<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0356</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Statistika tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0054/2024 - Rapporteur: Irene Tinagli)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 u r-Regolamenti (KE) Nru 450/2003 u (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2023)0459 – C9-0316/2023 – 2023/0288(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0459),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0316/2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/668, 12.01.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/668/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0054/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TC1-COD(2023)0288</STRING></IDENT><TCONSOLID><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta’ April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatika tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 u r-Regolamenti (KE) Nru 450/2003 u (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill</STRING><FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">*</STRING> Il-bidliet fit-test kollu jirriżultaw mill-adozzjoni tal-emenda 1. It-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.</FIELD></FOOTNOTE><BRK/></TI><NOTE>(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT>IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,</PRINIT><GRVISA><VISA>
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
</VISA><VISA>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew</STRING></STRING><FOOTNOTE><FIELD><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> ĠU C, C/2024/668, 12.01.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/668/oj.</STRING></STRING></FIELD></FOOTNOTE><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, </STRING></STRING>
</VISA><VISA>

</VISA><VISA>
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
</VISA></GRVISA><GRCONS><GRCINIT>Billi:</GRCINIT><CONS>
<NO.P>(1)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Hi meħtieġa </STRING></STRING>statistika tas-suq tax-xogħol<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> eżatta, fil-ħin, affidabbli u komparabbli </STRING></STRING> dwar in-negozji fl-Unjoni Ewropea għat-tfassil, għall-implimentazzjoni u għall-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk li jindirizzaw il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">(ESPR),</STRING></STRING> u s-Semestru Ewropew <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">kif ukoll dawk relatati mal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-EPSR u l-pjan ta’ azzjoni dwar l-ekonomija soċjali. Dawn huma importanti bl-istess mod għall-Unjoni biex jiġu ssodisfati l-kompiti assenjati lilha skont l-Artikoli 2, 3 u 4 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).</STRING></STRING><STRING BOLD="on"> [Em. 2]</STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(2)</NO.P>Il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25)</FIELD></FOOTNOTE> u l-monitoraġġ tal-pagi minimi adegwati skont id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33).</FIELD></FOOTNOTE> jeħtieġu informazzjoni eżatta dwar l-evoluzzjoni tal-kostijiet lavorattivi fis-siegħa u tal-livelli tal-pagi<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, ir-rata ta’ kopertura tan-negozjar kollettiv, il-livell tal-paga minima statutorja u s-sehem tal-ħaddiema koperti minnha</STRING></STRING> fost l-Istati Membri.
</CONS><CONS>
<NO.P>(3)</NO.P>L-istatistika Ewropea tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji, il-Bank Ċentrali Ewropew jużaha fil-kuntest tal-politika monetarja unika, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">b’mod partikolari dik dwar l-evoluzzjoni tal-kostijiet lavorattivi u t-tkabbir fil-pagi,</STRING></STRING> biex jimmonitorja r-riskji tal-inflazzjoni u tad-deflazzjoni li joħolqu l-kostijiet lavorattivi. Għalhekk hemm bżonn statistika tal-Unjoni eżatta, fil-ħin u komparabbli dwar l-evoluzzjoni tal-kostijiet lavorattivi. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Huwa importanti li din l-analiżi tkun ikkomplementata mill-monitoraġġ tar-riskji tal-inflazzjoni u tad-deflazzjoni li jirriżultaw mill-profitti.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(4)</NO.P>Hemm bżonn tiġi estiża l-kopertura tal-istatistika dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti u l-puntwalità tal-indiċi tal-kost lavorattiv għax iż-żewġ indikaturi huma elenkati fost l-Indikaturi Ekonomiċi Ewropej Prinċipali (IEEP)<FOOTNOTE><FIELD> Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistika taż-żona tal-euro “Towards improved methodologies for eurozone statistics and indicators” (Lejn metodoloġiji mtejba għall-istatistika u l-indikaturi taż-żona tal-euro), COM(2002) 0661 final tas-27 ta’ Novembru 2002.</FIELD></FOOTNOTE>, meħtieġa biex jiġu monitorjati l-politiki monetarji u ekonomiċi.
</CONS><CONS>
<NO.P>(4a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Huwa importanti għal skopijiet analitiċi li ammont xieraq ta’ data b’lura jkun disponibbli biex ikunu jistgħu jiġu vvalutati l-indiċijiet tal-kost lavorattiv maż-żmien. Madankollu, sabiex jitnaqqas il-piż impost fuq l-Istati Membri, it-trażmissjoni jenħtieġ li tkun limitata għal data b’lura li tal-inqas tkopri s-snin kalendarji 2024 u 2025.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(5)</NO.P>Hemm bżonn bażi ġuridika għar-regolamentazzjoni tat-trażmissjoni tad-differenza annwali fil-pagi bejn il-ġeneri biex isir monitoraġġ tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli skont l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), b’mod partikolari, l-Għan 5 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u l-għan 8 dwar Xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku, kif ukoll biex isir monitoraġġ tal-impatt tad-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill</STRING></STRING><FOOTNOTE><FIELD> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar, (ĠU L 132, 17.5.2023, p. 21),</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">http://data.europa.eu/eli/dir/2023/970/oj).</STRING></STRING></FIELD></FOOTNOTE><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> (id-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi).</STRING></STRING><STRING BOLD="on"> [Am. 3]</STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(6)</NO.P>L-implimentazzjoni<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni</STRING></STRING> tal-prinċipji tal-opportunitajiet indaqs u tat-trattament ugwali tal-irġiel u tan-nisa f’materji tal-impjieg u tax-xogħol<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.07.2006, p. 23).</FIELD></FOOTNOTE> jeħtieġu data komparabbli dwar il-pagi li jirċievu l-irġiel u n-nisa. Id-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar (ĠU L 132, 17.05.2023, p. 21).</FIELD></FOOTNOTE> teżiġi li l-Istati Membri jipprovdu data aġġornata u fil-ħin lill-Kummissjoni dwar id-differenza annwali fil-pagi bejn il-ġeneri<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2023/970</STRING></STRING>. Dan l-obbligu jenħtieġ li jiġi kumplimentat bil-qafas statistiku meħtieġ li jixraq għall-kumpilazzjoni u t-trażmissjoni tad-data dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri.
</CONS><CONS>
<NO.P>(6a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Skont il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Soċjali</STRING></STRING><FOOTNOTE><FIELD><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> COM(2021)0778.</STRING></STRING></FIELD></FOOTNOTE><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> kif ukoll l-għanijiet stabbiliti fl-Istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2021-2030, b’mod partikolari billi jiġi segwit l-objettiv li jinħolqu opportunitajiet indaqs u jiġi żgurat aċċess ugwali biex jipparteċipaw fis-soċjetà u fl-ekonomija, hi meħtieġa data fil-ħin, komparabbli u eżatta dwar il-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà fis-suq tax-xogħol. Tali data se tipprovdi valutazzjoni tant meħtieġa tal-progress fl-isforzi komuni biex jitnaqqsu d-distakki fir-rati tal-impjiegi u tiżdied ir-rata ta’ impjieg tal-persuni b’diżabbiltà.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(6b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika teħtieġ data fil-ħin, komparabbli u eżatta dwar il-pagi u l-karatteristiċi tal-impjiegi ta’ persuni ta’ oriġini razzjali jew etnika differenti. Tali data se tipprovdi valutazzjoni tant meħtieġa tal-progress fit-tnaqqis tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol, inklużi s-sensji u l-paga.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(6c)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet hija d-differenza relattiva bejn il-pensjonijiet gross medji li jaqilgħu n-nisa u l-irġiel. Id-differenza għandha l-għeruq tagħha f’karrieri professjonali differenti; dawk tan-nisa huma kkaratterizzati minn paga aktar baxxa, karrieri iqsar u interrotti, u volum aktar baxx ta’ sigħat maħduma. B’riżultat ta’ dan, in-nisa jkunu f’riskju akbar ta’ faqar mill-irġiel aktar tard f’ħajjithom. Id-data miġbura fil-kuntest tal-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji rigward l-istruttura tal-qligħ, id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri u l-istruttura tal-kostijiet lavorattivi tista’ tikkontribwixxi wkoll għal fehim aħjar tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet fl-Istati Membri.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(7)</NO.P>Biex jissimplifika l-leġiżlazzjoni eżistenti u jrawwem l-armonizzazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni, il-kunċetti, id-definizzjonijiet u r-rappurtar tal-kwalità, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri l-istatistika Ewropea kollha tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji.
