<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0367</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-seduti ta' smigħ li għaddejjin skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE rigward l-Ungerija biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt u l-implikazzjonijiet baġitarji tiegħu</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0223/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar is-seduti li għadhom għaddejjin skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE rigward l-Ungerija biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt u l-implikazzjonijiet baġitarji tiegħu  (2024/2683(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 2, 4(3) u 7(1) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kunsill tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Lista ta’ Kontroll tal-Istat tad-Dritt adottata mill-Kummissjoni ta’ Venezja fil-106 sessjoni plenarja tagħha f’Venezja fil-11 u t-12 ta’ Marzu 2016,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 433, 23.12.2019, p. 66.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2023) 9014 tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar ir-rivalutazzjoni, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, tat-twettiq tal-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 wara d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 tal-15 ta’ Diċembru 2022 rigward l-Ungerija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 463.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2022 dwar il-valutazzjoni tal-konformità tal-Ungerija mal-kundizzjonijiet tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità u s-sitwazzjoni attwali tal-RRP Ungeriż<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 74.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar il-ksur tal-Istat tad-Dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija u l-fondi ffriżati tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1223, 21.12.2023, <STRING ITALIC="on">ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1223/oj</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija u l-fondi ffriżati tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0053.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kapitoli tal-pajjiżi dwar l-Ungerija fir-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja dwar l-Att tal-Ungerija LXXXVIII tal-2023 dwar il-Protezzjoni tas-Sovranità Nazzjonali, adottata fil-138 sessjoni plenarja tagħha f’Venezja fil-15 u s-16 ta’ Marzu 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u kif riflessi fil-Karta u inkorporati fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi dawn il-valuri, li huma kondiviżi mill-Istati Membri, jikkostitwixxu l-pedament tad-drittijiet li jgawdu dawk li jgħixu fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi kwalunkwe riskju ċar ta’ ksur serju min-naħa ta’ Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE ma jikkonċernax biss lill-Istat Membru individwali fejn twettaq ir-riskju, iżda għandu impatt fuq l-Istati Membri l-oħra, fuq il-fiduċja reċiproka ta’ bejniethom u fuq in-natura proprja tal-UE u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tagħha skont id-dritt tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7 tat-TUE mhuwiex limitat għall-obbligi skont it-Trattati, għall-kuntrarju tal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u billi l-UE tista’ tivvaluta l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju tal-valuri komuni f’oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fl-2018, fuq proposta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill beda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(1) tat-TUE bil-ħsieb li jiġi indirizzat riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE; billi seħħew sitt seduti dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija skont il-proċedura tal-Artikolu 7(1) tat-TUE fil-Kunsill mill-bidu tal-proċedura, iżda l-Kunsill għadu ma pprovax jiddetermina jekk jeżistix tali riskju, u ma indirizza l-ebda rakkomandazzjoni lill-Gvern tal-Ungerija;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt huwa ta’ importanza kbira peress li huwa l-istrument li jippermetti l-protezzjoni tal-fondi tal-UE b’mod effettiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Kummissjoni ddeċidiet li tagħti lill-Ungerija EUR 0,9 biljun fi prefinanzjament fl-ambitu tar-REPowerEU; billi tali prefinanzjament jista’ jsir mingħajr kundizzjonijiet, iżda mhux mingħajr kontrolli;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi fir-Rapport <STRING ITALIC="on">Interim</STRING> tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022, il-Parlament