<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF3" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0359</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Inizjattiva tal-EuroHPC għan-negozji ġodda biex tingħata spinta lit-tmexxija Ewropea f’Intelliġenza Artifiċjali affidabbli</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0161/2024 - Rapporteur: Maria da Graça Carvalho)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1173 fir-rigward ta’ inizjattiva tal-EuroHPC għan-negozji ġodda biex tingħata spinta lit-tmexxija Ewropea f’Intelliġenza Artifiċjali affidabbli (COM(2024)0029 – C9-0013/2024 – 2024/0016(CNS))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2024)0029),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 187 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0013/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0161/2024),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><OTTXT>
<STRING BOLD="on">Emenda		1</STRING>
<TI>EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">*</STRING> Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.</FIELD></FOOTNOTE></TI><TI>għall-proposta tal-Kummissjoni</TI><TI>---------------------------------------------------------</TI><TI>2024/0016(CNS)</TI></OTTXT></TXTLST><TXTLST><TCONSOLID><TI>Proposta għal<BRK/><STRING BOLD="on">REGOLAMENT TAL-KUNSILL</STRING><BRK/><STRING BOLD="on">li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1173 fir-rigward ta’ inizjattiva tal-EuroHPC għan-negozji ġodda biex tingħata spinta lit-tmexxija Ewropea f’Intelliġenza Artifiċjali affidabbli</STRING><BRK/></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT>IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,</PRINIT><GRVISA><VISA>
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 187 u l-Artikolu 188, l-ewwel paragrafu, tiegħu,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C , , p. .</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> L-Opinjoni ta’.., ĠU C, p.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
</VISA></GRVISA><GRCONS><GRCINIT>Billi:</GRCINIT><CONS>
<NO.P>(1)</NO.P>Ir-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) u li jemenda ċerti atti leġiżlattivi tal-Unjoni (ĠU L …).</FIELD></FOOTNOTE> li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-“Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali”) għandu l-għan li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jistabbilixxi qafas legali uniformi b’mod partikolari għall-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali f’konformità mal-valuri tal-Unjoni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(2)</NO.P>Minn meta ġie adottat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 fl-2021 sal-lum<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488 (ĠU L 256, 19.7.2021, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1173/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, il-qasam tal-intelliġenza artifiċjali (AI) avvanza immens teknikament, u sar dominju strateġiku u kkontestat ħafna madwar id-dinja. L-Unjoni tinsab fuq quddiem nett fl-isforzi biex tappoġġja l-innovazzjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">etika u</STRING></STRING> responsabbli f’AI affidabbli, u fl-istess waqt qed tistabbilixxi lqugħ regolatorju u tiżviluppa governanza effettiva.
</CONS><CONS>
<NO.P>(3)</NO.P>Fit-13 ta’ Settembru 2023, bħala parti minn approċċ komprensiv li jappoġġa l-innovazzjoni responsabbli fl-AI, il-Kummissjoni ħabbret inizjattiva strateġika ġdida biex tagħmel il-kapaċità komputazzjonali ta’ prestazzjoni għolja tal-Unjoni disponibbli għan-negozji ġodda Ewropej innovattivi f’AI affidabbli biex ikunu jistgħu jħarrġu l-mudelli tagħhom. Dan jikkumplimenta l-ħidma dwar l-istabbiliment ta’ lqugħ regolatorju għall-AI permezz tar-Regolament (UE) 2024/… , li jistabbilixxi strutturi ta’ governanza, u jappoġġa l-innovazzjoni permezz tal-Pjan Ikkoordinat dwar l-Intelliġenza Artifiċjali.