</CONS><CONS>
<NO.P>(7a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Bil-għan li tittejjeb l-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji, huwa essenzjali li d-data tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni (Eurostat) tipprovdi aktar gwida dwar il-ġestjoni tad-data miġbura minn sorsi ta’ kwalità baxxa.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(8)</NO.P>Dan ir-Regolament jenħtieġ li jqis il-ħtiġijiet ġodda li nħolqu bl-iżvilupp u bl-approfondiment tal-Unjoni u taż-żona tal-euro, diment li d-dispożizzjonijiet tiegħu ma jkunux joħolqu piż sproporzjonat fuq ir-rispondenti jew fuq l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika.
</CONS><CONS>
<NO.P>(9)</NO.P>Biex jiġi limitat il-piż <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">amministrattiv u finanzjarju</STRING></STRING> fuq l-intrapriżi, b’mod partikolari fuq <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-intrapriżi soċjali,</STRING></STRING> l-SMEs <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u l-mikrointrapriżi</STRING></STRING>, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jenħtieġ li jikkunsidraw sorsi amministrattivi u innovattivi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">diġà disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali</STRING></STRING>, li l-għan ewlieni tagħhom ma jkunx il-forniment tal-istatistika, bħala sostitut għall-istħarriġiet tal-istatistika jew bħala suppliment għalihom, soġġetti għar-rekwiżiti tal-kwalità tal-istatistika uffiċjali. L-aħħar żviluppi teknoloġiċi u diġitali jistgħu jikkontribwixxu għal dan l-objettiv. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Madankollu, hu meħtieġ li jiġi limitat l-għadd ta’ sorsi li minnhom tista’ tinġabar u tiġi trażmessa d-data, għal dak li hu meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħaq l-objettiv ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tispeċifika minn liema sorsi, minbarra d-data tal-istħarriġ u r-rekords amministrattivi, id-data tista’ tinġabar u tiġi trażmessa skont dan ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ, kwalunkwe pproċessar ta’ data li tirriżulta minn dawk is-sorsi l-oħra jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill</STRING></STRING><FOOTNOTE><FIELD><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, </STRING></STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"><STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj</STRING></STRING></STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">).</STRING></STRING></FIELD></FOOTNOTE><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(9a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jenħtieġ li jqisu l-istandard dwar il-kosteffettività u ma jinvolvux piż eċċessiv fuq l-operaturi ekonomiċi kif minqux fl-Artikolu 338(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fit-trattattivi tagħhom man-negozji. L-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu sforzi biex jiżguraw li d-data rilevanti tiġi kondiviża b’mod adegwat bejn l-awtoritajiet biex jiżguraw li l-piż tar-rappurtar għall-intrapriżi jkun żgħir kemm jista’ jkun.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(9b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-qafas li jirregola l-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji jenħtieġ li jittejjeb kontinwament. Dan jinkludi aspetti tal-kwalità tad-data kif ukoll it-tnaqqis ta’ piżijiet ekonomiċi żejda. Madankollu, jenħtieġ li metodi u proċeduri ġodda jiġu ttestjati kif xieraq qabel ma jiġu inkorporati fl-attivitajiet ta’ kuljum tal-istituti nazzjonali tal-istatistika. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni (Eurostat) u l-istituti nazzjonali tal-istatistika jwettqu studji ta’ fattibbiltà u studji pilota. Dawn l-istudji jenħtieġ li jinbdew mill-Kummissjoni u jenħtieġ li jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-istituti nazzjonali tal-istatistika fuq bażi volontarja. Sabiex jinsiltu l-konklużjonijiet it-tajba, ir-riżultati ta’ dawk l-istudji jenħtieġ li jiġu analizzati bir-reqqa mill-Kummissjoni u mill-istituti nazzjonali tal-istatistika. Dik l-analiżi jenħtieġ li tkun disponibbli għall-komunità tal-istatistika u għall-pubbliku ġenerali.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(10)</NO.P>Biex tittejjeb l-effiċjenza tal-proċessi tal-produzzjoni tal-istatistika dwar is-suq tax-xogħol u biex jonqos il-piż statistiku fuq ir-rispondenti, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jaċċessaw u jużaw, minnufih u bla ħlas, ir-rekords amministrattivi nazzjonali kollha u li jintegraw dawk ir-rekords amministrattivi mal-istatistika, sa fejn meħtieġ, għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea dwar in-negozji, f’konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar Statistika tal-Komunità, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).</FIELD></FOOTNOTE>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(11)</NO.P>Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea hu l-qafas ta’ referenza għal dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-data kunfidenzjali <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u l-ipproċessar u l-kondiviżjoni ta’ data personali, inkluż ta’ data miżmuma minn persuni privati</STRING></STRING>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(11a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-użu ta’ tekniki ta’ scraping tal-web biex tinġabar data minn siti web, għan-natura normali tagħhom ta’ tfittxija mhux strutturata fuq dak li huwa pubbliku fuq l-internet, jista’ ma jikkonformax mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data tal-eżattezza sakemm ma jkun hemm l-ebda valutazzjoni dwar l-affidabbiltà tas-sorsi. L-istess rekwiżiti tal-kwalità għall-istatistika uffiċjali (eż. il-prinċipju tal-eżattezza statistika u l-affidabbiltà tad-data tas-sors) jistgħu jiġu affettwati.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(12)</NO.P>Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika ta’ kwalità għolja tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri iżda, għal raġunijiet ta’ konsistenza u komparabbiltà, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.
</CONS><CONS>
<NO.P>(13)</NO.P>Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).</FIELD></FOOTNOTE> u ta opinjoni nhar <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-25 ta’ Settembru 2023</STRING></STRING>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(14)</NO.P>Għal implimentazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri, hemm bżonn mill-inqas 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ qabel l-ewwel ġbir tad-data. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għalhekk, jenħtieġ li tiġi applikata mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2026.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(15)</NO.P>Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ġie kkonsultat.
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><DINIT>ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:</DINIT><GR.ART>