ivvaluta li mit-tnedija tal-proċedura skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE, bosta tħassib fir-rigward tal-konformità tal-Ungerija mal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE kien għadu hemm jew mar għall-agħar b’mod sostanzjali, inkluż fir-rigward tal-indipendenza tal-ġudikatura, tal-korruzzjoni, tal-kunflitti ta’ interess, l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-media, il-funzjonament tas-sistema kostituzzjonali u elettorali, u fl-ispazju ċiviku;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi mill-adozzjoni tar-Rapport <STRING ITALIC="on">Interim</STRING>, is-sitwazzjoni f’xi wħud minn dawn l-oqsma wriet titjib limitat, fil-biċċa l-kbira tal-oqsma baqgħet inkwetanti u f’xi oħrajn kompliet tiddeterjora; billi tfaċċaw problemi serji ġodda b’riżultat tal-azzjonijiet tal-Gvern Ungeriż;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi f’April 2024, għexieren ta’ eluf ta’ Ungeriżi niżlu fit-toroq biex jipprotestaw kontra l-manipulazzjoni u l-korruzzjoni tal-Istat;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">billi fl-2022 u l-2023, il-Gvern Ungeriż adotta pakkett leġiżlattiv ta’ riformi ġudizzjarji li jindirizzaw ċerti limitazzjonijiet tal-indipendenza tal-ġudikatura, inkluż billi tissaħħaħ l-indipendenza tal-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali (NJC); billi l-lista mhux eżawrjenti ta’ nuqqasijiet serji relatati mal-istat tad-dritt fis-sistema tal-ġustizzja li għadhom ma ġewx indirizzati tinkludi:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>regoli relatati mal-impossibbiltà li jitneħħa l-president attwali tal-Curia, il-qorti Suprema tal-Ungerija,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>nuqqas ta’ salvagwardji u garanziji sinifikanti tal-indipendenza tal-Curia,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>nuqqas ta’ trasparenza u awtomatizzazzjoni fis-sistema ta’ allokazzjoni ta’ kawżi fil-Curia u nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tar-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-bordijiet,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>pressjoni politika u amministrattiva fuq l-indipendenza tal-NJC u tal-membri tiegħu, inkluż permezz ta’ kampanji ta’ malafama,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>regoli relatati mal-ħatra, mal-promozzjoni u mal-impossibbiltà ta’ tneħħija tal-imħallfin,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>nuqqas ta’ salvagwardji u garanziji sinifikanti tal-indipendenza tal-imħallfin li jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet amministrattivi,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>għadd dejjem jikber ta’ ostakli għal rinviji preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE),</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>regoli mhux adegwati dwar l-immunità u proċedimenti dixxiplinari kontra l-prosekuturi u l-imħallfin,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>interferenza politika fil-ħidma tas-servizzi tal-prosekuzzjoni u tal-prosekuturi individwali,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>nuqqas ta’ servizzi ta’ appoġġ effiċjenti għall-vittmi tal-kriminalità;</ITEM></LIST>
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">billi l-lista mhux eżawrjenti ta’ nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kunflitt ta’ interess tinkludi:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>nuqqas ta’ rekord ta’ investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u sentenzi finali dwar każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>nuqqas ta’ regolamenti stretti dwar il-lobbjar, ir-revolving doors u s-sorveljanza effettiva fuq id-dikjarazzjonijiet tal-assi,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>nuqqas ta’ kompetenza, setgħa, aċċess għall-informazzjoni u riżorsi adegwati suffiċjenti fl-Awtorità tal-Integrità,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>nuqqas ta’ konsultazzjoni pubblika u dibattitu dwar miżuri kontra l-korruzzjoni,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>nuqqas ta’ responsabbiltà tas-servizzi tal-prosekuzzjoni, inkluż f’każijiet ta’ negliġenza, ksur tad-dmir u mġiba kriminali,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>interferenza politika fil-ħidma tas-servizzi tal-prosekuzzjoni li jittraċċaw każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli u kriminali;</ITEM></LIST>
