<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0333</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - Applikazzjoni EGF/2023/003 DE/Vallourec - Ġermanja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0166/2024 - Rapporteur: Jens Geier)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Ġermanja – EGF/2023/003 DE/Vallourec (COM(2024)0030 – C9-0041/2024 – 2024/0049(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0030 – C9‑0041/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament dwar il-FEG”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE> kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, <STRING ITALIC="on">ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0166/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, u biex tgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; billi din l-għajnuna hija fornuta permezz ta’ appoġġ finanzjarju li jingħata lill-ħaddiema u lill-kumpaniji li għalihom ikunu ħadmu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Ġermanja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2023/003 DE/Vallourec għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), wara 1 518-il sensja<FOOTNOTE><FIELD> Skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.</FIELD></FOOTNOTE> fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 24 tan-NACE Reviżjoni 2 (Manifattura ta’ metalli bażiċi) fil-bliet ġirien ta’ Düsseldorf u Mülheim an der Ruhr f’perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni mis-26 ta’ April 2023 sas-26 ta’ Awwissu 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija relatata ma’ 1 518-il ħaddiem issensjat fil-kumpanija Vallourec Deutschland GmbH (VAD);
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterju ta’ intervent tal-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi li jrid ikun hemm mill-qnqas 200 ħaddiem issensjat matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f’intrapriża fi Stat Membru, inklużi ħaddiema ssensjati minn fornituri u produtturi downstream u/jew persuni li jaħdmu għal rashom li ntemmet l-attività tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna naqqsu l-kompetittività ekonomika u għandhom impatt negattiv fuq it-tkabbir ekonomiku fil-Ġermanja;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi VAD, is-sussidjarja Ġermaniża ta’ Vallourec S.A, Franza, immanifatturat tubi tal-azzar illaminati bis-sħana mingħajr saldaturi fiż-żewġ fabbriki tal-azzar tagħha fil-Ġermanja; billi wara snin ta’ telf finanzjarju, fl-2018 tnedew għadd ta’ miżuri ta’ ristrutturar u tnaqqis fid-daqs u pjan ta’ rkupru ddedikat, li jinvolvu konċessjonijiet mill-ħaddiema b’kundizzjonijiet ta’ impjieg; billi minkejja xi suċċess, is-sitwazzjoni ekonomika wara l-pandemija tal-COVID-19 irriżultat f’aktar diffikultajiet għall-fabbriki tat-tubi Ġermaniżi u mill-2015, diġà kienu ntilfu aktar minn 1400 impjieg minħabba r-ristrutturar; billi Vallourec S.A. iddeċidiet fl-2021 li tbigħ il-fabbriki tat-tubi Ġermaniżi tagħha u li tittrasferixxi l-produzzjoni lejn il-Brażil; billi l-bejgħ falla, u dan wassal għall-għeluq definittiv tas-siti u rriżulta fl-ispostament tal-ħaddiema li kien fadal sal-1 ta’ Jannar 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi VAD qablet li tistabbilixxi kumpanija ta’ trasferiment għal kull lott ta’ sensji u l-intrapriża offriet ukoll pjan ta’ rtirar bikri għall-impjegati li twieldu fl-1966 jew qabel, kif ukoll pjanijiet ta’ terminazzjoni volontarja għall-persuni li jista’ ma jkollhomx aktar bżonn assistenza biex isibu impjieg ġdid;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu diretti primarjament lejn miżuri attivi ta’ politika tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jkollhom l-għan li jintegraw mill-ġdid u malajr lill-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli fi ħdan is-settur ta’ attività inizjali tagħhom jew barra minnu, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea newtrali għall-klima u aktar diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi r-reviżjoni tal-QFP tnaqqas l-ammont annwali massimu tal-FEG minn EUR 186 miljun għal EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765; billi l-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-implimentazzjoni tal-FEG u l-Istituzzjonijiet kollha jenħtieġ li jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex jiżguraw li t-talbiet ġustifikati kollha għal appoġġ mill-FEG, bħala manifestazzjoni tas-solidarjetà tal-UE, ikunu jistgħu jiġu ssodisfati;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li l-Ġermanja hija ntitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 2 984 627 skont dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta’ EUR 4 974 379, liema spiża tinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 4 783 057 u n-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni, ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità, ta’ kontroll u ta’ rapportar ta’ EUR 191 322;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Ġermaniżi ppreżentaw l-applikazzjoni fil-15 ta’ Novembru 2023, u li, wara l-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Ġermanja, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fid-29 ta’ Frar 2024 u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess ġurnata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-applikazzjoni hija relatata ma’ 1 518-il ħaddiem issensjat fil-kumpanija Vallourec Deutschland GmbH (VAD); jinnota wkoll li b’kollox 835 ħaddiem se jkunu benefiċjarji fil-mira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li