwiżit ta’ dan it-tip fil-mument tal-ħatra tal-amministratur temporanju jew meta ssir kwalunkwe varjazzjoni fit-termini tal-ħatra tal-amministratur temporanju.

Fi kwalunkwe każ, l-amministratur temporanju jista’ jeżerċita s-setgħa li jsejjaħ laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-entità u li jistabbilixxi l-aġenda ta’ tali laqgħa biss bil-kunsens minn qabel tal-BĊE.

<NO.P>6.</NO.P>Fuq talba tal-BĊE, l-amministratur temporanju għandu jfassal rapporti dwar il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità u dwar l-atti mwettqin matul il-ħatra tiegħu, f’intervalli stabbiliti mill-BĊE, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-inqas darba, wara li jkunu għaddew l-ewwel sitt xhur, </STRING></STRING>u fi kwalunkwe każ fi tmiem il-mandat tiegħu.

<NO.P>7.</NO.P>L-amministratur temporanju għandu jinħatar għal massimu ta’ sena waħda (1). Dak il-perjodu jista’ jiġġedded <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">darba</STRING></STRING> b’mod eċċezzjonali jekk il-kundizzjonijiet għall-ħatra tal-amministratur temporanju jkomplu jiġu ssodisfati. Il-BĊE għandu jiddetermina dawk il-kundizzjonijiet u għandu jiġġustifika kwalunkwe tiġdid tal-ħatra tal-amministratur temporanju lill-azzjonisti

<NO.P>8.</NO.P>Soġġetta għal dan l-Artikolu, il-ħatra ta’ amministratur temporanju ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet tal-azzjonisti stabbiliti fid-dritt soċjetarju tal-Unjoni jew nazzjonali.

<NO.P>9.</NO.P>Amministratur temporanju maħtur skont il-paragrafi 1 sa 8 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jitqies bħala viċi direttur jew direttur <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> skont id-dritt nazzjonali.

<STRING ITALIC="on">Artikolu 13c</STRING>

<STRING BOLD="on">Tħejjija għar-riżoluzzjoni</STRING>

<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Għall-entitajiet u għall-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(2), u għall-entitajiet u għall-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(4), il-punt (b), u fl-Artikolu 7(5) meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, il-BĊE jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Bord mingħajr dewmien dwar kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmijin fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jew l-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE li jeħtieġu li tittieħed minn entità jew minn grupp<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, li jkollha l-għan li tindirizza deterjorament fis-sitwazzjoni ta’ dik l-entità jew grupp</STRING></STRING>;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>meta attività superviżorja turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jkunu ssodisfati fir-rigward ta’ entità jew ta’ grupp, il-valutazzjoni li dawk il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati, irrispettivament minn kwalunkwe miżura ta’ intervent bikri;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri ta’ intervent bikri msemmijin fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/59/UE.</ITEM></LIST>

Il-Bord għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bin-notifika li jkun irċieva skont l-ewwel subparagrafu.

Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom jimmonitorjaw mill-qrib, f’kooperazzjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mill-qrib</STRING></STRING> mal-Bord, is-sitwazzjoni tal-entitajiet u tal-gruppi msemmijin fl-ewwel subparagrafu u l-konformità tagħhom mal-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), li jkollhom l-għan li jindirizzaw deterjorament fis-sitwazzjoni ta’ dawk l-entitajiet u l-gruppi u bil-miżuri ta’ intervent bikri msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c).

<NO.P>2.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom jinnotifikaw lill-Bord mill-aktar fis possibbli meta jqisu li hemm riskju materjali li tkun tapplika waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 18(4) fir-rigward ta’ entità kif imsemmija fl-Artikolu 7(2), jew ta’ entità kif imsemmija fl-Artikolu 7(4), il-punt (b), u fl-Artikolu 7(5) meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. Dik in-notifika għandu jkun fiha:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>ir-raġunijiet għan-notifika;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>ħarsa ġenerali lejn il-miżuri li jipprevjenu l-falliment tal-entità f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-impatt mistenni tagħhom fuq l-entità fir-rigward taċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 18(4) u l-perjodu ta’ żmien mistenni għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri.</ITEM></LIST>

Wara li jkun irċieva n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord għandu jivvaluta, f’kooperazzjoni msaħħa mal-BĊE jew mal-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti, x’jikkostitwixxi perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1), il-punt (b), filwaqt li jitqiesu l-veloċità tad-deterjorament tal-kundizzjonijiet tal-entità, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-impatt potenzjali fuq is-sistema finanzjarja, fuq il-protezzjoni tad-depożitanti u fuq il-preservazzjoni tal-fondi tal-klijenti, ir-riskju li proċess fit-tul iżid l-ispejjeż globali għall-klijenti u l-ekonomija, </STRING></STRING>il-ħtieġa li tiġi implimentata b’mod effettiv l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni u kwalunkwe kunsiderazzjoni rilevanti oħra. Il-Bord għandu jikkomunika dik il-valutazzjoni lill-BĊE jew lill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti mill-aktar fis possibbli.

Wara n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom, f’kooperazzjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mill-qrib mal-Bord</STRING></STRING>, jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tal-entità, l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe miżura rilevanti fil-perjodu ta’ żmien mistenni tagħhom u kwalunkwe żvilupp rilevanti ieħor. Għal dak l-għan, il-Bord u l-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom jiltaqgħu regolarment, bi frekwenza stabbilita mill-Bord b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-każ. Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti u l-Bord għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti mingħajr dewmien.

Il-Bord għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni li jkun irċieva skont l-ewwel subparagrafu.

<NO.P>3.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandom jipprovdu lill-Bord bl-informazzjoni kollha mitluba mill-Bord li tkun neċessarja għal dan kollu li ġej:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>l-aġġornament tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u t-tħejjija għar-riżoluzzjoni possibbli ta’ entità kif imsemmija fl-Artikolu 7(2), jew ta’ entità kif imsemmija fl-Artikolu 7(4), il-punt (b), u fl-Artikolu 7(5) meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>it-twettiq tal-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(1) sa (15).</ITEM></LIST>

Meta tali informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli għall-BĊE jew għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-Bord u l-BĊE u tali awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkooperaw u jikkoordinaw sabiex jiksbu dik l-informazzjoni. Għal dak l-għan, il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jirrikjedu li l-entità tipprovdi tali informazzjoni, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post, u li jipprovdu dik l-informazzjoni lill-Bord.

<NO.P>4.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Il-Bord għandu jkollu s-setgħa li jikkummerċjalizza għal xerrejja potenzjali, jew li jagħmel arranġamenti għal tali kummerċjalizzazzjoni, l-entità msemmija fl-Artikolu 7(2), jew l-entità msemmija fl-Artikolu 7(4), il-punt (b), u fl-Artikolu 7(5) meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet jew meta t-tali kundizzjonijiet jirrikjedu li l-entità tagħmel dan, għall-finijiet li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>it-tħejjija għar-riżoluzzjoni ta’ dik l-entità, soġġetta għall-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 2014/59/UE u għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 88 ta’ dan ir-Regolament;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>l-informar tal-valutazzjoni mill-Bord dwar il-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament.</ITEM></LIST>

<NO.P>4a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Meta, fl-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 4, il-Bord jiddeċiedi li jikkummerċjalizza direttament l-entità kkonċernata lil xerrejja potenzjali, huwa għandu jqis kif xieraq iċ-ċirkostanzi tal-każ u l-impatt potenzjali li l-eżerċizzju ta’ dik is-setgħa jista’ jkollu fuq il-pożizzjoni ġenerali tal-entità.</STRING></STRING>

<NO.P>5.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-Bord għandu jkollu s-setgħa li:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>jitlob lill-entità kkonċernata tistabbilixxi pjattaforma diġitali għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni li tkun neċessarja għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ dik l-entità max-xerrejja potenzjali jew ma’ konsulenti u ma’ valwaturi mqabbdin mill-Bord;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>jirrikjedi li l-awtorità nazzjonali rilevanti ta’ riżoluzzjoni tabbozza skema ta’ riżoluzzjoni preliminari għall-entità kkonċernata.</ITEM></LIST>

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Meta l-Bord jeżerċita s-setgħa tiegħu skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 88.</STRING></STRING>

<NO.P>6.</NO.P>Id-determinazzjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jkunu ssodisfati u l-adozzjoni minn qabel ta’ miżuri ta’ intervent bikri ma humiex kundizzjonijiet neċessarji għall-Bord sabiex iħejji għar-riżoluzzjoni tal-entità jew sabiex jeżerċita s-setgħat imsemmijin fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.