<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 1</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Suġġett</STRING></STI.ART><PARAG>Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji fl-Unjoni.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 2</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Definizzjonijiet</STRING></STI.ART><PARAG>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(1)</NO.P>“unità statistika” tfisser<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> il-persuna fiżika jew l-entità ġuridika</STRING></STRING> li dwarha tinġabar jew tiġi kkumpilata d-data;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(2)</NO.P>“intrapriża” tfisser sett ta’ unitajiet legali kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1), ANNESS-Taqsima III-A</FIELD></FOOTNOTE>; Din tinkludi lill-produtturi mhux tas-suq u lil unitajiet istituzzjonali oħra li jappartjenu għas-settur tal-gvern ġenerali;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(2a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“intrapriża soċjali” tfisser entità tal-liġi privata, li tista’ tiġi stabbilita f’varjetà ta’ forom legali, li tipprovdi oġġetti u servizzi għas-suq b’mod intraprenditorjali u f’konformità mal-prinċipji u l-karatteristiċi tal-ekonomija soċjali, b’objettivi soċjali jew ambjentali bħala r-raġuni għall-attività kummerċjali tagħha</STRING></STRING><FOOTNOTE><FIELD><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2023 dwar l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas tal-ekonomija soċjali (C/2023/1344) (ĠU C, C/2023/1344, 29.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1344/oj)</STRING></STRING><STRING BOLD="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">;</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(3)</NO.P>“unità lokali” tfisser intrapriża jew parti minnha li tinsab f’post ġeografikament identifikat;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(4)</NO.P>“intrapriża residenti”, rispettivament “unità lokali residenti”, tfisser intrapriża, rispettivament unità lokali, li twettaq attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għall-prodott domestiku gross (PDG);</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(5)</NO.P>“impjegat” tfisser persuna irrispettivament min-nazzjonalità tagħha, mir-residenza tagħha jew minn kemm ilha taħdem fl-Istat Membru fejn għandha <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">relazzjoni</STRING></STRING> ta’ impjieg diretta ma’ intrapriża, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">stabbilita b’kuntratt formali jew ftehim</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">informali</STRING></STRING>, u tirċievi remunerazzjoni, irrispettivament mit-tip ta’ xogħol li tagħmel, in-numru ta’ sigħat maħduma (full-time jew part-time) u t-tul tal-kuntratt (fiss jew indefinit, inkluż staġjonali); ir-remunerazzjoni ta’ impjegat tista’ tieħu l-forma ta’ pagi u salarji, inkluż bonuses, ħlas għal xogħol bl-imqieta u bix-xift, gratifiki, miżati, kummissjonijiet u remunerazzjoni in natura;<STRING BOLD="on"> [Em. 4]</STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(6)</NO.P>“impjegatur” tfisser intrapriża jew unità lokali li għandha relazzjoni ta’ impjieg diretta ma’ impjegat, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">stabbilita b’kuntratt formali jew ftehim informali</STRING></STRING>);<STRING BOLD="on"> [Em. 5]</STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(7)</NO.P>“dominju” tfisser sett tad-data wieħed jew aktar li jkopri tema waħda jew bosta temi partikolari;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(8)</NO.P>“tema” tfisser il-kontenut tal-informazzjoni li trid tinġabar dwar l-unitajiet statistiċi waqt il-ġbir tad-data, u kull tema tkun tkopri għadd ta’ temi dettaljati;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(9)</NO.P>“tema dettaljata” tfisser il-kontenut dettaljat tal-informazzjoni li trid tinġabar dwar l-unitajiet statistiċi relatati ma’ tema; kull tema dettaljata tkopri varjabbli wieħed jew aktar;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(10)</NO.P>“varjabbli” tfisser karatteristika ta’ unità li tista’ tassumi aktar minn sett wieħed ta’ valuri, u li tista’ tkun ċifra assoluta, proporzjon, jew referenza għal pożizzjoni fi klassifikazzjoni;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(11)</NO.P>“diżaggregazzjoni” tfisser sett ta’ valuri predefiniti diskreti, eżawrjenti u reċiprokament esklużivi li jistgħu jiġu assenjati lil varjabbli li jikkaratterizza unitajiet statistiċi;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(12)</NO.P>“mikrodata” tfisser data li tikkonċerna unità statistika waħda biss, mingħajr identifikatur dirett;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(13)</NO.P>“data aggregata” tfisser data li tikkonċerna sett ta’ diversi unitajiet statistiċi;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(14)</NO.P>“popolazzjoni statistika” tfisser is-sett tal-unitajiet statistiċi li dwarhom tkun mixtieqa l-informazzjoni u ikunu meħtieġa l-istimi;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(15)</NO.P>“qafas tal-kampjunar” tfisser lista, mappa jew speċifikazzjoni oħra tal-unitajiet li jiddeterminaw popolazzjoni statistika li trid tiġi kollha kemm hi numerata jew ikkampjunata;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(16)</NO.P>“kampjun” tfisser subsett ta’ qafas tal-kampjunar li l-elementi tiegħu jintgħażlu abbażi ta’ proċess bi probabbiltà magħrufa tal-għażla, iddisinjat biex jippermetti derivazzjoni ta’ stimi validi għall-popolazzjoni statistika;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(17)</NO.P>“rispondent” tfisser l-unità tar-rappurtar li tipprovdi informazzjoni lill-awtorità li tkun qed twettaq l-istħarriġ;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(18)</NO.P>“data tal-istħarriġ” tfisser id-data miġbura minn kampjun ta’ rispondenti u estrapolata għall-popolazzjoni statistika b’metodi matematiċi xierqa;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(19)</NO.P>“rekords amministrattivi” tfisser data ġġenerata minn entità amministrattiva, normalment korp pubbliku, li l-għan ewlieni tagħha ma jkunx li tipprovdi l-istatistika;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(20)</NO.P>“sorsi oħra” tfisser data <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ta’ kwalità u affidabbli</STRING></STRING> ġġenerata minn entità mhux amministrattiva li tinkludi rekords privati, siti web u bażijiet tad-data, li l-għan ewlieni tagħha ma jkunx li tipprovdi statistika uffiċjali;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(21)</NO.P>“klassifikazzjoni statistika” tfisser lista ordnata, b’livell wieħed jew aktar ta’ dettall, ta’ kategoriji relatati iżda reċiprokament esklużivi, użati biex jagħtu struttura lill-informazzjoni f’dominju statistiku partikolari skont is-similaritajiet tagħha;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(22)</NO.P>“perjodu ta’ referenza” tfisser perjodu li tirreferi għalih id-data;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(23)</NO.P>“perjodu tal-ġbir tad-data” tfisser il-perjodu taż-żmien meta tinġabar id-data.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(24)</NO.P>“metadata” tfisser informazzjoni meħtieġa biex l-istatistika tkun tista’ tintuża u tiġi interpretata, u li tiddeskrivi d-data b’mod strutturat;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(25)</NO.P>“data verifikata minn qabel” tfisser data verifikata mill-Istati Membri abbażi ta’ regoli komuni miftiehma tal-validazzjoni;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(26)</NO.P>“rapport tal-kwalità” tfisser rapport li jagħti informazzjoni dwar il-kwalità ta’ prodott jew proċess statistiku<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">;</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(26a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“data b’lura” tfisser data li tkopri perjodu ta’ mill-inqas sentejn qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. </STRING></STRING></PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 3</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Sorsi u metodi</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Għall-fini tal-kumpilazzjoni tal-istatistika skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jużaw jew jerġgħu jużaw wieħed mis-sorsi li ġejjin jew kombinament tagħhom diment li jissodisfaw l-istandards tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 8:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>data tal-istħarriġ;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>rekords amministrattivi;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>sorsi oħra.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>1a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika minn liema sorsi oħra msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, tista’ tinġabar u tiġi trażmessa d-data. Meta teżerċita s-setgħa li tadotta tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-użu ta’ dawk is-sorsi l-oħra jkun meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħaq l-objettiv skont dan ir-Regolament, filwaqt li titqies kif xieraq is-sensittività tad-data inkwistjoni u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/58/KE. </STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>L-istħarriġiet użati għall-fini tal-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji għandhom jiġu bbażati fuq kampjuni li jkunu rappreżentattivi tal-popolazzjoni statistika. Il-kampjuni tal-intrapriżi jew tal-unitajiet lokali għandhom jittieħdu mir-reġistri nazzjonali tal-istatistika dwar in-negozji kif definit fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/2152.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>3.</NO.P>L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dettaljata lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar is-sorsi u l-metodi użati fir-rapporti tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 8(4).</PARAG>