dawk is-sensji huma mistennija li jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija lokali li kienet soġġetta għal bidliet strutturali kbar f’dawn l-aħħar deċennji bi tnaqqis sinifikanti fl-impjiegi fil-produzzjoni u speċjalment fil-manifattura tal-metall; jirrimarka li s-sensji se jikkawżaw żieda fir-rata tal-qgħad fil-bliet ta’ Mülheim u Düsseldorf, bi 11,6 % u 5,6 % rispettivament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrimarka li l-profili tal-ħaddiema ssensjati ma jaqblux mal-ħiliet imfittxija fis-suq tax-xogħol; jissottolinja wkoll li l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema kkonċernati jinsabu fi stadju avvanzat tal-karriera professjonali tagħhom, billi ħadmu għal VAD għal żmien twil, b’livelli ta’ kwalifiki formali li jagħmluhom mhux kompetittivi fis-suq tax-xogħol attwali, peress li 20,1 % minnhom għandhom aktar minn 54 sena; jisħaq li t-titjib tal-ħiliet u t-titjib tat-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema f’konformità mad-domanda tas-suq tax-xogħol għal impjiegi kwalifikati se jkunu ta’ sfida, b’mod partikolari meta wieħed iqis in-numru kbir ta’ persuni ssensjati fl-istess ħin; jisħaq wkoll li t-titjib tal-ħiliet u t-titjib tat-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema ssensjati jeħtieġ li jikkunsidraw il-ħtiġijiet ta’ kwalifiki fuq terminu medju sa twil tat-trasformazzjoni industrijali għal futur newtrali għall-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iqis li hija responsabbiltà soċjali tal-Unjoni li tipprovdi lil dawn il-ħaddiema ssensjati l-kwalifiki meħtieġa għat-trasformazzjoni ekoloġika u ġusta tal-industrija tal-Unjoni, f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, peress li dawn ħadmu f’settur b’intensità għolja ta’ karbonju; jisħaq fuq l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni biex l-Ewropa tkun adattata għall-futur fir-rigward tal-manifattura industrijali sabiex jiġi evitat li l-Unjoni tieħu t-triq tad-dekarbonizzazzjoni permezz tad-deindustrijalizzazzjoni; jilqa’, għalhekk, is-servizzi personalizzati pprovduti mill-FEG lill-ħaddiema, li jinkludu miżuri ta’ titjib tal-ħiliet, sessjonijiet ta’ ħidma, orjentazzjoni vokazzjonali, konsulenza dwar l-impjiegi, kif ukoll indennizzi għat-taħriġ, biex iż-żona, u s-suq tax-xogħol ġenerali, isiru aktar sostenibbli u reżiljenti fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal mill-Ġermanja b’konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira, ir-rappreżentanti tagħhom u s-sħab soċjali; jilqa’ b’mod partikolari l-fatt li direttament wara d-deċiżjoni li jingħalqu l-fabbriki tat-tubi, il-maniġment tal-intrapriża u r-rappreżentanti tal-impjegati bdew negozjati ta’ pjan soċjali, u b’mod partikolari l-ħolqien ta’ kumpanija ta’ trasferiment; jirrikonoxxi li VAD għamlet sforzi konsiderevoli biex timminimizza l-impatt soċjali tal-għeluq tas-siti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li s-servizzi personalizzati li jeħtieġ li jiġu pprovduti lill-ħaddiema u lill-persuni li jaħdmu għal rashom jikkonsistu fl-azzjonijiet li ġejjin: taħriġ u taħriġ mill-ġdid imfassal apposta, gwida okkupazzjonali, servizzi ta’ assistenza individwali għat-tfittix ta’ impjieg u attivitajiet għall-gruppi fil-mira, appoġġ u kontribuzzjoni għall-ħolqien ta’ negozju, kif ukoll inċentivi u indennizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ bis-saħħa l-miżura proposta dwar ħiliet bażiċi diġitali (Digitale Grundqualifizierung), li tieħu ħsieb id-disseminazzjoni tal-ħiliet meħtieġa fl-era industrijali diġitali, kif meħtieġ fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-FEG; jinnota li din il-miżura hija mmirata b’mod partikolari lejn dawk il-parteċipanti mingħajr ħiliet diġitali jew bi ftit li xejn minnhom; jilqa’ l-fatt li l-parteċipanti se jingħataw laptops sabiex ikunu jistgħu jsegwu l-kors u jipprattikaw id-dar, kif ukoll minħabba l-fatt li se tingħata attenzjoni speċjali għall-ħiliet applikati li jgħinu lill-parteċipanti jużaw l-għodod tal-internet għat-tiftix ta’ impjieg;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li l-Ġermanja bdiet toffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fl-1 ta’ Diċembru 2023 u li, għaldaqstant, il-perjodu ta’ eliġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun mill-1 ta’ Diċembru 2023 sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-Ġermanja bdiet iġġarrab in-nefqa amministrattiva biex timplimenta l-FEG fl-1 ta’ Jannar 2023 u li, għaldaqstant, in-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni, ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità, ta’ kontroll u ta’ rapportar se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-1 ta’ Jannar 2023 sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq li l-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux għajnuna minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u li l-prinċipji tal-ugwaljanza fit-trattament u n-nondiskriminazzjoni se jiġu rrispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Itenni li l-għajnuna mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta’ kumpaniji, skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi, jew kwalunkwe allowance jew dritt tal-ħaddiema ssensjati, biex tiġi żgurata l-addizzjonalità sħiħa tal-allokazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il</STRING>-<STRING ITALIC="on">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Ġermanja – EGF/2023/003 DE/Vallourec</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2024/1298.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>