<NO.P>7.</NO.P>Il-Bord għandu jinforma lill-Kummissjoni, lill-BĊE, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti u lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti bi kwalunkwe azzjoni meħuda skont il-paragrafi 4 u 5 mingħajr dewmien.

<NO.P>8.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Il-BĊE, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti għandhom jikkooperaw mill-qrib:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>meta jikkunsidraw it-teħid tal-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), li għandhom l-għan li jindirizzaw deterjorament fis-sitwazzjoni ta’ entità u ta’ grupp, u l-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c);</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>meta jikkunsidraw li jieħdu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 5;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>matul l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) ta’ dan is-subparagrafu.</ITEM></LIST>

Il-BĊE, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri u l-azzjonijiet ikunu konsistenti, koordinati u effettivi.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(17)</NO.P>fl-Artikolu 14(2), il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">“(c) li jiġu protetti l-fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja, b’mod partikolari meta tiġi pprovduta mill-baġit ta’ Stat Membru;</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>li jiġu protetti <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">depożiti koperti u, sa fejn ikun possibbli, anke l-parti mhux koperta tad-depożiti eliġibbli ta’ persuni fiżiċi u intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju</STRING></STRING>, u li jiġu protetti l-investituri koperti mid-Direttiva 97/9/KE;”;</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(18)</NO.P>fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“2. Il-Bord għandu jieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ impriża prinċipali msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (b), meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1).

<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Għal dawk il-finijiet, impriża prinċipali kif imsemmija fl-Artikolu 2, il-punt (b), għandha titqies li qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>l-impriża prinċipali tissodisfa waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(4), il-punti (b), (c) jew (d);</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>l-impriża prinċipali tikser materjalment, jew ikun hemm elementi oġġettivi li juru li l-impriża prinċipali, fil-futur qarib, se tikser materjalment ir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2013/36/UE.”;</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(19)</NO.P>l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-paragrafi 1, 1a, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">‘‘1. Il-Bord għandu jadotta skema ta’ riżoluzzjoni skont il-paragrafu 6 fir-rigward tal-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 7(2), u tal-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 7(4), il-punt (b) u fl-Artikolu 7(5) meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, biss meta dan ikun iddetermina, matul is-sessjoni eżekuttiva tiegħu, hekk kif jirċievi komunikazzjoni skont it-tieni subparagrafu jew fuq inizjattiva proprja tiegħu, li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>l-entità qiegħda tfalli jew x’aktarx tfalli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>▌ ma jkunx hemm prospett raġonevoli li xi miżura alternattiva tas-settur privat, inklużi miżuri minn IPS, azzjoni superviżorja, miżuri ta’ intervent bikri, jew valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fl-Artikolu 21(1), meħudin fir-rigward tal-entità, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ikunu jipprevjeni lill-entità</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">milli tfalli jew milli x’aktarx tfalli</STRING></STRING> f’limitu ta’ żmien raġonevoli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>tkun neċessarja azzjoni ta’ riżoluzzjoni fl-interess pubbliku skont il-paragrafu 5.</ITEM></LIST>

Il-valutazzjoni tal-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha ssir mill-BĊE għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 7(2), il-punt (a), jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 7(2), il-punt (b), l-Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 7(4), il-punt (b) u l-Artikolu 7(5), wara li jkun ikkonsulta mal-Bord. Il-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, jista’ jagħmel valutazzjoni bħal din biss wara li jkun informa lill-BĊE jew lill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel valutazzjoni bħal din u biss jekk il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti, fi żmien tlett ijiem tal-kalendarju mill-wasla ta’ dik l-informazzjoni, ma jagħmlux valutazzjoni bħal din huma stess. Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lill-Bord bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li l-Bord jitlob sabiex jinformaw il-valutazzjoni tiegħu, qabel jew wara li jiġu informati mill-Bord bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel il-valutazzjoni tal-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a).

Meta l-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti jkunu vvalutaw li l-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tkun issodisfata fir-rigward ta’ entità kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, huma għandhom jikkomunikaw dik il-valutazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Bord mingħajr dewmien.

Il-valutazzjoni ▌tal-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandha ssir mill-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu u f’kooperazzjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mill-qrib</STRING></STRING> mal-BĊE jew mal-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">,</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">wara li jikkonsulta, mingħajr dewmien, awtorità deżinjata tad-DGS u, fejn xieraq, skema ta’ protezzjoni istituzzjonali li l-istituzzjoni tkun membru tagħha</STRING></STRING>. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-konsultazzjoni mal-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandha tinkludi kunsiderazzjoni tad-disponibbiltà tal-miżuri mill-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali li jistgħu jipprevjenu l-falliment tal-istituzzjoni fi żmien raġonevoli</STRING></STRING>. Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lill-Bord bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li l-Bord jitlob sabiex jinforma l-valutazzjoni tiegħu. Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti jistgħu jinformaw ukoll lill-Bord li hija tqis li tkun issodisfata l-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b).

<NO.P>1a.</NO.P>Il-Bord <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandu</STRING></STRING> jadotta skema ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 fir-rigward ta’ korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha affiljati b’mod permanenti miegħu li huma parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">biss</STRING></STRING> meta l-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha affiljati b’mod permanenti miegħu, jew il-grupp ta’ riżoluzzjoni li jappartjeni għalih, jikkonformaw fis-sħuħija tagħhom mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu.

<NO.P>2.</NO.P>Mingħajr preġudizzju għall-każijiet meta l-BĊE jkun iddeċieda li jeżerċita direttament kompiti superviżorji relatati mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 6(5), il-punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, fil-każ li jirċievi komunikazzjoni skont il-paragrafu 1 fir-rigward ta’ entità jew ta’ grupp kif imsemmi fl-Artikolu 7(3), il-Bord għandu jikkomunika l-valutazzjoni tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1, ir-raba’ subparagrafu, lill-BĊE jew lill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti mingħajr <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ebda</STRING></STRING> dewmien.

<NO.P>3.</NO.P>L-adozzjoni preċedenti ta’ miżura skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/59/UE, skont l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE ma għandhiex tkun kundizzjoni għat-teħid ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P>fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(d) tkun meħtieġa għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ħlief meta tali għajnuna tingħata f’waħda mill-forom imsemmijin fl-Artikolu 18a(1)”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ii)</NO.P>it-tieni u t-tielet subparagrafi huma mħassra;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“5. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), azzjoni ta’ riżoluzzjoni għandha tiġi ttrattata bħala waħda fl-interess pubbliku meta dik l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tkun neċessarja għall-kisba u proporzjonata fir-rigward ta’ wieħed jew ta’ aktar mill-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 14 u meta l-istralċ tal-istituzzjoni fi proċedimenti normali ta’ insolvenza ma jissodisfax dawk l-objettivi ta’ riżoluzzjoni b’mod aktar effettiv.