<TI.ART><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Artikolu 3a</STRING></STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-rekwiżit għall-protezzjoni tad-data personali</STRING></STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Meta l-attivitajiet li jeħtieġ jitwettqu skont dan ir-Regolament jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali, tali proċessar għandu jkun proporzjonat u għandu jikkonforma mar-Regolament 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill</STRING></STRING><FOOTNOTE><FIELD><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).</STRING></STRING></FIELD></FOOTNOTE><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill</STRING></STRING><FOOTNOTE><FIELD><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1,</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"><STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj</STRING></STRING></STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">).</STRING></STRING></FIELD></FOOTNOTE><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">. F’konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data stabbilit f’dawk ir-Regolamenti, id-data pprovduta skont dan ir-Regolament għandha tiġi aggregata sakemm l-individwi ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ statistika, li jitqies li huwa fl-interess pubbliku, għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa f’konformità mal-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2018/1725. B’mod partikolari, għandha tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju li d-data personali għandha ssir anonima.</STRING></STRING></PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 4</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Rekwiżiti tad-data</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>L-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji għandha tkopri d-dominji u t-temi li ġejjin:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>l-introjtu:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P>l-istruttura tal-introjtu;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ii)</NO.P>id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(iii)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-kopertura tan-negozjar kollettiv;</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(iv)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-livell tal-paga minima statutorja, jekk applikabbli;</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(v)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-kopertura tal-paga minima statutorja, jekk applikabbli;</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>il-kostijiet lavorattivi:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P>l-istruttura tal-kostijiet lavorattivi;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ii)</NO.P>l-indiċi tal-kost lavorattiv;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>id-domanda għax-xogħol:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(i)</NO.P>il-postijiet tax-xogħol vakanti.</PARAG><PARAG>L-indiċi tal-kost lavorattiv tat-temi, imsemmi fil-punt (b)(ii), u l-postijiet tax-xogħol vakanti, imsemmi fil-punt (c)(i), jinkludu l-istimi bikrija rispettivi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 5.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>Għal kull tema elenkata fil-paragrafu 1, it-temi dettaljati, il-perjodiċità korrispondenti tagħhom, il-perjodi ta’ referenza u l-iskadenzi tat-trażmissjoni għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>3.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13 biex temenda l-lista tat-temi dettaljati, il-perjodiċità, il-perjodi ta’ referenza u l-iskadenzi għat-trażmissjoni stabbiliti fl-Anness.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>4.</NO.P>Meta teżerċita s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk l-atti ma jimponux piż sinifikanti u sproporzjonat fuq l-Istati Membri u fuq ir-rispondenti. Għal dan il-għan, għandhom jinbdew studji tal-fattibbiltà kif stabbilit fl-Artikolu 9 u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu vvalutati u kkunsidrati kif xieraq <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">qabel l-adozzjoni tal-atti delegati</STRING></STRING>.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>5.</NO.P>Id-data għandha tintbagħat lill-Kummissjoni (Eurostat) fil-forma ta’ data aggregata, għajr għat-tema tal-istruttura tal-introjtu, imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a)(i), li għaliha għandha tintbagħat mikrodata għal impjegati u unitajiet lokali individwali.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>6.</NO.P>L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data verifikata minn qabel u l-metadata relatata b’format tekniku speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat) għal kull sett tad-data. Is-servizzi tal-punt uniku tad-dħul għandhom jintużaw biex jipprovdu d-data lill-Kummissjoni (Eurostat).</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>7.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-elementi li ġejjin għal kull tema:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-lista u d-deskrizzjoni tal-varjabbli;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>klassifikazzjonijiet statistiċi u diżaggregazzjonijiet tad-data;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>miri tal-preċiżjoni;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(d)</NO.P>il-metadata trid tintbagħat bl-istess perjodiċità, perjodu ta’ referenza u skadenzi bħad-data li tirreferi għaliha;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(e)</NO.P>il-perjodi tal-ġbir tad-data.</PARAG><PARAG>Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2) mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu ta’ referenza rilevanti.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 5</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Stimi bikrija</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>L-istimi bikrija għall-indiċi tal-kost lavorattiv imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(ii) u l-postijiet tax-xogħol vakanti msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (c)(i) għandhom jintbagħtu:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>mill-Istati Membri li l-għadd annwali ta’ impjegati tagħhom jirrappreżenta aktar minn 3% tat-total tal-UE, għal kull waħda mill-aħħar tliet snin konsekuttivi; u</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>mill-Istati Membri taż-żona tal-euro li l-għadd annwali ta’ impjegati tagħhom jirrappreżenta aktar minn 3% tat-total taż-żona tal-euro, għal kull waħda mill-aħħar tliet snin konsekuttivi;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>L-ishma tal-impjegati fit-total tal-UE u fit-total taż-żona tal-euro msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati mill-Kummissjoni (Eurostat) abbażi tad-data annwali disponibbli tal-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol tal-UE.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>3.</NO.P>Jekk issir xi bidla fil-lista tal-Istati Membri li l-għadd annwali ta’ impjegati tagħhom ikun iżjed mil-limiti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tinnotifika lill-Istati Membri kkonċernati fi żmien 6 xhur minn tmiem il-perjodu tal-valutazzjoni tal-limitu ta’ 3%. Jekk l-ishma aġġornati tal-impjegati jkunu inqas mil-limiti rispettivi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jitħallew jieqfu jibagħtu l-istimi bikrija mit-trimestru ta’ referenza tal-ewwel sena kalendarja wara d-data tan-notifika. Jekk l-ishma aġġornati jkunu iżjed minn dawk il-limiti, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jibagħtu l-istimi bikrija mill-ewwel trimestru ta’ referenza tat-tielet sena kalendarja wara d-data tan-notifika.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 6</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Unitajiet statistiċi u popolazzjoni statistika</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>L-istatistika skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkumpilata għal waħda jew aktar mill-unitajiet statistiċi li ġejjin:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>l-intrapriżi;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>l-unitajiet lokali;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>l-impjegati.