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">billi l-lista mhux eżawrjenti ta’ nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-libertà u l-pluraliżmu tal-media tinkludi:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>nuqqas ta’ indipendenza funzjonali tal-awtorità tal-media u tal-koordinatur tas-servizzi diġitali,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>nuqqas ta’ indipendenza editorjali u finanzjarja tal-media tas-servizz pubbliku u nuqqas ta’ pluraliżmu tal-fehmiet politiċi fil-media tas-servizz pubbliku, li tintuża mill-maġġoranza fil-gvern għall-propaganda politika,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>abbuż tar-reklamar mill-istat fil-mezzi tal-media favur il-gvern u nuqqas ta’ regoli u trasparenza dwar din il-kwistjoni,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>kampanji ta’ malafama kontra ġurnalisti u media indipendenti,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>għadd dejjem jikber ta’ restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-informazzjoni pubblika,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>nuqqas ta’ investigazzjoni sinifikanti fil-varar ta’ spyware mmirat lejn ġurnalisti investigattivi u professjonisti tal-media,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>konċentrazzjoni tas-suq tal-media u influwenza eċċessiva tal-gvern fuq ix-xenarju tal-media (inkluż permezz tal-Fondazzjoni tal-Istampa u tal-Media tal-Ewropa Ċentrali, jew il-KESMA fl-akronimu Ungeriż tagħha),</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>is-sottomissjoni potenzjali tal-mezzi tal-media u tal-ġurnalisti għal investigazzjonijiet mill-Uffiċċju għall-Protezzjoni tas-Sovranità (SPO);</ITEM></LIST>
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">billi l-lista mhux eżawrjenti ta’ nuqqasijiet serji persistenti relatati mas-sistema kostituzzjonali u elettorali, kif ukoll kontrolli u bilanċi, tinkludi:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>in-nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwi tal-kampanja matul l-elezzjonijiet fil-livell lokali u nazzjonali, u bidliet frekwenti fil-kodiċi elettorali,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>trasparenza u responsabbiltà insuffiċjenti fil-proċess tat-tħejjija u tal-promulgazzjoni tal-liġijiet,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>il-kontinwazzjoni tas-“sitwazzjoni ta’ periklu” uffiċjali li tagħti lill-gvern setgħat estensivi ta’ emerġenza u li tippermettilu jaqbeż il-liġijiet ta’ livell ogħla f’digrieti ta’ emerġenza,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>in-nuqqas ta’ proċess ta’ konsultazzjoni pubblika sinifikanti fir-rigward ta’ abbozzi ta’ liġijiet importanti,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>it-tneħħija tas-setgħa tal-korpi indipendenti u l-pressjoni fuq l-indipendenza tagħhom,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>l-użu ta’ abbozzi ta’ liġijiet omnibus biex jiġu emendati diversi liġijiet;</ITEM></LIST>
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">billi l-lista mhux eżawrjenti ta’ nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-funzjonament tas-soċjetà ċivili tinkludi:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>l-effett dissważiv ta’ diversi liġijiet li għandhom l-għan li jillimitaw l-eżistenza u l-funzjonament ta’ organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili, bħal-liġi dwar it-trasparenza ta’ organizzazzjonijiet li jirċievu fondi barranin u l-liġi dwar il-protezzjoni tas-sovranità nazzjonali,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>kampanji ta’ malafama u fastidju kontra r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>nuqqas ta’ finanzjament pubbliku għal organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili, u appoġġ finanzjarju għal organizzazzjonijiet favur il-gvern jew għal organizzazzjonijiet li huma marbuta mal-gvern,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>is-sottomissjoni potenzjali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tar-rappreżentanti tagħhom għas-sorveljanza u l-investigazzjonijiet mill-SPO;</ITEM></LIST>