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Azzjoni ta’ riżoluzzjoni għandha titqies li ma tkunx fl-interess pubbliku għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun iddeċidiet li tapplika obligi simplifikati lil istituzzjoni, skont l-Artikolu 4. Il-preżunzjoni għandha tkun konfutabbli u ma għandhiex tapplika meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tivvaluta li wieħed jew aktar mill-objettivi tar-riżoluzzjoni jkunu f’riskju li kieku l-istituzzjoni kellha tiġi stralċata skont proċeduri normali ta’ insolvenza.</STRING></STRING>

Meta jwettaq il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għalih fiż-żmien ta’ dik il-valutazzjoni, għandu <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jevalwa</STRING></STRING> u jqabbel l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja kollha ▌li tingħata lill-entità, kemm fil-każ ta’ riżoluzzjoni kif ukoll fil-każ ta’ stralċ f’konformità mad-dritt nazzjonali applikabbli.”;

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri parteċipanti, l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti u, fejn meħtieġ, l-awtorità deżinjata kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (18), tad-Direttiva 2014/49/UE, għandhom iżommu lill-Bord infurmat dwar kwalunkwe miżura preparatorja għall-għoti tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 18a(1), il-punti (c) u (d), ta’ dan ir-Regolament, inkluż kwalunkwe kuntatt ta’ qabel in-notifika mal-Kummissjoni.</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(d)</NO.P>fil-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“Fi żmien 24 siegħa mit-trażmissjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni mill-Bord, il-Kummissjoni għandha tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni jew toġġezzjona għaliha, jew fir-rigward tal-aspetti diskrezzjonali tal-iskema ta’ riżoluzzjoni fil-każijiet mhux koperti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew fir-rigward tal-użu propost tal-għajnuna mill-Istat jew tal-għajnuna mill-Fond li ma titqiesx kompatibbli mas-suq intern.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(e)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jiżdiedu l-paragrafi</STRING></STRING> li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ġejjin</STRING></STRING>:<CITATION>
‘‘11. Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), il-Bord jista’ jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni sabiex jeżerċitaw is-setgħat skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 33a tad-Direttiva 2014/59/UE, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jimplimentaw l-istruzzjonijiet tal-Bord f’konformità mal-Artikolu 29.

<NO.P>11a.</NO.P> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sabiex tkun żgurata applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dan l-Artikolu, il-Bord għandu jagħti gwida u jipprovdi struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għall-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 32(5a) tad-Direttiva 2014/59/UE.</STRING></STRING>”
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(20)</NO.P>jiddaħħal l-Artikolu 18a li ġej:<CITATION>
“<STRING ITALIC="on">Artikolu 18a</STRING>

<STRING BOLD="on">Għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja</STRING>

<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja barra mill-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tista’ tingħata lil entità kif imsemmi fl-Artikolu 2 <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fuq bażi eċċezzjonali</STRING></STRING> biss f’wieħed mill-każijiet li ġejjin u dment li l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tikkonforma mal-kundizzjonijiet u mar-rekwiżiti stabbiliti fil-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>meta, sabiex jiġi rrimedjat taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ta’ natura eċċezzjonali jew sistemika</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u</STRING></STRING> sabiex tiġi ppreżervata l-istabbiltà finanzjarja, l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tieħu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>garanzija tal-Istat sabiex issostni l-faċilitajiet ta’ likwidità minn banek ċentrali f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-banek ċentrali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ii)</SYMBOL>garanzija tal-Istat għal obbligazzjonijiet maħruġin ġodda;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(iii)</SYMBOL>akkwiżizzjoni ta’ strumenti ta’ fondi proprji għajr strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jew ta’ strumenti kapitali oħrajn, jew użu ta’ miżuri ta’ assi indeboliti bi prezzijiet, b’durata, u b’termini li ma jagħtux vantaġġ mhux dovut lill-istituzzjoni jew lill-entità kkonċernata, dment li l-ebda waħda miċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 18(4), il-punti (a), (b) jew (c), jew fl-Artikolu 21(1) ma tkun preżenti fil-mument li fih tingħata l-għajnuna pubblika.</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>meta l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tieħu l-forma ta’ intervent <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">kost-effettiv</STRING></STRING> permezz ta’ skema ta’ garanzija tad-depożiti ▌f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 11a u 11b tad-Direttiva 2014/49/UE, dment li ma tkun preżenti l-ebda waħda miċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 18(4);</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>meta l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tieħu l-forma ta’ intervent <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">kost-effettiv</STRING></STRING> permezz ta’ skema ta’ garanzija tad-depożiti fil-kuntest tal-istralċ ta’ istituzzjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ta’ kreditu</STRING></STRING> skont l-Artikolu 32b tad-Direttiva 2014/59/UE u f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2014/49/UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>meta l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tieħu l-forma ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE mogħtija fil-kuntest tal-istralċ ta’ istituzzjoni jew entità skont l-Artikolu 32b tad-Direttiva 2014/59/UE, minbarra l-appoġġ mogħti minn skema ta’ garanzija tad-depożiti skont l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2014/49/UE.</ITEM></LIST>

<NO.P>2.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Il-miżuri ta’ appoġġ imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandhom jinkludu dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>il-miżuri jkunu limitati għal entitajiet solventi, kif ikkonfermat mill-BĊE jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>il-miżuri huma ta’ natura prekawzjonarja u temporanja u huma bbażati fuq strateġija ▌iddefinita minn qabel <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għall-ħruġ mill-miżura ta’ appoġġ</STRING></STRING> approvata mill-BĊE jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti, inklużi data ta’ terminazzjoni speċifikata b’mod ċar, data tal-bejgħ jew skeda tar-ripagamenti għal kwalunkwe waħda mill-miżuri pprovduti; <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">din l-informazzjoni ma għandhiex tiġi żvelata qabel sena wara l-konklużjoni tal-istrateġija għall-ħruġ mill-miżura ta’ appoġġ, jew l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rimedju, jew il-valutazzjoni skont is-seba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu</STRING></STRING>;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>il-miżuri jkunu proporzjonati sabiex jirrimedjaw il-konsegwenzi tat-taqlib serju jew sabiex jippreżervaw l-istabbiltà finanzjarja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>il-miżuri ma jintużawx sabiex jikkumpensaw għat-telf li ġarrbet l-entità jew li x’aktarx iġġarrab <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fuq medda ta’ 12-il xahar</STRING></STRING>.</ITEM></LIST>

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), entità għandha titqies solventi meta l-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti jkunu kkonkludew li ma jkun seħħ l-ebda ksur, jew li x’aktarx mhux se jseħħ fit-12-il xahar ta’ wara, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">abbażi tal-aspettattivi attwali,</STRING></STRING> ta’ kwalunkwe rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE, fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033, fl-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 jew ir-rekwiżiti applikabbli rilevanti skont id-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tikkwantifika t-telf li ġarrbet jew li x’aktarx iġġarrab l-entità. Dik il-kwantifikazzjoni għandha tkun ibbażata, bħala minimu, fuq <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">rieżamijiet tal-kwalità tal-assi mwettqa mill-BĊE, mill-EBA jew mill-awtoritajiet nazzjonali, jew, fejn xieraq, fuq spezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-awtorità kompetenti. Meta tali eżerċizzji ma jistgħux jitwettqu fi żmien xieraq, l-awtorità kompetenti tista’ tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq </STRING></STRING>il-karta bilanċjali tal-istituzzjoni, dment li l-karta bilanċjali tikkonforma mar-regoli u mal-istandards kontabilistiċi applikabbli, kif ikkonfermati minn awditur estern indipendenti ▌.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> L-awtorità kompetenti għandha tagħmel l-aqwa sforzi biex tiżgura li l-kwantifikazzjoni hija bbażata fuq il-valur tas-suq tal-assi, l-obbligazzjonijiet u l-entrati li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali tal-istituzzjoni jew entità.</STRING></STRING>

Il-miżuri ta’ appoġġ imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (a)(iii), għandhom ikunu limitati għal miżuri li jkunu ġew ivvalutati mill-BĊE jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti kif neċessarji sabiex <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jiggarantixxu s-solvenza</STRING></STRING> tal-entità billi jiġi indirizzat id-defiċit ta’ kapital tagħha stabbilit fix-xenarju avvers stress tests nazzjonali, tal-Unjoni jew madwar l-MSU, jew eżerċizzji ekwivalenti mwettqin mill-BĊE, mill-EBA jew mill-awtoritajiet nazzjonali, meta applikabbli, ikkonfermati mill-BĊE jew mill-awtorità kompetenti rilevanti.

