<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0355</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-Att dwar is-Solidarjetà Ċibernetika</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0426/2023 - Rapporteur: Lina Gálvez Muñoz)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u l-kapaċitajiet fl-Unjoni tad-detezzjoni, it-tħejjija u r-rispons għat-theddid u l-inċidenti taċ-ċibersigurtà (COM(2023)0209 – C9-0136/2023 – 2023/0109(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0209),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 173(3) u 322(1), il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0136/2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-18 ta’ April 2023<FOOTNOTE><FIELD> Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 349, 29.9.2023, p. 167.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta’ Novembru 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/1049, 9.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1049/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta’ Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0426/2023),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta' <STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT TCLINK="YES"><STRING BOLD="on">P9_TC1-COD(2023)0109</STRING></IDENT><OTTXT><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u l-kapaċitajiet fl-Unjoni tal-identifikazzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons għat-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi </STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/694 (Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà)</STRING></STRING></TI><NOTE><STRING ITALIC="on">(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2025/38.)</STRING></NOTE></OTTXT></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI>ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA</TI><STI><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-baġit fir-rigward tar-Regolament (UE) 2025/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li jistabbilixxi miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u l-kapaċitajiet fl-Unjoni tal-identifikazzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons għat-theddid u l-inċidenti taċ-ċibersigurtà (Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà)</STRING></STRING><FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/38, 15.1.2025, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2025/38/oj</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE></STI>
<NO.P>1.</NO.P>Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva tal-Kummissjoni li takkumpanja l-proposta għall-Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà ġiet ippubblikata f’April 2023. Minn dak iż-żmien, iċ-ċifri stimati rilevanti nbidlu minħabba l-adozzjoni jew l-adozzjoni mistennija ta’ atti leġiżlattivi oħra.

<NO.P>2.</NO.P>Fil-5 ta’ Marzu 2024, il-koleġiżlaturi laħqu qbil politiku preliminari biex jillimitaw għal EUR 22 miljun ir-riallokazzjoni mill-Objettiv Speċifiku 4 “Ħiliet Diġitali Avvanzati” għall-Objettiv Speċifiku 3 “Ċibersigurtà u Fiduċja” tal-programm Ewropa Diġitali previst fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva.

<NO.P>3.</NO.P>Bil-għan li tirrifletti l-kundizzjonijiet tal-qbil politiku preliminari, il-Kummissjoni aġġornat id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva tal-Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà fir-rigward tal-pakketti finanzjarji għall-Objettivi Speċifiċi 2 “Intelliġenza Artifiċjali”, 3 “Ċibersigurtà u Fiduċja” u 4 “Ħiliet Diġitali Avvanzati”, fid-dawl tar-riallokazzjonijiet kif qablu fuqhom il-koleġiżlaturi.

<NO.P>4.</NO.P>Għaldaqstant, il-pakketti finanzjarji għall-perjodu 2025-2027 ippreżentati fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva aġġornata, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali, huma s-segwenti:

<NO.P>–</NO.P>[EUR 544 726 000] għall-Objettiv Speċifiku 2 “Intelliġenza Artifiċjali”, filwaqt li jitqiesu l-EUR 65 miljun riallokati għall-Objettiv Speċifiku 3 “Ċibersigurtà u Fiduċja”;

<NO.P>–</NO.P>[EUR 44 451 000] għall-Objettiv Speċifiku 3 “Ċibersigurtà u Fiduċja” - il-parti taħt ir-reġim ta’ ġestjoni diretta tal-Kummissjoni, inklużi EUR 26 miljun riallokati mill-Objettivi Speċifiċi 2 u 4.

<NO.P>–</NO.P>[EUR 353 190 613] għall-Objettiv Speċifiku 3 “Ċibersigurtà u Fiduċja” - il-parti ġestita miċ-Ċentru Ewropew għall-Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà, inkluża r-riallokazzjoni ta’ EUR 61 miljun mill-Objettivi Speċifiċi 2 u 4.

<NO.P>–</NO.P>[EUR 167 162 423] għall-Objettiv Speċifiku 4 “Ħiliet Diġitali Avvanzati”, filwaqt li titqies ir-riallokazzjoni tat-EUR 22 miljun għall-Objettiv Speċifiku 3 “Ċibersigurtà u Fiduċja”.

<NO.P>5.</NO.P>Ir-Riżerva taċ-Ċibersigurtà tal-UE se tkun iffinanzjata mill-pakkett finanzjarju tal-Objettiv Speċifiku 3 “Ċibersigurtà u Fiduċja” – il-parti taħt ir-reġim ta’ ġestjoni diretta tal-Kummissjoni (li skont l-istimi tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva aġġornata hija EUR [44 451 000]).
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>