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">billi l-lista mhux eżawrjenti ta’ nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE tinkludi:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>il-funzjonament tal-awtoritajiet li jimplimentaw il-baġit tal-UE,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>irregolaritajiet sistemiċi, defiċjenzi u nuqqasijiet fl-akkwist pubbliku, inkluż sehem għoli ta’ proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi u nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-sistema tal-akkwist pubbliku,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>nuqqasijiet fil-mekkaniżmi ta’ awditjar u kontroll biex jiġi ggarantit l-użu tajjeb tal-fondi tal-UE,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>kapaċità mhux adegwata għall-prevenzjoni u s-sanzjonar ta’ frodi, korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni relatat mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE jew mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>applikazzjoni mhux adegwata tal-għodda ARACHNE,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>nuqqas ta’ trasparenza fl-użu tal-fondi tal-UE minn fondazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi ta’ interess pubbliku,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>in-nuqqas tal-Ungerija li tissieħeb mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE);</ITEM></LIST>
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">billi l-lista mhux eżawrjenti ta’ nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-konformità mal-prinċipji u r-regoli tas-suq uniku tinkludi:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>prattiki diskriminatorji kontra kumpaniji li joperaw f’oqsma definiti bħala li għandhom interess strateġiku għall-Gvern Ungeriż,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>l-abbuż tas-setgħa pubblika u leġiżlattiva u l-użu ta’ tekniki ta’ intimidazzjoni kontra atturi ekonomiċi li joperaw f’oqsma definiti bħala li għandhom interess strateġiku għall-Gvern Ungeriż;</ITEM></LIST>
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">billi l-Gvern Ungeriż naqas ukoll milli jindirizza tħassib ieħor identifikat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Settembru 2022 li għandu x’jaqsam mad-drittijiet fundamentali, bħal:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>il-libertà akkademika,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>il-libertà tar-reliġjon,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>id-dritt għal trattament ugwali, inklużi d-drittijiet tal-LGBTIQ,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>id-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi, inklużi r-Rom u l-Lhud; il-protezzjoni kontra dikjarazzjonijiet ta’ mibegħda kontra l-minoranzi,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>id-drittijiet fundamentali tal-migranti, tal-persuni li jfittxu l-ażil u tar-rifuġjati,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>id-drittijiet ekonomiċi u soċjali;</ITEM></LIST>
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-Att dwar il-Protezzjoni tas-Sovranità Nazzjonali daħal fis-seħħ fit-23 ta’ Diċembru 2023; billi, b’riżultat ta’ dan, ġie stabbilit l-SPO il-ġdid u l-Kodiċi Kriminali ġie emendat biex jippreskrivi, fost affarijiet oħra, sentenza ta’ ħabs għall-użu ta’ finanzjament minn barra l-pajjiż għal kampanji politiċi; billi fid-dikjarazzjoni tiegħu tas-27 ta’ Novembru 2023, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa indika li l-abbozz ta’ dak l-att kien jirrappreżenta riskju sinifikanti għad-drittijiet tal-bniedem u għandu jiġi abbandunat; billi fl-opinjoni tagħha tat-18 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni ta’ Venezja nnotat li r-restrizzjonijiet fuq il-finanzjament barrani għall-partiti politiċi u l-kampanji elettorali kienu normali u, fil-prinċipju, f’konformità mal-aħjar prattiki u standards internazzjonali, iżda li l-emendi legali naqsu milli jiddefinixxu b’mod ċar liema tip ta’ attivitajiet ta’ kampanja kienu pprojbiti u kif għandu jiġi stabbilit li dawn ġew iffinanzjati minn fondi barranin; billi l-Kummissjoni ta’ Venezja nnotat ukoll fl-opinjoni tagħha li l-emendi ma kkunsidrawx il-kooperazzjoni tal-partiti politiċi fil-livell internazzjonali, jeskludu l-finanzjament minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew jipprevedu r-rispett tal-obbligi internazzjonali, fosthom l-obbligi li jirriżultaw mill-isħubija mal-UE; billi fis-7 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ proċedura ta’ ksur kontra l-Ungerija, peress li qieset li l-leġiżlazzjoni kisret diversi dispożizzjonijiet tad-dritt primarju u sekondarju tal-Unjoni, inklużi l-valuri demokratiċi tal-UE, il-prinċipju tad-demokrazija u d-drittijiet elettorali taċ-ċittadini tal-UE, u diversi drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta, bħad-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, id-drittijiet elettorali taċ-ċittadini tal-UE, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, il-privileġġ kontra l-awtoinkriminazzjoni u l-privileġġ professjonali legali, ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni tad-data u diversi regoli applikabbli għas-suq uniku;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi mill-adozzjoni tar-Rapport <STRING ITALIC="on">Interim</STRING>, fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-823/21<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 2023, <STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni vs L-Ungerija</STRING>, C-823/21, ECLI:EU:C:2023:504.