B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a)(iii), l-akkwiżizzjoni ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għandha tkun permessa b’mod eċċezzjonali meta n-natura tad-defiċit identifikat tkun tali li l-akkwiżizzjoni ta’ kwalunkwe strument ta’ fondi proprji ieħor jew ta’ strumenti kapitali oħrajn ma tkunx tagħmilha possibbli għall-entità kkonċernata li tindirizza d-defiċit ta’ kapital tagħha stabbilit fix-xenarju avvers fl-istress test rilevanti jew f’eżerċizzju ekwivalenti. L-ammont ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 akkwiżiti ma għandux jaqbeż it-2 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju tal-istituzzjoni jew tal-entità kkonċernata kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

F’każ li kwalunkwe waħda mill-miżuri ta’ appoġġ imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (a), ma tinfediex, ma titħallasx lura jew ma tiġix itterminata b’xi mod ieħor f’konformità mat-termini tal-istrateġija <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għall-ħruġ mill-miżura ta’ appoġġ</STRING></STRING> stabbilita fiż-żmien tal-għoti ta’ tali miżura, il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandhom jitolbu</STRING></STRING> li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-istituzzjoni jew l-entità</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tissottometti pjan ta’ rimedju ta’ darba</STRING></STRING>. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-pjan ta’ rimedju għandu jiddeskrivi l-passi li għandhom jittieħdu sabiex tinżamm jew tiġi restawrata l-konformità mar-rekwiżiti superviżorji, il-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tal-entità u l-kapaċità tagħha li tħallas lura l-ammont ipprovdut, kif ukoll il-perjodu ta’ żmien assoċjat</STRING></STRING>.

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Meta l-BĊE jew l-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti ma jirrikonoxxux il-pjan ta’ rimedju ta’ darba bħala kredibbli jew fattibbli, jew meta l-istituzzjoni jew l-entità tonqos milli tikkonforma mal-pjan ta’ rimedju, għandha titwettaq valutazzjoni dwar jekk l-istituzzjoni jew l-entità hijiex qed tfalli jew aktarx li tfalli f’konformità mal-Artikolu 18.</STRING></STRING>

<NO.P>2a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom jinformaw lill-Bord bil-valutazzjoni tagħha dwar jekk il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (d), fir-rigward tal-entitajiet u l-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(2), u għall-entitajiet u l-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(4), il-punt (b), u l-Artikolu 7(5) humiex issodisfati.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(21)</NO.P>l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
‘‘1. Meta l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tinvolvi l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE jew tal-Fond f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-iskema ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 18(6) ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel ma l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni pożittiva jew kondizzjonali, jew deċiżjoni li ma hijiex se tqajjem oġġezzjoni, dwar il-kompatibbiltà tal-użu ta’ tali għajnuna mas-suq intern. Il-Kummissjoni għandha<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">,</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">filwaqt li tqis il-ħtieġa li l-Bord iwettaq l-iskema ta’ riżoluzzjoni f’waqtha,</STRING></STRING> tieħu d-deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà tal-użu tal-għajnuna mill-Istat jew tal-għajnuna mill-Fond mas-suq intern sa mhux aktar tard minn meta tapprova jew toġġezzjona għall-iskema ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 18(7), it-tieni subparagrafu, jew meta jiskadi l-perjodu ta’ 24 siegħa msemmi fl-Artikolu 18(7), il-ħames subparagrafu, skont liema jiġi l-ewwel. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni fi żmien 24 siegħa minn meta l-Bord ikun ittrażmetta l-iskema ta’ riżoluzzjoni, l-iskema ta’ riżoluzzjoni għandha titqies awtorizzata mill-Kummissjoni u għandha tidħol fis-seħħ f’konformità mal-Artikolu 18(7), il-ħames subparagrafu.</STRING></STRING>

Meta jwettqu l-kompiti mogħtijin lilhom mill-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti strutturali li jiżguraw l-indipendenza operazzjonali u jevitaw kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw bejn il-funzjonijiet fdati bit-twettiq ta’ dawk il-kompiti u funzjonijiet oħrajn u għandhom jippubblikaw b’mod xieraq l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-organizzazzjoni interna tagħhom f’dan fir-rigward.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“3. Malli l-Bord iqis li jista’ jkun neċessarju li jintuża l-Fond, huwa għandu jikkuntattja lill-Kummissjoni b’mod informali, fil-pront, u b’mod kunfidenzjali, sabiex jiddiskutu l-użu possibbli tal-Fond, inklużi l-aspetti legali u ekonomiċi relatati mal-użu tiegħu. Ladarba l-Bord ikun ċert biżżejjed li l-iskema ta’ riżoluzzjoni prevista tkun se tinvolvi l-użu ta’ għajnuna mill-Fond, il-Bord għandu jinnotifika formalment lill-Kummissjoni bl-użu propost tal-Fond. Dik in-notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni teħtieġ sabiex tagħmel il-valutazzjonijiet tagħha skont dan il-paragrafu, u li l-Bord ikollu fil-pussess tiegħu jew li l-Bord ikollu s-setgħa li jikseb f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Malli tirċievi n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-użu tal-Fond joħloqx jew jheddidx li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni billi jiffavorixxi lill-entità benefiċarja jew lil kwalunkwe impriża oħra, sa fejn tkun tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, u tkun inkompatibbli mas-suq intern. Għall-użu tal-Fond, il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterju stabbilit għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikolu 107 tat-TFUE. Il-Bord għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni fil-pussess tiegħu, jew li l-Bord ikollu s-setgħa li jikseb f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u li l-Kummissjoni tqis li tkun neċessarja sabiex twettaq dik il-valutazzjoni.

Meta tagħmel il-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tkun iggwidata mir-regolamenti rilevanti kollha adottati skont l-Artikolu 109 tat-TFUE, mill-komunikazzjonijiet u mill-gwida kollha relatati u rilevanti tal-Kummissjoni, u l-miżuri kollha adottati mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tar-regoli tat-Trattati relatati mal-għajnuna mill-Istat kif ikunu fis-seħħ fiż-żmien li fih għandha ssir il-valutazzjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu applikati bħallikieku r-referenzi għall-Istat Membru responsabbli għan-notifika tal-għajnuna kienu referenzi għall-Bord, u bi kwalunkwe modifika neċessarja oħra.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tal-użu tal-Fond mas-suq intern u tindirizza dik id-deċiżjoni lill-Bord u lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernati. Dik id-deċiżjoni tista’ tkun kontinġenti fuq kundizzjonijiet jew fuq impenji fir-rigward tal-benefiċjarju u għandha tqis il-ħtieġa għall-eżekuzzjoni f’waqtha tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni mill-Bord.