</CONS><CONS>
<NO.P>(3a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sabiex tikkapitalizza fuq l-infrastruttura tas-supercomputing tagħha u trawwem ekosistema tal-AI Ewropea innovattiva, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ Fabbriki tal-AI madwar l-Unjoni, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2024 dwar “It-tisħiħ tan-negozji ġodda u tal-innovazzjoni fl-intelliġenza artifiċjali affidabbli” tistabbilixxi qafas ta’ investiment strateġiku biex in-negozji ġodda u l-industrija fl-Unjoni jkunu jistgħu jwettqu l-potenzjal tagħhom li jsiru mexxejja globali f’mudelli, sistemi u applikazzjonijiet avvanzati affidabbli tal-AI.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(4)</NO.P>Billi l-aktar kapaċità b’saħħitha fl-Unjoni ta’ supercomputing ta’ livell dinji tinsab fil-faċilitajiet tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (l-“Impriża Konġunta”), dawk il-faċilitajiet jenħtieġ li jkunu disponibbli biex l-inizjattiva tal-Kummissjoni tkun tista’ titwettaq. Ghalhekk jeħtieg jiddaħħal objettiv ieħor mas-sitt objettivi eżistenti tal-Impriża Konġunta; objettiv li jkopri l-kontribut tas-supercomputers taghha għall-inizjattiva l-ġdida tal-Unjoni dwar l-AI, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">filwaqt li jiżgura l-ġustizzja, it-trasparenza, l-affidabbiltà u impatt pożittiv fuq is-soċjetà kif ukoll iwieġeb għall-ħtiġijiet u l-miri tal-Unjoni.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(5)</NO.P>Bl-objettiv il-ġdid, l-Impriża Konġunta tkun tista’ twettaq attivitajiet fid-dominji <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-aġġornament jew</STRING></STRING> tal-akkwist u t-tħaddim ta’ supercomputers jew partizzjonijiet ta’ supercomputers iddedikati għall-AI biex il-magni jkunu jistgħu jitgħallmu malajr u l-mudelli pedamenti <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">affidabbli u etiċi</STRING></STRING> kbar tal-AI jiġu mħarrġa <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">biex b’hekk tissaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni u l-bażi industrijali fl-AI</STRING></STRING>. L-Impriża Konġunta jenħtieġ li tkun tista’ toħloq ukoll mod ta’ aċċess ġdid għar-riżorsi tal-computing tagħha <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">b’mod partikolari</STRING></STRING> għan-negozji ġodda tal-AI u għall-komunità xjentifika aktar wiesgħa attiva fl-AI, u tiżviluppa applikazzjonijiet, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mudelli u sistemi</STRING></STRING> iddedikati tal-AI <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">li jkunu</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ottimizzati</STRING></STRING> biex jaħdmu fuq is-supercomputers tagħha, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">filwaqt li jissalvagwardjaw aċċess miftuħ, ġustizzja u trasparenza</STRING></STRING>. B’dawk il-bidliet, l-Impriża Konġunta tkun tista’ toffri qawwa komputazzjonali u servizzi mfassla apposta li jħeġġu t-taħriġ u l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-AI fuq skala kbira fl-Unjoni, li mhux fattibbli bir-Regolament attwali.
</CONS><CONS>
<NO.P>(5a)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Jenħtieġ li jiġi stabbilit punt uniku ta’ servizz mill-Impriża Konġunta abbażi tal-prinċipji tal-aċċess miftuħ, b’mod li tipi differenti ta’ utenti jkunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tal-AI fis-supercomputing. L-opportunitajiet ipprovduti mill-Fabbriki tal-AI jenħtieġ li jiġu kkomunikati b’mod wiesa’ lil negozji ġodda, intrapriżi żgħar u medji (SMEs), l-ekosistema tal-innovazzjoni u r-riċerkaturi impenjati fi programmi tal-Unjoni, filwaqt li jiġu enfasizzati l-benefiċċji numerużi li l-AI tista’ toffri fl-applikazzjonijiet tas-supercomputing. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-Fabbriki tal-AI jenħtieġ li tagħmel is-saħħa tal-kompjuter disponibbli bħala servizz madwar l-Unjoni, u dan huwa essenzjali għas-servizzi ta’ appoġġ offruti, biex jitħaffef aktar l-aċċess għal din l-infrastruttura kritika. Dan jenħtieġ li jservi wkoll biex jiġu żviluppati supercomputers tal-EuroHPC orjentati lejn id-domanda, filwaqt li jiġi żgurat li l-infrastruttura tissodisfa l-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-utenti u tas-setturi madwar l-Unjoni.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(5b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2023 dwar iż-żieda fl-innovazzjoni, fil-kompetittività industrijali u teknoloġika permezz ta’ ambjent favorevoli għan-negozji l-ġodda u għan-negozji li qed jespandu</STRING></STRING><FOOTNOTE><FIELD><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> Testi adottati, P9_TA(2023)0480.