</FIELD></FOOTNOTE>, <STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni vs L-Ungerija,</STRING> il-QĠUE ddikjarat li billi għamlet applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali soġġetta għal dikjarazzjoni ta’ intenzjoni f’ambaxxata Ungeriża li tinsab f’pajjiż terz, l-Ungerija naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-liġi tal-UE dwar l-ażil;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi fis-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) tal-10 ta’ Novembru 2022 fil-kawża ta’ <STRING ITALIC="on">Bakirdzi u E.C. vs l-Ungerija</STRING> (49636/14 u 65678/14), li saru finali fit-3 ta’ April 2023, u tat-30 ta’ Marzu 2023 fil-kawża ta’ <STRING ITALIC="on">Szolcsán vs l-Ungerija </STRING>(24408/16), li saret finali fit-30 ta’ Ġunju 2023, il-QEDB sabet ksur fir-rigward tad-drittijiet tal-vot tal-votanti ta’ minoranza nazzjonali u fir-rigward tal-edukazzjoni tat-tfal Rom fi klassijiet jew fi skejjel segregati mingħajr ma ttieħdu miżuri adegwati biex jiġu kkoreġuti l-inugwaljanzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi fid-deċiżjonijiet tagħha dwar is-superviżjoni msaħħa pendenti tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-QEDB fil-kawżi u fil-gruppi ta’ kawżi ta’ <STRING ITALIC="on">Szabó u Vissy vs l-Ungerija</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-QEDB tat-12 ta’ Jannar 2016, <STRING ITALIC="on">Szabó u Vissy vs l-Ungerija</STRING>, 37148/14, li saret finali fis-6 ta’ Ġunju 2016.</FIELD></FOOTNOTE>, <STRING ITALIC="on">Gazsó vs l-Ungerija</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-QEDB tas-16 ta’ Lulju 2016, <STRING ITALIC="on">Gazsó vs l-Ungerija</STRING>, 48322/12, li saret finali fis-16 ta’ Ottubru 2015.</FIELD></FOOTNOTE>, <STRING ITALIC="on">Ilias u Ahmed vs l-Ungerija</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-QEDB tal-14 ta’ Marzu 2017, <STRING ITALIC="on">Ilias u Ahmed vs l-Ungerija</STRING>, 47287/15.</FIELD></FOOTNOTE> u <STRING ITALIC="on">Baka vs l-Ungerija</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-QEDB tat-23 ta’ Ġunju 2016, <STRING ITALIC="on">Baka vs l-Ungerija</STRING>, 20261/12.</FIELD></FOOTNOTE><STRING ITALIC="on">,</STRING> il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tenna t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ dawn is-sentenzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi fir-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu tal-ħames sessjoni ta’ evalwazzjoni dwar l-Ungerija, il-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) esprima bosta tħassib dwar l-effettività tal-qafas stabbilit fl-Ungerija biex tiġi pprevenuta l-korruzzjoni fost persuni bl-ogħla funzjonijiet eżekuttivi u membri tal-Pulizija Nazzjonali Ungeriża u tas-Servizz Nazzjonali ta’ Protezzjoni; billi l-GRECO indika li karatteristika komuni u ġenerali tal-aġenziji tal-amministrazzjoni pubblika u tal-infurzar tal-liġi fl-Ungerija hija li l-biċċa l-kbira tal-miżuri ta’ integrità u ta’ prevenzjoni tal-korruzzjoni huma mmirati lejn uffiċjali ta’ livell baxx u medju, iżda l-qafas ta’ integrità applikabbli għal persuni bl-ogħla funzjonijiet eżekuttivi huwa dgħajjef ħafna u l-kundizzjonijiet għall-ħatra ta’ maniġers superjuri fil-pulizija u s-Servizz Nazzjonali ta’ Protezzjoni jġibu magħhom riskji ta’ politiċizzazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza laqgħet xi żviluppi pożittivi fl-Ungerija, iżda esprimiet tħassib dwar it-tneħħija tal-Awtorità tat-Trattament Ugwali, l-istigmatizzazzjoni ta’ studenti minn sfondi marġinalizzati u familji b’introjtu baxx, bħal studenti Rom, id-deterjorament sinifikanti fid-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTI, id-diskors pubbliku u d-diskors politiku dejjem aktar ksenofobiku, b’mod partikolari mmirat lejn ir-rifuġjati, il-persuni li jfittxu l-ażil u l-migranti, il-Musulmani u l-persuni LGBTI, l-effettività tassew limitata tal-qafas legali dwar id-diskors ta’ mibegħda, in-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali dwar l-inklużjoni soċjali, it-terminazzjoni ta’ appoġġ għall-integrazzjoni mill-istat għar-rifuġjati u għall-persuni mogħtija protezzjoni sussidjarja u l-aċċess limitat għall-ażil fil-pajjiż;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi fl-osservazzjonijiet finali tiegħu, il-Kumitat tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa esprima tħassib dwar