Id-deċiżjoni tista’ tistipula wkoll obbligi fuq il-Bord, fuq l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni fl-Istat Membru parteċipanti jew fl-Istati Membri kkonċernati jew fuq il-benefiċjarju<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, kif applikabbli u sal-punt li dawk l-obbligi jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom,</STRING></STRING> sabiex tippermetti l-monitoraġġ tal-konformità tagħhom magħha. Dawn jistgħu jinkludu rekwiżiti dwar il-ħatra ta’ fiduċjarju jew ta’ persuna indipendenti oħra sabiex tgħin fil-monitoraġġ. Fiduċjarju jew persuna indipendenti oħra tista’ twettaq tali funzjonijiet kif speċifikat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Kwalunkwe deċiżjoni skont dan il-paragrafu għandha tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.

Il-Kummissjoni tista’ toħroġ deċiżjoni negattiva, indirizzata lill-Bord, li fiha tiddeċiedi li l-użu propost tal-Fond Uniku ma jkunx kompatibbli mas-suq intern u ma jkunx jista’ jiġi implimentat fil-forma kif proposta mill-Bord. Malli jirċievi deċiżjoni bħal din, il-Bord għandu jikkunsidra mill-ġdid l-iskema ta’ riżoluzzjoni tiegħu u għandu jħejji skema ta’ riżoluzzjoni riveduta.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“10. B’deroga mill-paragrafu 3, il-Kunsill jista’, wara applikazzjoni ta’ Stat Membru jew tal-Bord, fi żmien 7 ijiem minn meta ssir tali applikazzjoni, jiddeċiedi b’mod unanimu li l-użu tal-Fond għandu jitqies kompatibbli mas-suq intern, meta deċiżjoni bħal din tkun iġġustifikata minn ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-każ meta l-Kunsill ma jkunx iddeċieda fi żmien dawk is-7 ijiem.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(22)</NO.P>l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
‘‘1. Qabel jiddeċiedi dwar jekk humiex issodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, jew il-kundizzjonijiet għall-valwazzjoni negattiva jew għall-konverżjoni ta’ strumenti kapitali u ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 21(1), il-Bord għandu jiżgura li titwettaq valwazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ta’ entità kif imsemmija fl-Artikolu 2 minn persuna li tkun indipendenti minn kwalunkwe awtorità pubblika, inklużi l-Bord u l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, u mill-entità kkonċernata.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>jiddaħħal il-paragrafu 8a li ġej:<CITATION>
“8a. Meta dan ikun neċessarju sabiex jinforma d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 5, il-punti (c) u (d), il-valwatur għandu jikkomplementa l-informazzjoni fil-paragrafu 7, il-punt (c), bi stima tal-valur tal-assi u tal-obbligazzjonijiet li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, inklużi l-obbligazzjonijiet u l-assi kontinġenti.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>fil-paragrafu 18, jiżdied il-punt (d) li ġej:<CITATION>
“(d) meta jiġi ddeterminat it-telf li l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti kienet iġġarrab li kieku l-istituzzjoni ġiet stralċata skont proċedimenti normali ta’ insolvenza, tapplika l-kriterji u l-metodoloġija msemmijin fl-Artikolu 11e tad-Direttiva 2014/49/UE u fi kwalunkwe att delegat adottat skont dak l-Artikolu.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(23)</NO.P>l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P>l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>—</NO.P>il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:<CITATION>
‘‘1. Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, il-Bord għandu jeżerċita s-setgħa li jagħmel valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti, u ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmi fil-paragrafu 7a, fir-rigward tal-entitajiet u tal-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(2), u lill-entitajiet u lill-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(4), il-punt (b), u fl-Artikolu 7(5), meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, iżda biss meta jiddetermina, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, hekk kif jirċievi komunikazzjoni skont it-tieni subparagrafu jew fuq inizjattiva proprja, li tkun ġiet issodisfata kundizzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>—</NO.P>il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(e) għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tkun meħtieġa mill-entità jew mill-grupp, ħlief meta dik l-għajnuna tingħata f’waħda mill-forom imsemmijin fl-Artikolu 18a(1).”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ii)</NO.P>it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“Il-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), għandha ssir mill-BĊE għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 7(2)(a), jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 7(2)(b), (4)(b) u (5), u mill-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, f’konformità mal-allokazzjoni tal-kompiti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(1) u (2).”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>il-paragrafu 2 huwa mħassar;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(b) wara li jitqies iż-żmien, il-ħtieġa li jiġu implimentati b’mod effettiv is-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u ta’ konverżjoni jew l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni għall-grupp ta’ riżoluzzjoni u ċirkostanzi rilevanti oħrajn, ma jkun hemm l-ebda prospett raġonevoli li kwalunkwe azzjoni, inklużi miżuri alternattivi tas-settur privat, azzjoni superviżorja jew miżuri ta’ intervent bikri, minbarra l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti, u ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fil-paragrafu 7a, tipprevjeni l-falliment ta’ dik l-entità jew ta’ dak il-grupp f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(d)</NO.P>il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“9. Meta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jiġu ssodisfati fir-rigward ta’ entità msemmija f’dak il-paragrafu, u l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 18(1) jiġu ssodisfati wkoll fir-rigward ta’ dik l-entità jew ta’ entità li tappartjeni għall-istess grupp, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(6), (7) u (8).”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(24)</NO.P>l-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">“7. Il-Fond jista’ jagħmel kontribuzzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 6 biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>kontribuzzjoni għall-assorbiment tat-telf u għar-rikapitalizzazzjoni ugwali għal ammont ta’ mhux anqas minn 8 % tal-obbligazzjonijiet totali inklużi l-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejlin f’konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 20(1) sa (15), tkun saret mill-azzjonisti, mid-detenturi ta’ strumenti kapitali rilevanti u ta’ obbligazzjonijiet oħrajn ta’ kapaċità ta’ rikapitalizzazzjoni interna permezz ta’ tnaqqis, valwazzjoni negattiva, jew konverżjoni skont l-Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/59/UE u l-Artikolu 21(10) ta’ dan ir-Regolament, u permezz tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti skont l-Artikolu 79 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 109 tad-Direttiva 2014/59/UE meta rilevanti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>il-kontribuzzjoni mill-Fond ma taqbiżx il-5 % tal-obbligazzjonijiet totali inklużi l-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejlin f’konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 20(1) sa (15).”;</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG>▌</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>fil-paragrafu 13, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">“Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tistabbilixxi l-ammont li bih l-obbligazzjonijiet ta’ rikapitalizzazzjoni interna jeħtieġ li jiġu valwati negattivament jew ikkonvertiti:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>sabiex jiġi rrestawrat il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew, meta applikabbli, sabiex jiġi stabbilit il-proporzjon tal-istituzzjoni tranżitorja, filwaqt li titqies kwalunkwe kontribuzzjoni ta’ kapital mill-Fond magħmula skont l-Artikolu 76(1), il-punt (d);</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>sabiex tiġi sostnuta kunfidenza suffiċjenti fis-suq fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew fl-istituzzjoni tranżitorja, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu koperti l-obbligazzjonijiet kontinġenti, u l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun tista’ tkompli tissodisfa, għal tal-anqas sena waħda (1), il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u sabiex tkompli twettaq l-attivitajiet li għalihom tkun awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE.”;</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(25)</NO.P>l-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“<STRING BOLD="on">Obbligu ta’ kooperazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni</STRING>”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>jiddaħħlu l-paragrafi 2a, 2b u 2c li ġejjin:<CITATION>
“2a. Il-Bord, il-BERS, l-EBA, l-ESMA u l-EIOPA għandhom jikkooperaw mill-qrib u jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni neċessarja kollha għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom.