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>Għat-temi tal-indiċi tal-kost lavorattiv, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(ii) u tal-postijiet tax-xogħol vakanti, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (c)(i), il-popolazzjoni statistika għandha tikkonsisti mill-intrapriżi kollha jew mill-unitajiet lokali kollha li jkunu residenti fl-Istat Membru u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>l-attività ekonomika ewlenija tagħhom tkun inkluża f’xi taqsima tal-klassifikazzjoni NACE<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1)</FIELD></FOOTNOTE>, għajr f’“Agrikoltura, forestrija u sajd”, “Attivitajiet ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; attivitajiet mhux differenzjati li jipproduċu oġġetti u servizzi minn persuni tad-dar għall-użu individwali tagħhom” u “Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali” u</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>ikollhom impjegat wieħed jew aktar.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>3.</NO.P>Għat-temi tal-istruttura tal-introjtu, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a)(i), u tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a)(ii), fir-rigward tad-data dwar l-impjegatur, il-popolazzjoni statistika għandha tikkonsisti mill-unitajiet lokali kollha li jkunu residenti fl-Istat Membru u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>l-attività ekonomika tagħhom hi inkluża f’xi taqsima tal-klassifikazzjoni NACE, għajr f’“Agrikoltura, forestrija u sajd”, “Attivitajiet persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu u attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ oġġetti – u servizzi – mhux differenzjati minn persuni tad-dar għall-użu tagħhom individwali” u “Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali”; u</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>ikollhom impjegat wieħed jew aktar.</PARAG><PARAG>Għat-temi tal-istruttura tal-introjtu u tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, fir-rigward tad-data dwar l-impjegat, il-popolazzjoni statistika għandha tikkonsisti mill-impjegati kollha li l-unità lokali tagħhom tappartjeni għall-popolazzjoni statistika definita fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>4.</NO.P>B’deroga mill-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3, fir-rigward tad-data dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri għall-perjodu ta’ referenza 2026, it-trażmissjoni għandha tkopri l-unitajiet lokali kollha li jkunu parti minn intrapriżi b’10 impjegati jew aktar u li, minbarra l-attivitajiet esklużi fil-paragrafu 3, il-punt (a), ma jkunux jappartjenu għat-taqsima “Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja” tal-klassifikazzjoni NACE.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>5.</NO.P>Għat-tema tal-istruttura tal-kostijiet lavorattivi, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(i), il-popolazzjoni statistika għandha tikkonsisti mill-unitajiet lokali kollha li jkunu residenti tal-Istat Membru u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>l-attività ekonomika tagħhom hi inkluża f’xi taqsima tal-klassifikazzjoni NACE, għajr f’“Agrikoltura, forestrija u sajd”, “Attivitajiet persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu u attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ oġġetti – u servizzi – mhux differenzjati minn persuni tad-dar għall-użu tagħhom individwali” u “Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali”; u</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>ikunu parti minn intrapriżi b’10 impjegati jew aktar.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>5a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għat-temi kollha elenkati fl-Anness, l-Istati Membri għandhom jiġbru u jipprovdu data separata fir-rigward tal-intrapriżi soċjali.</STRING></STRING></PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 7</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Rekwiżiti tad-data </STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING></STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 13 billi jispeċifikaw l-informazzjoni li jridu jagħtu l-Istati Membri b’bażi <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> meta, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-ġbir ta’ data addizzjonali jitqies meħtieġ biex jiġu indirizzati ħtiġijiet addizzjonali ta’ data statistika <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">li ma jistgħux jiġu ssodisfati b’mod ieħor</STRING></STRING>. Dawk l-atti delegati għandhom jispeċifikaw:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>it-temi dettaljati li jridu jingħataw fil-ġbir tad-data <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> relatat mad-dominji u t-temi speċifikati fl-Artikolu 4 u r-raġunijiet għal dawk il-ħtiġijiet addizzjonali;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>il-perjodi ta’ referenza u l-iskadenzi tat-trażmissjoni.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 li jibdew bis-sena ta’ referenza 2028 u b’perjodu minimu ta’ sentejn bejn kull ġbir <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING>.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>3.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-informazzjoni<STRING ITALIC="on"> ad hoc</STRING> imsemmija fil-paragrafu 1 u l-metadata. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw l-elementi tekniċi li ġejjin, meta xieraq:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-lista u d-deskrizzjoni tal-varjabbli;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>klassifikazzjonijiet statistiċi u diżaggregazzjonijiet tad-data;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>speċifikazzjonijiet dettaljati tal-unitajiet statistiċi koperti;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(d)</NO.P>il-metadata li trid tintbagħat;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(e)</NO.P>il-perjodi tal-ġbir tad-data.</PARAG><PARAG>Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2) fi żmien 24 xahar qabel jibda l-perjodu ta’ referenza rilevanti.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 8</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Rekwiżiti tal-kwalità u rappurtar tal-kwalità</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kwalità tad-data u l-metadata mibgħuta.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, inkluża d-data b’lura,</STRING></STRING> miksuba mis-sorsi stabbiliti fl-Artikolu 3 tipprovdi kopertura sħiħa tal-unitajiet statistiċi u l-popolazzjoni statistika definiti fl-Artikolu 6 u tagħti stimi eżatti tagħhom.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>3.</NO.P>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kriterji tal-kwalità definiti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>4.</NO.P>L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapporti tal-kwalità dwar is-sorsi u l-metodi għal kull wieħed mit-temi elenkati fl-Artikolu 4.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>5.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi għar-rapporti tal-kwalità u l-kontenut tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>6.</NO.P>L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar kull informazzjoni jew bidla rilevanti fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità tad-data trażmessa. L-informazzjoni għandha tingħata mill-aktar fis possibbli u fi żmien 3 xhur minn meta dik il-bidla tidħol fis-seħħ.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>7.</NO.P>Wara talba ▐tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tiġi evalwata l-kwalità tal-informazzjoni statistika.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>8.</NO.P>Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data mibgħuta, is-sorsi u l-metodi użati u l-oqfsa tal-kampjunar. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tħejji u tippubblika rapporti dwar il-kwalità tad-data trażmessa, is-sorsi u l-metodi użati. F’dawk ir-rapporti, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrakkomanda kif għandhom jiġu ġestiti s-sorsi meqjusa ta’ kwalità baxxa, u d-data miġbura permezz ta’ dawk is-sorsi.