<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0332</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - Applikazzjoni EGF/2023/004 DK/Danish Crown - Danimarka</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0171/2024 - Rapporteur: Janusz Lewandowski)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni ppreżentata mid-Danimarka – EGF/2023/004 DK Danish Crown (COM(2024)0035 – C9-0040/2024 – 2024/0044(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0035 – C9‑0040/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament dwar il-FEG”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE> kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 12 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0171/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, u biex tgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; billi din l-assistenza hija fornuta permezz ta’ appoġġ finanzjarju li jingħata lill-ħaddiema u lill-kumpaniji li għalihom ikunu ħadmu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi d-Danimarka ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2023/004 DK/Danish Crown għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), wara għadd totali ta’ 751 sensja<FOOTNOTE><FIELD> Skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.</FIELD></FOOTNOTE> fis-settur ekonomiku kklassifikat fid-diviżjoni 10 (Manifattura ta’ prodotti tal-ikel) tan-NACE Reviżjoni 2 fil-provinċja tal-Jutland tat-Tramuntana, 692 sensja f’perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni mid-19 ta’ Mejju 2023 sad-19 ta’ Settembru 2023, u 59 sensja qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-applikazzjoni tikkonċerna 692 sensja fil-perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni, 651 ħaddiem issensjat li l-attività tagħhom waqfet f’Danish Crown (Danish Crown A/S) u 41 ħaddiem issensjat f’żewġ fornituri u produtturi downstream ta’ Danish Crown<FOOTNOTE><FIELD> 37 ħaddiem issensjat f’TekniClean A/S, u erba’ ħaddiema ssensjati fl-Amministrazzjoni Veterinarja u Alimentari Daniża.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-applikazzjoni tikkonċerna 59 ħaddiem issensjat li l-attività tagħhom waqfet qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur, li matulu tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali ċara mal-avveniment li wassal għall-waqfien tal-attività tal-ħaddiema ssensjati matul il-perjodu ta’ referenza kif meħtieġ mill-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar il-FEG;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterju ta’ intervent tal-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi li jkun hemm tal-inqas 200 ħaddiem li jkunu ngħataw is-sensja f’perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f’impriża fi Stat Membru, inklużi ħaddiema li ngħataw is-sensja minn fornituri u produtturi downstream u/jew persuni li jaħdmu għal rashom u li l-attività tagħhom waqfet;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi s-settur tal-biċċeriji Daniż jinsab fi kriżi strutturali; billi mill-2005, l-għadd ta’ ħnieżer skarnati fid-Danimarka naqas b’4,4 miljuni (20 %); billi t-tnaqqis huwa dovut l-aktar għall-bidla mit-trobbija tal-ħnieżer għall-iskarnar, għat-trobbija tad-drafeġ għall-esportazzjoni; billi l-esportazzjoni tad-drafeġ tirrendi aktar għall-bdiewa Daniżi mit-tismin tal-ħnieżer għall-iskarnar minħabba l-prezzijiet baxxi tal-majjal,
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi Danish Crown huwa grupp ta’ kumpaniji tal-ikel Daniżi involuti fit-tbiċċir, l-ipproċessar u l-bejgħ prinċipalment tal-majjal u taċ-ċanga; billi l-avveniment li wassal għal dawn is-sensji huwa l-għeluq tal-biċċerija ta’ Danish Crown f’Sæby fil-muniċipalità ta’ Frederikshavn wara d-deklin fid-disponibbiltà tal-ħnieżer għall-iskarnar;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi kien hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u f’dik tal-UE rigward is-sensji kollettivi,
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu diretti prinċipalment lejn miżuri ta’ politika attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jkollhom l-għan li jintegraw mill-ġdid u malajr lill-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli fi ħdan is-settur ta’ attività inizjali tagħhom jew barra minnu, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi r-reviżjoni tal-QFP tnaqqas l-ammont annwali massimu tal-FEG minn EUR 186 miljun għal EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765; billi l-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-implimentazzjoni tal-FEG u l-Istituzzjonijiet kollha jenħtieġ li jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex jiżguraw li