</STRING></STRING></FIELD></FOOTNOTE><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> tisħaq li n-negozji li qed jespandu għandhom rwol kritiku fit-tmexxija tal-innovazzjoni, fil-ħolqien tal-impjiegi u fit-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni u tistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw definizzjoni xierqa ta’ negozji li qed jespandu abbażi tal-iskalabbiltà, filwaqt li jitqies kif dawn ivarjaw minn negozji ġodda u SMEs. Jenħtieġ li l-bord tat-tmexxija tal-Impriża Konġunta jiddefinixxi l-kondizzjonijiet għall-aċċess ta’ tali supercomputers iddedikati għall-AI u servizzi ta’ appoġġ rilevanti għal utenti ta’ kategoriji differenti, bħal negozji ġodda, negozji li qed jespandu, SMEs, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u ċentri ta’ riċerka, bl-għan li jingħelbu r-restrizzjonijiet tal-kostijiet u nuqqas ta’ għarfien espert fir-riżorsi.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(5c)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Peress li l-użu tas-supercomputers għall-AI jirrikjedi użu akbar ta’ data, huwa importanti li dawn ikunu jinsabu fil-qrib jew inkella jkunu konnessi ma’ ċentru tad-data eżistenti jew ippjanat permezz ta’ networks b’veloċità għolja. Barra minn hekk, jenħtieġ li tali ċentri tad-data jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill</STRING></STRING><FOOTNOTE><FIELD><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (ĠU L 231, 20.9.2023, p. 1).</STRING></STRING></FIELD></FOOTNOTE><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> u jenħtieġ li, fil-futur, ikunu interkonnessi mal-Ispazji Komuni Ewropej tad-Data biex jiġi ffaċilitat it-taħriġ ta’ mudelli f’dominji settorjali ewlenin. Jenħtieġ li l-entitajiet ospitanti jkunu jistgħu jużaw b’mod effettiv l-appoġġ finanzjarju mill-Ispazji Komuni Ewropej tad-Data biex itejbu l-infrastruttura tagħhom, inkluż biex jakkwistaw jew jaġġornaw iċ-ċentri tad-data. Jenħtieġ li s-sinerġiji bejn l-inizjattivi differenti jiġu promossi</STRING></STRING><STRING ITALIC="on">.</STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(5d)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Peress li l-użu tas-supercomputers għall-AI jirrikjedi żieda sinifikanti fil-qawwa komputazzjonali, li min-naħa tagħha twassal għal konsum akbar ta’ enerġija, jenħtieġ li l-entitajiet tal-hosting ikollhom pjanijiet rigward l-effiċjenza enerġetika u s-sostenibbiltà ambjentali tagħhom. Jenħtieġ li dawk il-pjanijiet jiżguraw li s-supercomputer ikollu aċċess għal konnessjoni tal-grilja u provvista tal-elettriku sikuri u stabbli, preferibbilment permezz ta’ enerġija nadifa u affordabbli, inkluż l-użu ta’ ftehimiet dwara ix-xiri tal-enerġija, li jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq l-enerġija rinnovabbli, u l-użu tal-elettriku ġġenerat lokalment. Barra minn hekk, il-mudelli tal-AI jenħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/... [l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali]. L-obbligi ta’ rapportar għall-mudelli tal-AI għal skopijiet ġenerali stabbiliti f’dak ir-Regolament għandhom jiġu rrispettati.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(5e)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-fabbriki tal-AI se jipprovdu servizzi komprensivi ta’ appoġġ għas-supercomputing lin-negozji ġodda, lill-kumpaniji innovattivi żgħar, u lill-ekosistema usa’ tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-AI. Dawn is-servizzi huma kruċjali biex jiffaċilitaw l-aċċess għas-supercomputers, billi joffru faċilitajiet ta’ programmazzjoni ddedikati u appoġġ algoritmiku għall-iżvilupp, l-ittestjar, l-evalwazzjoni u l-validazzjoni ta’ mudelli u sistemi ta’ taħriġ tal-AI. Barra minn hekk, dawn jgħinu fil-ħolqien ta’ każijiet ta’ użu ġodda u applikazzjonijiet emerġenti fl-oqsma strateġiċi tal-Unjoni, inklużi r-robotika u l-manifattura, materjali u batteriji ġodda, l-ajruspazju, il-mobbiltà, is-sewqan konness u awtomatizzat, is-saħħa u l-kura, il-bijoteknoloġija, l-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, id-dinamika ta’ sistemi kumplessi, id-dinjiet virtwali u t-tewmin diġitali, is-sigurtà ċibernetika, il-prattiċi agrikoli, ir-riċerka u l-innovazzjoni u s-settur pubbliku.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(6)</NO.P>Biex id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi allinjata mad-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2024/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali, jenħtieġ li dan japplika mingħajr dewmien żejjed.