<NO.P>2b.</NO.P>Il-BĊE u membri oħrajn tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-Bord u jipprovdulu l-informazzjoni neċessarja kollha għat-twettiq tal-kompiti tal-Bord, inkluża l-informazzjoni miġbura minnhom f’konformità mal-istatut tagħhom. L-Artikolu 88(6) għandu japplika għall-iskambji kkonċernati.

<NO.P>2c.</NO.P>L-awtoritajiet deżinjati msemmijin fl-Artikolu 2(1), il-punt (18), tad-Direttiva 2014/49/UE għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-Bord. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-awtoritajiet deżinjati u l-Bord għandhom jipprovdu</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">lil xulxin bl-informazzjoni</STRING></STRING> neċessarja kollha għat-twettiq tal-kompiti <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">rispettivi tagħhom</STRING></STRING>.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">“6. Il-Bord għandu jagħmel ħiltu sabiex jikkoopera mill-qrib ma’ kwalunkwe faċilità pubblika ta’ assistenza finanzjarja, inklużi l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), b’mod partikolari fis-sitwazzjonijiet kollha li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>fiċ-ċirkostanzi straordinarji msemmijin fl-Artikolu 27(9) u meta tali faċilità tkun tat, jew x’aktarx tagħti, assistenza finanzjarja diretta jew indiretta lil entitajiet stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>meta l-Bord ikun ikkuntratta lill-Fond arranġament finanzjarju skont l-Artikolu 74.”;</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(d)</NO.P>il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“7. Meta jkun neċessarju, il-Bord għandu jikkonkludi memorandum ta’ qbil mal-BĊE u ma’ membri oħrajn tas-SEBĊ, mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni u mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jiddeskrivi t-termini ġenerali ta’ kif se jikkooperaw skont il-paragrafi 2, 2a, 2b u 4 ta’ dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 74, it-tieni paragrafu, fit-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni. Il-memorandum għandu jiġi rrieżaminat fuq bażi regolari u jiġi ppubblikat soġġett għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(26)</NO.P>jiddaħħal l-Artikolu 18a li ġej:<CITATION>
“<STRING ITALIC="on">Artikolu 30a</STRING>

<STRING BOLD="on">Informazzjoni miżmuma minn mekkaniżmu awtomatizzat ċentralizzat</STRING>

<NO.P>1.</NO.P>L-awtoritajiet li joperaw il-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati stabbiliti mill-Artikolu 32a tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill** għandhom jipprovdu lill-Bord, fuq talba tiegħu, b’informazzjoni relatata man-numru ta’ klijenti li għalihom entità kif imsemmija fl-Artikolu 2 tkun l-uniku sieħeb bankarju jew is-sieħeb bankarju prinċipali.

<NO.P>2.</NO.P>Il-Bord għandu jitlob l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 biss fuq bażi ta’ każ b’każ u, meta jkun neċessarju, għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament.

<NO.P>3.</NO.P>Il-Bord jista’ jaqsam l-informazzjoni miksuba skont l-ewwel paragrafu mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni fil-kuntest tat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament.

**	Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(27)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej</STRING></STRING>:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0"><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“Il-kooperazzjoni rigward il-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha titwettaq f’konformità mal-Artikolu 11 u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu 5 ta’ dan it-Titolu. F’dak il-qafas u għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, il-Bord: </STRING></STRING></INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jista’ jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jippreżentaw lill-Bord l-informazzjoni kollha meħtieġa, kif miksuba minnhom; </STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandu, fuq talba ta’ awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni ta’ Stat Membru parteċipanti, jipprovdi lil dik l-awtorità bi kwalunkwe informazzjoni li hija meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti ta’ dik l-awtorità skont dan ir-Regolament.” </STRING></STRING></ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>jiżdied il-paragrafu li ġej<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">:</STRING></STRING><CITATION>
“3. Għall-entitajiet u għall-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(2), u għall-entitajiet u għall-gruppi msemmijin fl-Artikolu 7(4), il-punt (b) u l-Artikolu 7(5) meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkonsultaw lill-Bord qabel ma jaġixxu skont l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2014/59/UE.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(28)</NO.P>fl-Artikolu 32(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“Meta grupp jinkludi entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti kif ukoll fi Stati Membri mhux parteċipanti jew f’pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għal xi approvazzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament, il-Bord għandu jirrappreżenta l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti għall-iskopijiet ta’ konsultazzjoni u ta’ kooperazzjoni mal-Istati Membri mhux parteċipanti jew f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-Artikoli 7, 8, 12, 13, 16, 18, 45h, 55, u 88 sa 92 tad-Direttiva 2014/59/UE.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(29)</NO.P>l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:<CITATION>
“Il-Bord, billi jagħmel użu sħiħ mill-informazzjoni kollha li diġà tkun disponibbli għall-BĊE, inkluża l-informazzjoni miġbura mill-membri tas-SEBĊ f’konformità mal-istatut tagħhom, jew mill-informazzjoni kollha disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, għall-BERS, għall-EBA, għall-ESMA jew għall-EIOPA, jista’ jeħtieġ, permezz tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jew direttament, wara li jkun informa lil dawk l-awtoritajiet, lill-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li ġejjin sabiex jipprovdulu l-informazzjoni neċessarja kollha, f’konformità mal-proċedura mitluba mill-Bord u fil-forma mitluba mill-Bord, sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu:”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej:<CITATION>
“5. Il-Bord, il-BĊE, il-membri tas-SEBĊ, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-BERS, l-EBA, l-ESMA, l-EIOPA u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jistgħu jfasslu memoranda ta’ qbil li jistabbilixxu proċedura li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni. L-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Bord, il-BĊE u membri oħrajn tas-SEBĊ, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-BERS, l-EBA, l-ESMA, l-EIOPA u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni ma għandux jitqies li jikser ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali.

<NO.P>6.</NO.P>L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-BĊE, il-membri tas-SEBĊ, il-BERS, l-EBA, l-ESMA, l-EIOPA, u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mal-Bord sabiex jivverifikaw jekk xi informazzjoni jew l-informazzjoni kollha mitluba tkunx diġà disponibbli fiż-żmien li ssir it-talba. Meta tali informazzjoni tkun disponibbli, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-BĊE u membri oħrajn tas-SEBĊ, il-BERS, l-EBA, l-ESMA, l-EIOPA, jew l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-Bord.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(30)</NO.P>fl-Artikolu 43(1), jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:<CITATION>
“(aa) il-Viċi-President maħtur f’konformità mal-Artikolu 56;”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(30a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
“<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Trasparenza u obbligu ta’ rendikont</STRING></STRING>”<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jiddaħħal il-paragrafu li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
“<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">3a. Il-Bord għandu jippubblika l-politiki, il-linji gwida, l-istruzzjonijiet ġenerali, in-noti ta’ gwida u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tiegħu dwar ir-riżoluzzjoni b’mod ġenerali u dwar il-prattiki u l-metodoloġiji ta’ riżoluzzjoni li għandhom jiġu applikati fi ħdan il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni, sakemm tali pubblikazzjoni ma tinvolvix id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali.</STRING></STRING>”
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(31)</NO.P>fl-Artikolu 50(1), il-punt (n) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(n) jaħtar Uffiċjal tal-Kontabilità u Awditur Intern, soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li għandhom ikunu funzjonalment indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijiethom;”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(31a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fl-Artikolu 50(1), jiddaħħal il-punt li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
“<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">(qa) jiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jiġu kkonsultati dwar il-linji gwida, l-istruzzjonijiet ġenerali, il-politiki jew in-noti ta’ gwida li jistabbilixxu politiki, prattiki jew metodoloġiji ta’ riżoluzzjoni li dawk l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni se jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni.</STRING></STRING>”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(32)</NO.P>l-Artikolu 53 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:<CITATION>
“Il-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu għandu jkun magħmul mill-President, mill-Viċi-President u mill-erba’ membri msemmijin fl-Artikolu 43(1), il-punt (b).”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>fil-paragrafu 5, il-kliem “l-Artikolu 43(1)(a) u (b)” huma sostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 43(1), il-punti (a), (aa) u (b)”.;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(33)</NO.P>fl-Artikolu 55, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:<CITATION>
‘‘1. Meta jiddeliberaw dwar entità individwali jew grupp stabbiliti biss fi Stat Membru parteċipanti wieħed, jekk il-membri kollha msemmijin fl-Artikolu 53(1) u (3) ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim konġunt b’kunsens sa skadenza stipulata mill-President, il-President, il-Viċi-President u l-membri msemmijin fl-Artikolu 43(1), il-punt (b), għandhom jieħdu deċiżjoni b’maġġoranza sempliċi.