t-talbiet ġustifikati kollha għal appoġġ mill-FEG, bħala manifestazzjoni tas-solidarjetà tal-Unjoni, ikunu jistgħu jiġu ssodisfati;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li d-Danimarka għandha d-dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 1 882 212 fl-ambitu ta’ dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta’ EUR 3 137 021, liema spiża tinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 2 878 001 u n-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni, ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità, kif ukoll ta’ kontroll u ta’ rapportar b’total ta’ EUR 259 020;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Daniżi ppreżentaw l-applikazzjoni fis-6 ta’ Diċembru 2023, u li, wara li rċeviet informazzjoni addizzjonali mid-Danimarka, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fid-29 ta’ Frar 2024 u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess ġurnata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-applikazzjoni tikkonċerna 751 ħaddiem issensjat affettwati mill-għeluq tal-biċċerija ta’ Danish Crown f’Sæby; jinnota wkoll li total ta’ 390 ħaddiem issensjat se jkunu benefiċjarji fil-mira u huma mistennija jipparteċipaw fil-miżuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jieħu nota li l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema ssensjati għandhom livelli baxxi ta’ kwalifiki formali (46 %) jew kwalifiki u ħiliet pjuttost obsoleti (40 %); jieħu nota li 305 ħaddiema ssensjati (41 %) ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni u ma għandhomx ħakma tajba tad-Daniż; il-pakkett tal-FEG jipproponi wkoll miżuri għat-titjib tal-kompetenzi ġenerali inkluż it-titjib tal-ħiliet lingwistiċi fid-Daniż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal mid-Danimarka f’konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira, ir-rappreżentanti tagħhom u s-sħab soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar li s-servizzi personalizzati li għandhom jiġu fornuti lill-ħaddiema u lill-persuni li jaħdmu għal rashom jikkonsistu fl-azzjonijiet li ġejjin: il-motivazzjoni, iż-żamma, it-taħriġ dwar il-kompetenzi ġenerali, it-taħriġ għat-tiġdid u għat-titjib tal-ħiliet, u l-allowance għat-taħriġ u għat-tfittix ta’ impjieg;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-fatt li saru offerti ta’ taħriġ li jqisu diversi studji bħal Jobbarometer 2023 (analiżi tal-ħtiġijiet tax-xogħol lokali fil-muniċipalitajiet ta’ Frederikshavn, Hjørring, Jammerbugt u Brønderslev), il-bilanċ biennali fis-suq tax-xogħol li jipprovdi ħarsa ġenerali tal-opportunitajiet possibbli ta’ impjiegi, u l-analiżi ta’ FremKom4 dwar il-ħiliet, u li għandhom l-għan li jżidu l-kompetenzi ġenerali (inklużi fil-lingwa u fin-numeriżmu), il-kompetenzi diġitali u t-titjib tal-ħiliet għall-impjiegi b’nuqqas ta’ ħiliet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq b’mod partikolari fuq l-importanza tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi li l-pakkett ikkoordinat jantiċipa l-prospettivi tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa fil-futur, u dawn huma kompatibbli mal-bidla f’ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli u jiffokaw partikolarment fuq id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li d-Danimarka bdiet toffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fis-16 ta’ Ottubru 2023 u li, għaldaqstant, il-perjodu ta’ eliġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun mis-16 ta’ Ottubru 2023 sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li d-Danimarka bdiet iġġarrab in-nefqa amministrattiva biex timplimenta l-FEG fl-1 ta’ Ġunju 2023 u li, għaldaqstant, in-nefqa għal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni, ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità, kif ukoll ta’ kontroll u ta’ rapportar se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-1 ta’ Ġunju 2023 sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq li l-awtoritajiet Daniżi kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u li l-prinċipji tal-ugwaljanza fit-trattament u n-nondiskriminazzjoni se jiġu osservati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Itenni li l-assistenza mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta’ kumpaniji, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-ftehimiet kollettivi, jew kwalunkwe allowance jew dritt tal-ħaddiema ssensjati, biex tiġi żgurata l-addizzjonalità sħiħa tal-allokazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni ppreżentata mid-Danimarka – EGF/2023/004 DK Danish Crown</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2024/1299.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>