is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi u l-fatt li l-politika ta’ ugwaljanza tal-Ungerija hija bbażata esklużivament fuq il-kunċett tal-familja u tqis ir-rwol primarju tal-mara bħala mara miżżewġa u omm, u rrakkomanda li l-Ungerija tieħu miżuri biex tindirizza d-diskors pubbliku kontra l-ġeneru;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi fid-dikjarazzjoni tagħha wara żjara uffiċjali fl-Ungerija, ir-Rappreżentant tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa dwar il-Libertà tal-Media ddikjarat li meta wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni tal-libertà tal-media fl-Ungerija, toħroġ stampa ta’ approċċ sistemiku li fih xi ilħna ma jibbenefikawx mill-istess kundizzjonijiet bażiċi li jinstemgħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi fir-rakkomandazzjoni tiegħu dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Ungerija tal-2023 u fl-għoti ta’ opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Ungerija tal-2023 (COM(2023)0617), il-Kunsill irrakkomanda li l-Ungerija tieħu azzjoni biex ittejjeb l-adegwatezza tas-sistema ta’ assistenza soċjali, ittejjeb l-aċċess għal miżuri effettivi ta’ suq tax-xogħol attiv, tiżgura djalogu soċjali effettiv u ttejjeb il-qafas regolatorju u l-kompetizzjoni fis-servizzi f’konformità mal-prinċipji tas-suq uniku u tal-istat tad-dritt;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-Gvern Ungeriż naqas milli jimplimenta bosta sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali Ungeriża, tal-QĠUE u tal-QEDB relatati ma’ ksur mill-Ungerija ta’ valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u ma segwiex il-maġġoranza l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-2023 jew ir-rakkomandazzjonijiet ta’ korpi internazzjonali oħrajn bħall-GRECO, il-Kummissjoni ta’ Venezja u oħrajn;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Huwa maħsud bil-ksur sistemiku u intenzjonat persistenti tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija, li l-Gvern Ungeriż huwa responsabbli tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza li r-rispett għall-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE ddeterjora sostanzjalment fl-Ungerija mill-iskattar tal-Artikolu 7(1) tat-TUE u jesprimi dispjaċir kbir li n-nuqqas ta’ azzjoni deċiżiva mill-Kummissjoni u mill-Kunsill ikkontribwixxa għal falliment fid-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali f’dak il-pajjiż, li bidluh f’reġim ibridu ta’ awtokrazija elettorali, skont l-indiċijiet rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna l-adozzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tas-Sovranità Nazzjonali u l-ħolqien tal-SPO b’setgħat estensivi u b’sistema stretta ta’ sorveljanza u sanzjonijiet, li b’mod fundamentali jikser standards tad-demokrazija bħall-prinċipju ta’ elezzjonijiet ħielsa u ġusti, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u jikser bosta liġijiet tal-UE; jilqa’ l-proċedura ta’ ksur tal-Kummissjoni kontra l-Ungerija dwar din il-kwistjoni; jistieden lill-Gvern Ungeriż iħassar l-att minnufih; jistieden lill-Kummissjoni titlob lill-QĠUE għas-sospensjoni immedjata tal-applikazzjoni tal-liġi msemmija hawn fuq bħala miżura interim, peress li din il-liġi taffettwa l-prinċipju ta’ elezzjonijiet ħielsa u ġusti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jesprimi dispjaċir dwar in-nuqqas ta’ kapaċità tal-Kunsill li jagħmel progress sinifikanti fil-proċedura li għadha għaddejja tal-Artikolu 7(1) tat-TUE u jtenni s-sejħa tiegħu li jtejjeb is-sitwazzjoni billi jorganizza seduti regolari, jindirizza malajr problemi fit-tul u ġodda li jaffettwaw l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali u l-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet konkreti bi skadenzi għall-implimentazzjoni; jistieden lill-Kunsill jippubblika minuti komprensivi u konklużjonijiet wara kull seduta; jinsisti li fil-proċedimenti kollha relatati mal-Artikolu 7 tat-TUE, il-Parlament għandu jkun jista’ jippreżenta l-proposta motivata tiegħu lill-Kunsill, jattendi s-seduti tal-Artikolu 7 tat-TUE u jkun informat minnufih u bis-sħiħ f’kull stadju tal-proċedura; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibdew, u lill-Kunsill Ewropew jiddetermina, jekk l-Ungerija wettqitx ksur serju u persistenti tal-valuri tal-UE skont l-Artikolu 7(2) tat-TUE jekk ma jkunx hemm progress qabel it-tmiem tal-Presidenza Belġjana; jissottolinja li l-Kunsill għandu wkoll responsabbiltà għall-protezzjoni tal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u li n-nuqqas li jipproteġihom ikollu konsegwenzi dejjiema u potenzjalment dannużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja r-rwol importanti tal-presidenza tal-Kunsill fit-tmexxija ’l quddiem tal-ħidma tal-Kunsill dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE, l-iżgurar tal-kontinwità tal-aġenda tal-UE u r-rappreżentanza tal-Kunsill fir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE; itenni t-tħassib tiegħu li l-Gvern Ungeriż mhux se jkun jista’ jwettaq dan il-kompitu b’mod kredibbli fl-2024, fid-dawl tan-nuqqas ta’ konformità tiegħu mad-dritt tal-Unjoni u l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE, kif ukoll mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kunsill għadu ma sabx soluzzjoni għall-kwistjoni tar-rappreżentanti tal-Gvern Ungeriż li qed jippresjedu l-laqgħat tal-Kunsill dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, inklużi laqgħat relatati mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u tal-baġit tal-UE; jenfasizza li din l-isfida tirriżulta fil-mument kruċjali tal-elezzjonijiet Ewropej u l-formazzjoni tal-Kummissjoni; jesprimi dispjaċir dwar in-nuqqas li tinstab soluzzjoni u jtenni r-rieda tiegħu li jieħu miżuri biex jiddefendi l-kredibbiltà tal-Unjoni fir-rigward tal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jagħtu aktar attenzjoni liż-żarmar sistemiku tal-istat tad-dritt, kif ukoll lill-interazzjoni bejn il-każijiet varji ta’ ksur tal-valuri identifikati fir-riżoluzzjonijiet tiegħu; jisħaq li l-UE għandha tiddefendi l-valuri kollha stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE b’determinazzjoni ugwali, u li n-nuqqas ta’ dan jimmina l-istituzzjonijiet demokratiċi u fl-aħħar mill-aħħar jaffettwa d-drittijiet tal-bniedem u l-ħajja ta’ kulħadd fl-Ungerija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tagħmel użu sħiħ mill-għodod disponibbli għaliha biex tindirizza r-riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-UE, b’mod partikolari l-proċeduri ta’ ksur imħaffa, l-applikazzjonijiet għal miżuri <STRING ITALIC="on">interim</STRING> quddiem il-QĠUE u l-azzjonijiet rigward in-nuqqas ta’ implimentazzjoni tas-sentenzi tal-QĠUE; ifakkar fl-importanza tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt u jilqa’ d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2023 li tikkonferma li r-riskju għall-baġit tal-Unjoni baqa’ l-istess minn Diċembru 2022, li jwassal għal estensjoni tal-miżuri adottati skont ir-Regolament; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni immedjata skont ir-Regolament fir-rigward ta’ ksur ieħor tal-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Itenni, f’dan il-kuntest, it-tħassib serju tiegħu dwar id-deċiżjoni, meta jitqies li l-kundizzjoni abilitanti orizzontali tal-Karta kienet ġiet issodisfata fir-rigward tal-indipendenza ġudizzjarja, u b’hekk l-awtoritajiet Ungeriżi setgħu jissottomettu talbiet għal rimborż sa EUR 10,2 biljun mingħajr mekkaniżmi ta’ kontroll jew proċeduri ta’ akkwist pubbliku adegwati stabbiliti biex jiggarantixxu ġestjoni finanzjarja tajba u l-protezzjoni tal-baġit tal-UE; ifakkar fl-applikazzjoni tal-Parlament bil-ħsieb li tiġi rieżaminata l-legalità tad-Deċiżjoni C(2023) 9014 quddiem il-QĠUE, f’konformità mal-Artikolu 263 tat-TFUE, li ġiet ippreżentata fil-25 ta’ Marzu 2024; jistenna bil-ħerqa riżoluzzjoni rapida dwar il-kwistjoni; itenni t-talbiet tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrevoka d-deċiżjoni tagħha, b’mod partikolari fid-dawl tal-miżuri nazzjonali meħuda mill-adozzjoni tagħha u r-rivelazzjonijiet li ħarġu mill-eks Ministru tal-Ġustizzja tal-Ungerija li jimplikaw nuqqas ta’ indipendenza tal-prosekuzzjoni u interferenza politika fil-proċedimenti kriminali; jistieden lill-Kummissjoni tiffriża l-fondi sakemm il-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tkun ġiet implimentata bis-sħiħ, il-miżuri adottati jkunu wrew l-effettività tagħhom fil-prattika u l-Ungerija tkun implimentat is-sentenzi rilevanti kollha tal-QĠUE u tal-QEDB; jitlob lill-Kummissjoni tikkontrolla bir-reqqa l-prefinanzjament mogħti fl-ambitu tal-finanzjament tal-UE biex tiżgura li l-fondi jiġu implimentati f’konformità mal-objettivi tal-leġiżlazzjoni rispettiva; itenni t-talba tiegħu lill-Ungerija biex tissieħeb mal-UPPE bħala kwistjoni ta’ urġenza; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Ungerija tipparteċipa fl-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li l-miżuri meħtieġa għar-rilaxx tal-finanzjament tal-UE, kif definiti mid-deċiżjonijiet rilevanti meħuda skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, <STRING ITALIC="on">ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.</STRING></FIELD></FOOTNOTE> (RDK), ir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, <STRING ITALIC="on"> ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.