</STRING></STRING></PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 9</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Studji tal-fattibbiltà u studji pilota</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Biex ittejjeb l-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji jew biex tillimita l-piż <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">amministrattiv u finanzjarju</STRING></STRING> fuq l-intrapriżi, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">b’mod partikolari l-SMEs u l-mikrointrapriżi,</STRING></STRING> il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tniedi studji tal-fattibbiltà u studji pilota. L-għan ta’ dawn l-istudji għandu jinkludi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mill-inqas wieħed mill-elementi li ġejjin:</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>jittejbu l-kwalità u l-komparabbiltà <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tad-data;</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>l-esplorazzjoni ta’ possibbiltajiet ġodda u l-implimentazzjoni ta’ karatteristiċi ġodda skont il-ħtiġijiet tal-utenti;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(c)</NO.P>it-titjib tal-integrazzjoni bejn l-istħarriġiet u sorsi oħra ta’ data;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(d)</NO.P>it-tnaqqis tal-piż minn fuq ir-rispondenti<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">;</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(e)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">it-titjib tal-kosteffettività tal-ġbir tad-data</STRING></STRING>.</PARAG><PARAG>L-istudji għandhom iqisu l-iżviluppi teknoloġiċi u diġitali.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>1a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-data miġbura bħala parti mill-istudji pilota msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun limitata għall-oqsma u t-temi elenkati fl-Artikolu 4(1) u t-temi dettaljati speċifikati fl-Anness. </STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw f’dawk l-istudji b’mod volontarju. B’kooperazzjoni mal-Kummissjoni (Eurostat), dawn għandhom jiżguraw li l-istudji jkunu rappreżentattivi fil-livell tal-Unjoni.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>3.</NO.P>Ir-riżultati ta’ dawk l-istudji għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni (Eurostat) b’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati ewlenin<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, inklużi s-sħab soċjali</STRING></STRING>. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tħejji rapporti dwar is-sejbiet tal-istudji b’kooperazzjoni mal-Istati Membri. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dawk ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.</STRING></STRING></PARAG><PARAG><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fir-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tirrakkomanda kif l-istudji pilota għandhom jiġu integrati bħala soluzzjonijiet permanenti.</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>3a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi li jwettqu l-istudji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sa fejn l-ipproċessar ta’ data personali jsir għall-fini ta’ dawk l-istudji.</STRING></STRING></PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 10</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Finanzjament</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, biex itejbu:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>is-sorsi, inkluż l-oqfsa tal-kampjunar, għall-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2029;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>il-metodi tal-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji, inkluż l-istudji tal-fattibbiltà u l-istudji pilota msemmija fl-Artikolu 9.</PARAG><PARAG>L-Unjoni ma għandhiex tiffinanzja l-kostijiet għall-kumpilazzjoni regolari tal-istatistika li trid tintbagħat skont dan ir-Regolament.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">it-80%</STRING></STRING> tal-kostijiet eliġibbli.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 11</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu billi jiġu applikati miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, u b’kontrolli effettivi, u jekk jinstabu irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, meta xieraq, b’penali amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa tal-awditjar, abbażi ta’ verifiki tad-dokumenti u kontrolli fuq il-post, tal-benefiċjarji tal-għotja, tal-kuntratturi u tas-subkuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>3.</NO.P>L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).</FIELD></FOOTNOTE>, biex jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ xi ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>4.</NO.P>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li b’mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew u lill-OLAF biex iwettqu dawn l-awditjar u l-investigazzjonijiet skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 12</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Derogi</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Meta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew tal-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan, teħtieġ li jsiru bidliet kbar fis-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">kif xieraq</STRING></STRING>, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, lill-Istat Membru għal perjodu massimu ta’ <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">sena</STRING></STRING>. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).</PARAG><PARAG>Meta tagħti d-derogi, il-Kummissjoni għandha tqis il-komparabbiltà tal-istatistika tal-Istat Membri u l-kalkolu fil-ħin tal-aggregati Ewropej rappreżentattivi u affidabbli meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li r-rekwiżiti relatati mal-istatistika, il-metadata u l-kwalità koperti b’dan ir-Regolament, li qabel kienu koperti bir-Regolamenti mħassra, jibqgħu jiġu ssodisfati mingħajr interruzzjoni.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>L-Istat Membru rilevanti għandu jissottometti talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni fi żmien 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew tal-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 13</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Eżerċizzju tad-delega</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">3(1a),</STRING></STRING> 4(3)<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">,</STRING></STRING> 7(1) <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u 9(3a)</STRING></STRING> għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ħames snin</STRING></STRING> minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data eżatta tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>3.</NO.P>Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">3(1a),</STRING></STRING> 4(3)<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">,</STRING></STRING> 7(1) <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u 9(3a)</STRING></STRING> tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING> jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>4.</NO.P>Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>5.</NO.P>Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>6.</NO.P>Att delegat adottat skont l-Artikoli <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">3(1a),</STRING></STRING> 4(3)<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">,</STRING></STRING> 7(1) <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u 9(3a)</STRING></STRING> għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tliet</STRING></STRING> xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">bi tliet</STRING></STRING> xhur wara inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 14</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Proċedura ta’ kumitat</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 15</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Tħassir</STRING></STI.ART><PARAG NO="YES"><NO.P>1.</NO.P>Ir-Regolamenti (KE) Nru 530/1999, (KE) Nru 450/2003 u (UE) Nru 453/2008 qed jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2026.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>2.</NO.P>Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.</PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 16</STRING></TI.ART><STI.ART><STRING BOLD="on">Dħul fis-seħħ u applikazzjoni</STRING></STI.ART><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.</PARAG><PARAG>Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.</PARAG><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.</PARAG>
</GR.ART><SIGNATURE>
Magħmul fi …,