<NO.P>2.</NO.P>Meta jiddeliberaw fuq grupp transfruntier, jekk il-membri kollha msemmijin fl-Artikolu 53(1) u (4) ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim konġunt b’kunsens sa skadenza stipulata mill-President, il-President, il-Viċi-President u l-membri msemmijin fl-Artikolu 43(1), il-punt (b), għandhom jieħdu deċiżjoni b’maġġoranza sempliċi.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(34)</NO.P>l-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>fil-paragrafu 2, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(d) l-istabbiliment ta’ abbozz preliminari tal-baġit u abbozz tal-baġit tal-Bord, f’konformità mal-Artikolu 61 u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Bord, f’konformità mal-Artikolu 63;”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“Il-mandat tal-President, tal-Viċi President u tal-membri msemmijin fl-Artikolu 43(1), il-punt (b), għandu jkun ta’ ħames snin. ▌

Persuna li sservi ▌bħala l-President, il-Viċi President jew membru msemmi fl-Artikolu 43(1), il-punt (b), ma għandhiex tkun eliġibbli għall-ħatra f’xi waħda miż-żewġ karigi l-oħrajn.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-paragrafu</STRING></STRING> 6 <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">huwa sostitwit b’dan li ġej</STRING></STRING>:</PARAG><PARAG>▌<CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“6. Wara li tisma’ lill-Bord, fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew b’lista qasira ta’ kandidati b’bilanċ bejn il-ġeneri għall-pożizzjonijiet ta’ President, Viċi President u membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) u tinforma lill-Kunsill dwar il-lista qasira. Il-Parlament Ewropew jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ tal-kandidati inklużi fuq dik il-lista qasira. F’konformità mal-eżitu fil-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għall-ħatra tal-President, il-Viċi President u l-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni. Wara l-approvazzjoni ta’ dik il-proposta, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni implimentattiva biex jaħtar lill-President, il-Viċi President u l-membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b). Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG>	▌</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(e)</NO.P>fil-paragrafu 7, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:<CITATION>
“Il-President, il-Viċi President, u l-membri msemmijin fl-Artikolu 43(1), il-punt (b), għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jinħatru s-suċċessuri tagħhom u dawn jibdew bid-dmirijiet tagħhom f’konformità mad-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ea)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-paragrafu 8 huwa mħassar.</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(35)</NO.P>l-Artikolu 61 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“<STRING ITALIC="on">Artikolu 61</STRING>

<STRING BOLD="on">Stabbiliment tal-baġit</STRING>

<NO.P>1.</NO.P>Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-President għandu jħejji abbozz preliminari tal-baġit tal-Bord, inkluża dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Bord għas-sena segwenti, flimkien mat-tabella tal-persunal, għas-sena segwenti, u jippreżentah lill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu.

Meta dan ikun neċessarju, il-Bord għandu jaġġusta, fis-sessjoni plenarja tiegħu, l-abbozz preliminari tal-baġit tal-Bord flimkien mal-abbozz tat-tabella tal-persunal.

<NO.P>2.</NO.P>Fuq il-bażi tal-abbozz preliminari tal-baġit kif adottat mill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-President għandu jfassal abbozz tal-baġit tal-Bord u jissottomettih lill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu għall-adozzjoni.

Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord għandu jaġġusta, fis-seduta plenarja tiegħu, l-abbozz tal-baġit mill-President, meta dan ikun neċessarju, u jadotta l-baġit finali tal-bord flimkien mat-tabella tal-persunal.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(35a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fl-Artikolu 62, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“3. Il-Bord huwa responsabbli sabiex fis-sessjoni plenarja tiegħu jadotta standards ta’ kontroll intern u jdaħħal fis-seħħ sistemi ta’ kontroll intern u proċeduri li jkunu xierqa għat-twettiq tal-kompiti tal-awditur intern.</STRING></STRING>”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(36)</NO.P>fl-Artikolu 69, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“4. Jekk, wara l-perjodu inizjali msemmi fil-paragrafu 1, il-mezzi finanzjarji disponibbli jonqsu taħt il-livell fil-mira speċifikat f’dak il-paragrafu, għandhom jinġabru kontribuzzjonijiet regolari kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 70 sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira. Il-Bord jista’ jipposponi l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet regolari ġġenerati f’konformità mal-Artikolu 70 <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">sa tliet snin</STRING></STRING> sabiex jiżgura li l-ammont li għandu jinġabar jilħaq ammont li jkun proporzjonat għall-kostijiet tal-proċess tal-ġbir, dment li tali differiment ma jaffettwax materjalment il-kapaċità tal-Bord li juża l-Fond skont it-Taqsima 3. Wara li jkun intlaħaq il-livell fil-mira għall-ewwel darba u meta l-mezzi finanzjarji disponibbli jkunu sussegwentement tnaqqsu għal anqas minn żewġ terzi tal-livell fil-mira, dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jippermetti li jintlaħaq il-livell fil-mira fi żmien <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">erba’</STRING></STRING> snin.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(37)</NO.P>l-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“3. Il-mezzi finanzjarji disponibbli li għandhom jitqiesu biex jintlaħaq il-livell immirat speċifikat fl-Artikolu 69 jistgħu jinkludu impenji ta’ pagamenti irrevokabbli li huma kompletament sostnuti b’kollateral ta’ assi b’riskju baxx mhux ostakolati b’xi drittijiet ta’ parti terza, għad-dispożizzjoni ħielsa u allokati għall-użu esklużiv tal-Bord għall-finijiet speċifikati fl-Artikolu 76(1). Is-sehem ta’ dawk l-impenji irrevokabbli ta’ pagament ma għandhomx jaqbżu <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">t-30 %</STRING></STRING> tal-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet miġburin f’konformità ma’ dan l-Artikolu. F’dak il-limitu, il-Bord għandu jiddetermina kull sena s-sehem ta’ impenji ta’ pagament irrevokabbli fl-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet li għandhom jinġabru f’konformità ma’ dan l-Artikolu.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:<CITATION>
“3a. Il-Bord għandu jeżerċita l-impenji ta’ pagament irrevokabbli magħmulin skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu meta l-użu tal-Fond ikun meħtieġ skont l-Artikolu 76.