</CONS><CONS>
<NO.P>(7)</NO.P>Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2021/1173 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><DINIT>ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:</DINIT><GR.ART>
<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 1</STRING></TI.ART><PARAG>Ir-Regolament (UE) 2021/1173 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(1)</NO.P>L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>jiddaħħlu l-punti (3a) u (3b) li ġejjin:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="ARAB"><INT.LI LEVEL="0">“(3b) 	“Supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali” tfisser supercomputer li jkun iddisinjat qabelxejn għat-taħriġ ta’ mudelli tal-intelliġenza artifiċjali fuq skala kbira, bi skop ġenerali <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ċivili</STRING></STRING>, u ta’ applikazzjonijiet▌  emerġenti tal-intelliġenza artifiċjali<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, u għall-iżvilupp ta' teknoloġiji u sistemi</STRING></STRING>;</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(3c)</SYMBOL>“Fabbrika tal-Intelliġenza Artifiċjali” tfisser <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ekosistema miftuħa</STRING></STRING> ċentralizzata jew distribwita li tipprovdi infrastruttura ta’ servizzi tas-supercomputing tal-Intelliġenza Artifiċjali u li tkun magħmula minn supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> jew</STRING></STRING> partizzjoni ta’ supercomputer għall-Intelliġenza Artifiċjali<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, jew supercomputer tal-EuroHPC aġġornat għall-Intelliġenza Artifiċjali, </STRING></STRING>ċentru tad-data assoċjat, aċċess apposta, u servizzi tas-supercomputing orjentati lejn l-intelliġenza artifiċjali <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">li attivament u b’mod miftuħ jiżviluppaw, jattiraw, iżommu u jakkumulaw</STRING></STRING> it-talent biex <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jipprovdu</STRING></STRING> l-kompetenzi<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, il-ħiliet u l-għarfien</STRING></STRING> meħtieġa<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, biex jassistu u jiggwidaw lill-utenti</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fl-użu</STRING></STRING> tas-supercomputers għall-Intelliġenza Artifiċjali<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, u li jipprovdu s-servizzi meħtieġa għall-manutenzjoni tagħhom</STRING></STRING>;”;</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>il-punt (9) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(9) 	“supercomputer tal-EuroHPC” tfisser kull sistema tal-computing li tkun proprjetà kollha kemm hi tal-Impriża Konġunta jew li tkun koproprjetà ma’ Stati Parteċipanti oħra jew ma’ konsorzju ta’ sħab privati, li tista’ tkun supercomputer klassiku (supercomputer ta’ livell għoli, supercomputer ta’ grad industrijali, supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali jew supercomputer ta’ livell medju), kompjuter ibridu klassiku kwantistiku, kompjuter kwantistiku jew simulatur kwantistiku;”
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(2)</NO.P>fl-Artikolu 3(2), jiżdied il-punt (h) li ġej:<CITATION>
“(h) 	tiżviluppa u topera l-Fabbriki tal-Intelliġenza Artifiċjali b’appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri ta’ ekosistema tal-Intelliġenza Artifiċjali kompetittiva, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">sostenibbli, affidabbli u etika </STRING></STRING> u innovattiva ħafna fl-Unjoni;”
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(3)</NO.P>fl-Artikolu 4(1), jiżdied il-punt (h) li ġej:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">“(h) pilastru tal-Fabbrika tal-Intelliġenza Artifiċjali għal Intelliġenza Artifiċjali affidabbli u etika, li jkopri l-attivitajiet għall-għoti ta’ infrastruttura ta’ servizzi tas-supercomputing orjentata lejn l-Intelliġenza Artifiċjali li tkun maħsuba biex tkompli tiżviluppa l-kapaċitajiet tal-innovazzjoni u l-ħiliet tal-ekosistema tal-Intelliġenza Artifiċjali; <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">dawk</STRING></STRING> l-attivitajiet <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandhom jindirizzaw, fost l-oħrajn</STRING></STRING>:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>l-akkwist u t-tħaddim ta’ supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali kolokalizzati ma’ ċentri tad-data ▌jew konnessi ma’ ċentri tad-data permezz ta’ networks b’veloċità għolja ħafna;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ii)</SYMBOL>l-aġġornament tas-supercomputers eżistenti tal-EuroHPC b’kapaċitajiet tal-Intelliġenza Artifiċjali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(iii)</SYMBOL>l-għoti ta’ aċċess għal supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali jew għas-supercomputers tal-EuroHPC aġġornati <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">b’kapaċitajiet </STRING></STRING>tal-Intelliġenza Artifiċjali, inkluż li l-użu tagħhom jinfetaħ għal għadd kbir ta’ utenti pubbliċi u privati, inkluż <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għan-negozji