<STRING ITALIC="on">Għall-Parlament Ewropew	Għall-Kunsill</STRING>

<STRING ITALIC="on">Il-President	Il-President</STRING>
</SIGNATURE><ANNEX><TI><STRING BOLD="on"><STRING UNDERLINE="on">ANNESS </STRING></STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">Dominji, temi u temi dettaljati; il-perjodiċità tal-provvista tad-data, il-perjodi ta’ referenza u l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data ta’ kull tema</STRING></STI>

<TGROUP COLS="7"><COLSPEC COLNAME="C1" COLNUM="1" COLWIDTH="10.2*"/><COLSPEC COLNAME="C2" COLNUM="2" COLWIDTH="13.85*"/><COLSPEC COLNAME="C3" COLNUM="3" COLWIDTH="23.77*"/><COLSPEC COLNAME="C4" COLNUM="4" COLWIDTH="12.06*"/><COLSPEC COLNAME="C5" COLNUM="5" COLWIDTH="13.18*"/><COLSPEC COLNAME="C6" COLNUM="6" COLWIDTH="14.82*"/><COLSPEC COLNAME="C7" COLNUM="7" COLWIDTH="12.12*"/>
<ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C1">
Dominju
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C2">
Tema
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Tema dettaljata
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C4">
Perjodiċità
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C5">
Perjodu ta’ referenza
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C6">
Skadenza għat-trażmissjoni tad-data <STRING SUPERSCRIPT="on">(1) (2)</STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C7">
L-ewwel perjodu ta’ referenza
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C1">
Introjtu
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C2">
Struttura tal-Introjtu
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Introjtu

<STRING ITALIC="on">L-introjtu annwali u fix-xahar totali u l-komponenti kollha tiegħu, u l-introjtu fis-siegħa mħallas lil kull impjegat fil-kampjun</STRING>.
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C4">
Kull erba’ snin
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C5">
Sena kalendarja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C6">
T+16-il xahar
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C7">
2026
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Karatteristiċi tal-impjegatur

