<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0346</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Emenda tar-Regolament (UE) 2016/2031 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0035/2024 - Rapporteur: Clara Aguilera)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ programmi ta’ stħarriġ pluriennali, notifiki dwar il-preżenza ta’ pesti regolati mhux ta’ kwarantina, derogi temporanji mill-projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni u mir-rekwiżiti speċjali ta’ importazzjoni u l-istabbiliment ta’ proċeduri għall-għoti tagħhom, rekwiżiti temporanji ta’ importazzjoni għal pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħrajn ilkoll ta’ riskju għoli, l-istabbiliment ta’ proċeduri għall-elenkar ta’ pjanti ta’ riskju għoli, il-kontenut ta’ ċertifikati fitosanitarji, l-użu ta’ passaporti tal-pjanti u fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar għal żoni demarkati u stħarriġiet dwar il-pesti (COM(2023)0661 – C9-0391/2023 – 2023/0378(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0661),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0391/2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/1588, 5.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1588/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A9-0035/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT TCLINK="YES"><STRING BOLD="on">P9_TC1-COD(2023)0378</STRING></IDENT><OTTXT><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 0li jemenda r-Regolament (UE) 2016/2031 fir-rigward ta’ programmi ta’ stħarriġ pluriennali, notifiki li jikkonċernaw il-preżenza ta’ pesti regolati mhux ta’ kwarantina, derogi temporanji mill-projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni u mir-rekwiżiti speċjali ta’ importazzjoni u l-istabbiliment ta’ proċeduri għall-għoti tagħhom, rekwiżiti temporanji għall-importazzjoni għal pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli, l-istabbiliment ta’ proċeduri għall-elenkar ta’ pjanti ta’ riskju għoli, il-kontenut taċ-ċertifikati fitosanitarji u l-użu ta’ passaporti tal-pjanti, u fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rappurtar għal żoni ddemarkati u stħarriġiet ta’ pesti u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward ta’ ċerti notifiki ta’ nuqqas ta’ konformità</STRING></TI><NOTE><STRING ITALIC="on">(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/3115.)</STRING></NOTE></OTTXT></TXTLST></SDOCTA>