ġodda</STRING></STRING>, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">in-negozji li qed jespandu,</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-SMEs</STRING></STRING>, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u l-komunità xjentifika usa’;</STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(iiia)</SYMBOL>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-komunikazzjoni wiesgħa tal-opportunitajiet offruti mill-Fabbriki tal-Intelliġenza Artifiċjali lin-negozji ġodda, lin-negozji li qed jespandu kif ukoll lill-komunitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni</STRING></STRING>;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(iv)</SYMBOL>it-tħaddim ta’ ċentri ċentralizzati jew distribwiti ta’ servizzi tas-supercomputing orjentati lejn l-Intelliġenza Artifiċjali b’appoġġ għall-ekosistema <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tan-negozji ġodda</STRING></STRING> u tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, li jassistu u jiggwidaw lill-utenti, irawmu r-riċerka interdixxiplimarja</STRING></STRING>, jipprovdu appoġġ algoritmiku, appoġġ għall-iżvilupp, it-taħriġ, l-ittestjar, l-evalwazzjoni u l-validazzjoni ulterjuri ta’ mudelli u sistemi tat-taħriġ tal-Intelliġenza Artifiċjali, u appoġġ għall-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet emerġenti tal-Intelliġenza Artifiċjali fuq skala kbira f’oqsma strateġiċi ▌<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">;</STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(v)</SYMBOL>it-tħaddim ta’ faċilitajiet tal-programmazzjoni kompatibbli mas-supercomputers, inkluż għall-parallelizzazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-Intelliġenza Artifiċjali biex jiġi ottimizzat l-użu tal-kapaċitajiet tas-supercomputing<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, u t-tħaddim ta’ servizzi oħra ta’ supercomputing li jippermettu l-Intelliġenza Artifiċjali</STRING></STRING>;</ITEM></LIST>

<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">  ▌</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(vii)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">permezz ta’ proċess trasparenti, miftuħ u b’opportunitajiet indaqs, </STRING></STRING>l-attrazzjoni, l-akkumulu,  <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">it-taħriġ u ż-żamma </STRING></STRING>tat-talent, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">inklużi studenti, żviluppaturi, riċerkaturi, xjenzati u l-komunità tal-utenti</STRING></STRING> biex jiġu żviluppati l-kompetenzi<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, il-ħiliet u l-għarfien</STRING></STRING> tagħhom fl-użu tas-supercomputers tal-EuroHPC għall-Intelliġenza Artifiċjali<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, kif ukoll biex jipprovdu coaching imfassal apposta;</STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(viii)</SYMBOL>l-interazzjoni mal-Fabbriki l-oħra tal-Intelliġenza Artifiċjali, l-aċċessibbiltà tas-servizzi tagħhom madwar l-Ewropa, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-attenzjoni kostanti għall-bilanċ ġeografiku u tal-ġeneri,</STRING></STRING> u l-koperazzjoni maċ-Ċentri ta’ Kompetenza u ċ-Ċentri ta’ Eċċellenza tal-EuroHPC, u mal-inizjattivi rilevanti tal-Intelliġenza Artifiċjali tal-Unjoni, bħaċ-ċentri tan-negozji ġodda tal-Intelliġenza Artifiċjali, l-ekosistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali u tad-data, il-Faċilitajiet għall-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali, il-pjattaforma ċentrali Ewropea tal-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali orjentati lejn l-Intelliġenza Artifiċjali, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u l-Għarfien Teknoloġiku u l-Komunitajiet tal-Innovazzjoni relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-Impriżi Konġunti u sħubijiet ta’ Orizzont Ewropa relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali,</STRING></STRING> l-infrastrutturi Ewropej rilevanti tar-riċerka u inizjattivi relatati oħra.</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(viii a)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-manutenzjoni u l-ottimizzazzjoni ta’ supercomputers b’kapaċitajiet ta’ intelliġenza artifiċjali, li jiżguraw l-affidabbiltà u l-prestazzjoni tagħhom għal kompiti komputazzjonali avvanzati.”;</STRING></STRING></ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(4)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Artikolu 9(5)</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">huwa emendat kif ġej:</STRING></STRING></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>jiżdied il-punt (g) li ġej:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">“(g) 	għas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali, għandhom japplikaw il-kriterji tal-għażla addizzjonali li ġejjin għall-entitajiet tal-hosting:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>il-qrubija <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jew il-konnessjoni permezz ta’ networks b’veloċità għolja ħafna</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">b’ċentru tad-data ppjanat jew</STRING></STRING> stabbilit <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2023/1791</STRING></STRING>;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ia)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-viżjoni u l-pjanijiet tal-entità tal-hosting rigward l-effiċjenza enerġetika u s-sostenibbiltà ambjentali tas-supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali, bl-użu ta’ approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja, id-disponibbiltà ta’ aċċess adegwat għal enerġija nadifa u affordabbli, anke permezz ta’ ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija li jistgħu jkunu bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli, u l-użu tal-elettriku ġġenerat lokalment</STRING></STRING>;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ii)</SYMBOL>il-viżjoni, il-pjanijiet u l-kapaċità tal-entità tal-hosting li tindirizza l-isfidi tal-ekosistema <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tan-negozji ġodda</STRING></STRING> u r-riċerka u l-innovazzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali u l-komunità tal-utenti tal-Intelliġenza Artifiċjali<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">filwaqt li ttejjeb tali ekosistema billi tippromwovi sinerġiji u innovazzjoni, inklużi investimenti f’teknoloġiji futuri, tikkontribwixxi</STRING></STRING> u tipprovdi servizz ċentralizzat jew distribwit ta’ supercomputing orjentat lejn l-Intelliġenza Artifiċjali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(iii)</SYMBOL>il-kwalità u l-pertinenza tal-esperjenza u l-għarfien disponibbli fit-tim maħsub li jkun responsabbli għall-ambjent ta’ appoġġ tas-servizz tas-supercomputing orjentat lejn l-Intelliġenza Artifiċjali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(iv)</SYMBOL>il-pjanijiet għall-interazzjoni u l-koperazzjoni ma’ Fabbriki oħra tal-Intelliġenza Artifiċjali, maċ-Ċentri ta’ Kompetenza tal-EuroHPC u ċ-Ċentri ta’ Eċċellenza tal-EuroHPC, u ma’ attivitajiet rilevanti tal-Intelliġenza Artifiċjali bħaċ-ċentri <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tan-negozji ġodda</STRING></STRING> tal-Intelliġenza Artifiċjali, l-ekosistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali u d-data, il-Faċilitajiet għall-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali, il-pjattaforma ċentrali Ewropea tal-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali orjentati lejn l-Intelliġenza Artifiċjali u inizjattivi oħra relatati;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(v)</SYMBOL>il-kapaċitajiet eżistenti u l-pjanijiet futuri tal-entità tal-hosting biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, l-attrazzjoni, it-taħriġ u ż-żamma</STRING></STRING> tal-akkumulu tat-talent <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u għall-ħolqien ta’ ħiliet, kapaċitajiet u kompetenzi biex jintużaw is-supercomputers, inkluż fil-forma ta’ appoġġ għan-negozji ġodda permezz ta’ programmi inkubatur jew aċċeleratur.”</STRING></STRING>;</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(ga)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">entità tal-hosting eżistenti magħżula mill-Bord tat-Tmexxija permezz ta’ proċess ġust u trasparenti u wara sejħa għal espressjonijiet ta’ interess, tista’ tistabbilixxi Fabbrika tal-Intelliġenza Artifiċjali jekk tissodisfa l-kriterji msemmija fl-Artikolu 9(5), il-punt (g).</STRING></STRING>”;</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(5)</NO.P>fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu (6a) li ġej:<CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“</STRING></STRING>(6a) 	Għas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali msemmija fl-Artikolu 12a, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">kif ukoll għas-supercomputers tal-EuroHPC imsemmija fl-Artikoli 11,12, 12a, 14, 15,</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-entitajiet</STRING></STRING> tal-hosting <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandhom joħolqu</STRING></STRING> punt uniku tas-servizz <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għan-negozji ġodda, għan-negozji li qed jespandu, għall-SMEs </STRING></STRING>u utenti oħra biex <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jiffaċilitaw</STRING></STRING> l-aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ tagħha <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom</STRING></STRING>.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(6)</NO.P>fl-Artikolu 10(2), il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“(l) 	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-kondizzjonijiet</STRING></STRING> speċifiċi applikabbli meta l-entità tal-hosting topera supercomputer tal-EuroHPC għall-użu industrijali, ▌supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jew supercomputer tal-EuroHPC eżistenti b’kapaċitajiet ta’ Intelliġenza Artifiċjali</STRING></STRING><STRING BOLD="on">.</STRING>”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(7)</NO.P>jiddaħħal l-Artikolu 12a li ġej:<CITATION>
“<STRING ITALIC="on">Artikolu 12a</STRING>

Akkwist u sjieda ta’ supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali

<NO.P>1.</NO.P>L-Impriża Konġunta għandha takkwista supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali u għandha tkun is-sid tagħhom.