Meta istituzzjoni jew entità ma tibqax taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2 u ma tibqax soġġetta għall-obbligu li tħallas kontribuzzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Bord għandu jeżerċita l-impenji ta’ pagament irrevokabbli magħmulin skont il-paragrafu 3 u li jkunu għadhom dovuti. Jekk il-kontribuzzjoni marbuta mal-impenn ta’ pagament irrevokabbli titħallas kif xieraq mal-ewwel eżerċitar, il-Bord għandu jħassar l-impenn u jirritorna l-kollateral. Jekk il-kontribuzzjoni ma titħallasx kif xieraq mal-ewwel eżerċitar, il-Bord għandu jissekwestra l-kollateral u jħassar l-impenn.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(38)</NO.P>fl-Artikolu 71(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“L-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet straordinarji <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> fis-sena ma għandux jaqbeż tliet darbiet it-12,5 % tal-livell fil-mira.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(39)</NO.P>fl-Artikolu 74, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:<CITATION>
“Il-Bord għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-BĊE malli jqis li jista’ jkun neċessarju li jiġu attivati arranġamenti finanzjarji kuntrattati għall-Fond f’konformità ma’ dan l-Artikolu, u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-BĊE bl-informazzjoni neċessarja kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom fir-rigward ta’ tali arranġamenti finanzjarji.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(40)</NO.P>l-Artikolu 76 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“3. Meta l-Bord jiddetermina li l-użu tal-Fond għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 x’aktarx iwassal sabiex parti mit-telf ta’ entità msemmija fl-Artikolu 2 jingħadda lill-Fond, għandhom japplikaw il-prinċipji li jirregolaw l-użu tal-Fond imsemmijin fl-Artikolu 27.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>jiżdiedu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin:<CITATION>
“5. Meta l-għodod ta’ riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 22(2), il-punt (a) jew (b), jintużaw għat-trasferiment ta’ parti biss mill-assi, mid-drittijiet jew mill-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, il-Bord għandu jkollu pretensjoni kontra l-entità residwa għal kwalunkwe spiża u telf imġarrab mill-Fond bħala riżultat ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni magħmula għar-riżoluzzjoni skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu b’rabta ma’ telf li l-kredituri kieku kienu jġarrbu.

<NO.P>6.</NO.P>Il-pretensjonijiet tal-Bord imsemmijin fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 22(6) għandu, f’kull Stat Membru parteċipanti, ikollhom l-istess gradazzjoni ta’ prijorità bħall-pretensjonijiet tal-arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni fid-dritt nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru li jirregolaw proċedimenti normali ta’ insolvenza skont l-Artikolu 108(9) tad-Direttiva 2014/59/UE.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(41)</NO.P>l-Artikolu 79 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:<CITATION>
‘‘1. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li meta l-Bord jieħu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, dment li tali azzjoni tiżgura li d-depożitanti <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tad-depożiti</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">koperti, u l-persuni fiżiċi kif ukoll l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju li jkollhom depożiti eliġibbli, jibqa’ </STRING></STRING>jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, sabiex jiġi evitat li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tali depożitanti</STRING></STRING> jġarrbu telf, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li magħha tkun affiljata dik l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tikkontribwixxi għall-finijiet u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 109 tad-Direttiva 2014/59/UE.

<NO.P>2.</NO.P>Il-Bord<STRING BOLD="on">,</STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> f’kooperazzjoni mill-qrib mal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti,</STRING></STRING> għandu jiddetermina l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti f’konformità mal-paragrafu 1 wara li jkun ikkonsulta l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti, u meta jkun neċessarju, l-awtorità deżinjata skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (18), tad-Direttiva 2014/49/UE, dwar il-kost stmat tar-ripagament lid-depożitanti skont l-Artikolu 11e tad-Direttiva 2014/49/UE u f’konformità mal-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

<NO.P>3.</NO.P>Il-Bord għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu lill-awtorità deżinjata skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (18), tad-Direttiva 2014/49/UE u lill-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li magħha tkun affiljata l-istituzzjoni. L-iskema ta’ garanzija tad-depożiti għandha timplimenta dik id-deċiżjoni mingħajr dewmien.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>fil-paragrafu 5, it-tieni u t-tielet subparagrafi huma mħassra;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(41a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“Artikolu 79a</STRING></STRING>

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rappurtar dwar il-likwidità f’riżoluzzjoni</STRING></STRING>

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sal-31 ta’ Diċembru 2024 il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kwistjoni tal-likwidità f’riżoluzzjoni.</STRING></STRING>

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-rapport għandu jeżamina jekk nuqqas temporanju ta’ likwidità wara r-rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjoni f’riżoluzzjoni huwiex ikkawżat inter alia minn strument nieqes fis-sett ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni u għandu jeżamina l-aktar modi effiċjenti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet temporanji ta’ likwidità, filwaqt li jitqiesu l-prattiki f’ġuriżdizzjonijiet oħra. Ir-rapport għandu jippreżenta għażliet ta’ politika konkreti. </STRING></STRING>

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">	Artikolu 79b</STRING></STRING>

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sal-31 ta’ Diċembru 2026, fil-kuntest tat-tkomplija tad-diskussjonijiet dwar l-Unjoni Bankarja, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività u l-ambitu tal-mekkaniżmu tat-trasferiment tat-telf intern fil-gruppi ta’ riżoluzzjoni li jirriżultaw mir-riforma tal-qafas dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet. </STRING></STRING>

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">B’mod partikolari, ir-rapport għandu jqis il-kamp ta’ applikazzjoni tar-riżoluzzjoni, il-livell ta’ konformità mal-miri interni tal-MREL u l-kundizzjonijiet għall-aċċess għax-xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija, b’mod partikolari l-Fond.”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(42)</NO.P>fl-Artikolu 85(3), il-kliem “imsemmija fl-Artikolu” huwa sostitwit bil-kliem “adottata skont l-Artikolu”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(43)</NO.P>fl-Artikolu 88, jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:<CITATION>
“7. Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-Bord milli jiddivulga l-analiżijiet jew il-valutazzjonijiet tiegħu, inkluż meta jkunu bbażati fuq informazzjoni pprovduta mill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2 jew minn awtoritajiet oħrajn kif imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, meta l-Bord jivvaluta li d-divulgazzjoni ma timminax il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika u li jkun hemm interess pubbliku fid-divulgazzjoni li jipprevali fuq kwalunkwe interess ieħor imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. Tali divulgazzjoni għandha titqies li saret mill-Bord fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu skont dan ir-Regolament għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(43a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fl-Artikolu 94(1), jiddaħħal il-punt li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“(aa) l-interazzjoni bejn il-qafas eżistenti u l-istabbiliment tal-Iskema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti.</STRING></STRING>”
</CITATION></PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 2</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Dħul fis-seħħ u applikazzjoni</STRING></STI.ART><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.</PARAG><PARAG>Għandu japplika minn ... [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">12-il</STRING></STRING> xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].</PARAG><PARAG>Madankollu, l-Artikolu 1, il-punti (1)(a), il-punti (2) u (3), il-punt (4)(a), il-punt (5)(a), (b) u (c)(i) u (ii), il-punt (6)(a), il-punt (7), il-punt (13)(a)(i) u (b), il-punt (14)(a), (b) u (d), il-punt (19)(d) u (e), il-punt (21), il-punt (23)(a)(i), l-ewwel inċiż, (b) u (d), il-punti (25) sa (35), u l-punti (39), (42) u (43), għandhom japplikaw minn … [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = xahar wieħed (1) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].</PARAG><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.</PARAG>
</GR.ART><SIGNATURE>
Magħmul fi …,

<STRING ITALIC="on">Għall-Parlament Ewropew	Għall-Kunsill</STRING>

<STRING ITALIC="on">Il-President					Il-President</STRING>
</SIGNATURE></DISPOSITIF></TEXT></TCONSOLID></TXTLST></SDOCTA>