<STRING ITALIC="on">Informazzjoni ekonomika, legali, ġeografika u tal-impjiegi dwar l-unità lokali li magħha hu marbut kull impjegat fil-kampjun, u dwar l-intrapriża tagħha. </STRING>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Karatteristiċi tal-impjegat

<STRING ITALIC="on">Informazzjoni demografika, </STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ġeografika inkluż jekk l-impjegat huwiex ħaddiem migrant jew transfruntier, </STRING></STRING>

<STRING ITALIC="on">edukattiva, kuntrattwali u okkupazzjonali individwali dwar kull impjegat fil-kampjun.</STRING>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Perjodi tax-xogħol

<STRING ITALIC="on">Informazzjoni dwar il-perjodi tax-xogħol imħallsa għal kull impjegat fil-kampjun</STRING>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Elementi tekniċi tal-istħarriġ

<STRING ITALIC="on">Informazzjoni dwar il-kampjunar u l-ġbir tad-data għal kull impjegat fil-kampjun u għall-impjegatur rispettiv (eż. ponderazzjonijiet). </STRING>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C2">
Differenza fil-pagi bejn il-ġeneri
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Introjtu fis-siegħa

<STRING ITALIC="on">L-introjtu fis-siegħa tal-impjegati rġiel u nisa skont il-karatteristiċi ewlenin tal-impjegatur u tal-impjegat u d-differenzi relattivi korrispondenti bejn l-introjtu fis-siegħa tal-impjegati rġiel u nisa.</STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C4">
Kull sena
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C5">
Sena kalendarja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C6">
T+13-il xahar
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C7">
2026
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Impjegati

<STRING ITALIC="on">L-għadd ta’ impjegati rġiel u nisa skont il-karatteristiċi tal-impjegatur u tal-impjegat.</STRING>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C1">

</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C2">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Paga Minima</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-livell tal-paga minima statutorja</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C4">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kull sentejn</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C5">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sena kalendarja</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C6">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">T+13-il xahar</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C7">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">2026</STRING></STRING>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-għadd u s-sehem tal-ħaddiema koperti mill-paga minima statutorja</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C4">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kull sentejn</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C5">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sena kalendarja</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C6">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">T+13-il xahar</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C7">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">2026</STRING></STRING>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C2">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Kopertura tan-Negozjar Kollettiv</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-għadd ta’ impjegati koperti minn ftehimiet kollettivi</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C4">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kull sentejn</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C5">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sena kalendarja</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C6">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">T+13-il xahar</STRING></STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C7">
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">2026</STRING></STRING>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C1">
Kostijiet lavorattivi
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C2">
Struttura tal-kostijiet lavorattivi
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Kostijiet lavorattivi

<STRING ITALIC="on">Il-kostijiet totali mġarrba mill-impjegatur biex jingaġġa l-ħaddiema u l-komponenti ta’ dawn il-kostijiet.</STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C4">
Kull erba’ snin
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C5">
Sena kalendarja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C6">
T+18-il xahar
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C7">
2028
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Sigħat maħduma

<STRING ITALIC="on">Is-sigħat effettivament maħduma minn tipi ewlenin tal-impjegati. </STRING>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Sigħat imħallsa

<STRING ITALIC="on">Is-sigħat imħallsa mit-tipi ewlenin tal-impjegati.</STRING>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Impjegati

<STRING ITALIC="on">L-għadd ta’ impjegati skont it-tipi ewlenin.</STRING>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C2">

</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Unitajiet lokali

<STRING ITALIC="on">Informazzjoni dwar l-unitajiet lokali fil-kampjun.</STRING>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C2">
Indiċi tal-kostijiet lavorattivi
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Indiċi trimestrali tal-kostijiet lavorattivi għal kull siegħa maħduma

<STRING ITALIC="on">L-indiċi trimestrali tal-kostijiet lavorattivi għal kull siegħa maħduma, skont it-tip tal-kostijiet; kronoloġija mhux aġġustata u aġġustata.</STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C4">
Kull kwart tas-sena
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C5">
Kwart kalendarju
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C6">
<NO.P>–</NO.P>Stimi bikrija: T+45 jum

<NO.P>–</NO.P>Data finali: T+65 jum
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C7">
L-ewwel kwart tal-2026
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Indiċi trimestrali tal-kostijiet lavorattivi totali

<STRING ITALIC="on">kronoloġija mhux aġġustata u aġġustata.</STRING>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Indiċi trimestrali tas-sigħat maħduma

<STRING ITALIC="on">kronoloġija mhux aġġustata u aġġustata.</STRING>
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Kostijiet lavorattivi annwali

<STRING ITALIC="on">Il-livelli tal-kostijiet lavorattivi annwali (ponderazzjonijiet) skont it-tip tal-kostijiet.</STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C4">
Kull sena
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C5">
Sena kalendarja
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C6">
Tmiem l-ewwel kwart tas-sena T+1+65 jum
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C1">
Domanda għax-xogħol
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C2">
Impjiegi vakanti
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Postijiet tax-xogħol vakanti

<STRING ITALIC="on">Informazzjoni dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti rreġistrati; kronoloġija mhux aġġustata u aġġustata.</STRING>
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C4">
Kull kwart tas-sena
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C5">
Kwart kalendarju
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C6">
<NO.P>–</NO.P>Stimi bikrija: T+45 jum

<NO.P>–</NO.P>Data finali: T+70 jum
</ENTRY><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C7">
L-ewwel kwart tal-2026
</ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="JUSTIFY" COLNAME="C3">
Postijiet tax-xogħol okkupati:

<STRING ITALIC="on">Informazzjoni dwar il-postijiet tax-xogħol okkupati rreġistrati; kronoloġija mhux aġġustata u aġġustata.</STRING>
</ENTRY></ROW>
</TGROUP>

<NO.P>(1)</NO.P>Wara tmiem il-perjodu ta’ referenza “T”.

<NO.P>(2)</NO.P>Meta l-iskadenzi msemmija hawn fuq jaħbtu s-Sibt jew il-Ħadd, l-iskadenza effettiva għandha tkun it-Tnejn ta’ wara qabel nofsinhar (CET).
</ANNEX></DISPOSITIF></TEXT></TCONSOLID></TXTLST></SDOCTA>