<NO.P>2.</NO.P>Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkopri sa 50 % tal-kostijiet tal-akkwist flimkien ma’ sa 50 % tal-kostijiet operattivi tas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali.

Il-kost totali li jifdal tas-sjieda tas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali għandu jkoprih l-Istat Parteċipanti fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew l-Istati Parteċipanti fil-konsorzju tal-hosting, possibbilment issupplimentat bil-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6.

<NO.P>3.</NO.P>L-għażla tal-fornitur tas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali għandha tiġi bbażata fuq speċifikazzjonijiet tal-offerta li għandhom ikunu mmexxija mid-domanda, għandha tqis ir-rekwiżiti tal-utenti u l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali tas-sistema pprovduti mill-entità tal-hosting magħżula fl-applikazzjoni tagħha għas-sejħa għal espressjoni ta’ interess. L-għażla għandha tindirizza wkoll is-sigurtà tal-katina tal-provvista.

<NO.P>4.</NO.P>L-Impriża Konġunta tista’ tkun l-ewwel utent tas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali li jintegraw teknoloġiji żviluppati primarjament fl-Unjoni.

<NO.P>5.</NO.P>Jekk ikun debitament ġustifikat għal raġunijiet ta’ sigurtà, fil-programm ta’ ħidma, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi li jikkundizzjona l-parteċipazzjoni tal-fornituri fl-akkwist tas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali f’konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament (UE) 2021/694, jew inkella li jillimita l-parteċipazzjoni tal-fornituri għal raġunijiet ta’ sigurtà jew azzjonijiet relatati direttament mal-awtonomija strateġika tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 18(4) ta’ dak ir-Regolament.

<NO.P>6.</NO.P>Is-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali għandhom ikunu f’entità tal-hosting ta’ supercomputer tal-EuroHPC li tkun tinsab fl-Unjoni.

<NO.P>7.</NO.P>Mingħajr preġudizzju għall-istralċ tal-Impriża Konġunta, kif imsemmi fl-Artikolu 23(4) tal-Istatuti, mhux qabel <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ħames</STRING></STRING> snin wara t-test ta’ aċċettazzjoni b’suċċess mis-supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali installat f’entità tal-hosting, is-sjieda tas-supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali tista’ tiġi trasferita lil dik l-entità tal-hosting, tinbiegħ lil entità oħra jew tiġi dekummissjonata wara deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija u f’konformità mal-ftehim tal-hosting. Fil-każ ta’ trasferiment tas-sjieda ta’ supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali, l-entità tal-hosting għandha tirrimborża lill-Impriża Konġunta l-valur residwu tas-supercomputer trasferit. Jekk ma jsir l-ebda trasferiment tas-sjieda lill-entità tal-hosting iżda tittieħed deċiżjoni għad-dekummissjonar, il-kostijiet rilevanti għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn l-Impriża Konġunta u l-entità tal-hosting. L-Impriża Konġunta ma għandhiex tkun responsabbli għall-kostijiet imġarrba wara t-trasferiment tas-sjieda tas-supercomputer iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali jew wara l-bejgħ jew id-dekummissjonar tiegħu.”
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(8)</NO.P>L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“1. 	L-Impriża Konġunta tista’ tniedi sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-aġġornament tas-supercomputers tal-EuroHPC li jkun proprjetarja jew koproprjetarja tagħha, biex iżżid il-livell tal-prestazzjoni tas-supercomputer qrib l-iskala eksa, jew biex iżżid il-kapaċitajiet tal-intelliġenza artifiċjali tas-supercomputer, jew biex iżżid il-prestazzjoni operattiva tas-supercomputer b’xi mod ieħor, inkluż bl-aċċelleraturi kwantistiċi.”; il-paragrafu 2 jitħassar;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>5 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
“5.	Il-persentaġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-kostijiet tal-akkwist tal-aġġornament għandu jkun l-istess bħall-persentaġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għas-supercomputer oriġinali tal-EuroHPC, deprezzat għall-bqija tal-ħajja mistennija tas-supercomputer oriġinali. Il-persentaġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-kostijiet operattivi addizzjonali tal-aġġornament għandu jkun l-istess bħall-persentaġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għas-supercomputer oriġinali tal-EuroHPC.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(9)</NO.P>L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(a)</NO.P>jiddaħħal il-paragrafu 1b li ġej:<CITATION>
“1b. 	Is-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali u s-supercomputers tal-EuroHPC aġġornati għall-kapaċitajiet tal-Intelliġenza Artifiċjali għandhom jintużaw primarjament għall-iżvilupp, l-ittestjar, l-evalwazzjoni u l-validazzjoni ta’ mudelli tat-taħriġ tal-intelliġenza artifiċjali fuq skala kbira u bi skop ġenerali, u għal applikazzjonijiet emerġenti tal-Intelliġenza Artifiċjali, kif ukoll għall-iżvilupp ulterjuri ta’ soluzzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali fl-Unjoni li jeħtieġu Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u l-eżekuzzjoni ta’ algoritmi tal-Intelliġenza Artifiċjali fuq skala kbira biex jissolvew problemi tax-xjenza.”;
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(b)</NO.P>jiddaħħal il-paragrafu 2b li ġej:<CITATION>
“2b. 	Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi kundizzjonijiet ▌tal-aċċess għas-supercomputers iddedikati għall-Intelliġenza Artifiċjali u għas-supercomputers tal-EuroHPC aġġornati għall-kapaċitajiet tal-Intelliġenza Artifiċjali f’konformità mal-Artikolu 17, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-ekosistema <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tan-negozji ġodda</STRING></STRING> u tar-riċerka fl-Intelliġenza Artifiċjali. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddefinixxi kundizzjonijiet speċifiċi ta’ aċċess għal tipi differenti ta’ utenti jew applikazzjonijiet, inkluż</STRING></STRING> aċċess iddedikat <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għan-negozji ġodda, in-negozji li qed jespandu u l-SMEs. Is-sigurtà u l-kwalità tas-servizz għandhom ikunu l-istess għall-utenti kollha f’kull kategorija ta’ utenti</STRING></STRING>. Għall-aċċess għandhom ikunu eliġibbli biss il-proposti għall-iżvilupp ta’ mudelli, sistemi u applikazzjonijiet affidabbli u etiċi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkun konformi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mar-regoli u</STRING></STRING> mal-valuri <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk imnaqqxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</STRING></STRING>. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kriterji ta’ aċċess, il-metodoloġiji u l-gwida dwar il-prijoritizzazzjoni tal-aċċess se jiġu definiti f’konformità mal-approċċ tal-Etika Ppjanata għall-Intelliġenza Artifiċjali u bl-appoġġ tal-Mekkaniżmu ta’ Evalwazzjoni tal-Etika ta’ Orizzont Ewropa.</STRING></STRING>”<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(10)</NO.P>L-Artikolu 17, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
‘‘1. 	Is-sehem tal-ħin tal-aċċess tal-Unjoni għal kull supercomputer kwantistiku ta’ livell għoli u tal-EuroHPC iddedikat għall-Intelliġenza Artifiċjali għandu jkun proporzjonali direttament għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) għall-kost totali tas-sjieda tas-supercomputer tal-EuroHPC u għalhekk ma għandux jaqbeż il-50 % tal-ħin tal-aċċess totali tas-supercomputer tal-EuroHPC.”
</CITATION></PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">	Artikolu 2</STRING></TI.ART><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.</PARAG><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.</PARAG>
</GR.ART><SIGNATURE>
Magħmul fi …,

<STRING ITALIC="on">	Għall-Kunsill</STRING>

Il-President
</SIGNATURE></DISPOSITIF></TEXT></TCONSOLID></TXTLST></SDOCTA>