</STRING></FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt, iridu jiġu vvalutati b’mod koerenti bħala pakkett integrali u li ma għandu jsir l-ebda pagament anke jekk isir progress f’qasam wieħed jew aktar iżda jkun għad hemm nuqqasijiet f’qasam ieħor; jisħaq li huwa inkomprensibbli li jiġu rilaxxati fondi fl-ambitu tar-RDK li jikkwota titjib fl-indipendenza tal-ġudikatura, filwaqt li l-fondi fl-ambitu tal-RRF u l-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità jibqgħu mblukkati minħabba nuqqasijiet kontinwi li għandhom x’jaqsmu mal-indipendenza tal-ġudikatura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jieħu nota tal-istabbiliment tal-Awtorità tal-Integrità bħala waħda mill-miżuri ta’ rimedju li għandhom jiġu implimentati fil-qafas tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt; huwa tal-fehma li s-sempliċi stabbiliment tal-istituzzjoni ma jistax jitqies bħala suffiċjenti biex jiġi indirizzat it-tħassib attwali u jemmen li l-issodisfar tal-miżuri ta’ rimedju rispettivi għandu jiġi vvalutat abbażi tal-funzjonament fil-prattika ta’ dik l-istituzzjoni; jemmen li, jekk tingħata prerogattivi adegwati u setgħat ta’ implimentazzjoni, l-Awtorità tal-Integrità għandha l-potenzjal li tindirizza xi wħud mit-tħassib relatat mas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Ungerija, b’mod partikolari l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jesprimi, madankollu, it-tħassib li, fil-prattika, ma għandhiex il-kompetenza u l-prerogattivi biex tissodisfa b’mod adegwat il-kompiti tagħha, kif intwera matul l-ewwel sena tal-operazzjonijiet tagħha; jisħaq li din tingħata aktar setgħat u li dawn is-setgħat ikunu jistgħu jiġu implimentati, b’mod partikolari billi tingħata aċċess adegwat għal bażijiet tad-data rilevanti, billi jissaħħu s-setgħat investigattivi tagħha u billi l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha ssir obbligatorja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja li l-konformità mad-dritt tal-Unjoni, inkluż mar-regoli tas-suq uniku, tirrappreżenta pilastru ewlieni tal-prinċipju tal-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi valutazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq uniku fi Stat Membru fl-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’kull Stat Membru; jinsab imħasseb dwar l-abbuż ta’ poter u l-prattiki diskriminatorji sistemiċi applikati mill-awtoritajiet Ungeriżi kontra kumpaniji li joperaw f’oqsma definiti bħala li għandhom interess strateġiku għall-Gvern Ungeriż u għall-oligarki; jisħaq li dan wassal għal ambjent ta’ diskriminazzjoni u ta’ biża’ li jikkontradixxi l-pilastri tas-suq uniku u jqiegħed lil xi kumpaniji u l-interessi kummerċjali leġittimi tagħhom f’riskju serju u jisfurzahom de facto barra mis-suq Ungeriż; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel enfasi speċjali fuq il-konformità mar-regoli tas-suq uniku meta tivvaluta s-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Ungerija; jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk il-liġijiet dwar l-oqsma definiti bħala li għandhom interess strateġiku għall-Gvern Ungeriż humiex konformi mal-liġi Ewropea attwali; jisħaq li l-Kummissjoni għandha d-dmir li ssegwi malajr l-ilmenti ppreżentati minn kumpaniji li huma sistematikament fil-mira tal-awtoritajiet Ungeriżi u li tressaq kawżi rilevanti quddiem il-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Ungerija abbużat mis-setgħa ta’ veto tagħha fil-Kunsill, u b’hekk ippreveniet li tingħata għajnuna essenzjali lill-Ukrajna, li dgħajjef l-interessi strateġiċi tal-UE; jikkundanna l-politika ġenerali tal-Gvern Ungeriż lejn ir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li r-riċevituri finali jew il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE ma jiġux imċaħħda minn dawn il-fondi, kif stabbilit fir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt; jistieden lill-Kummissjoni ssib modi kif tqassam il-fondi tal-UE permezz tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili jekk il-gvern ikkonċernat ma jikkooperax fir-rigward tan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja li l-awtoritajiet Ungeriżi jeħtiġilhom jiggarantixxu t-trasparenza u l-opportunitajiet indaqs għall-individwi, għall-kumpaniji, għas-soċjetà ċivili, għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi u għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jixtiequ jaċċessaw il-finanzjament tal-UE u jeħtiġilhom jiżguraw sorveljanza ġudizzjarja indipendenti, kif ukoll mekkaniżmi tal-ilmenti imparzjali u effettivi; jikkundanna l-prattiki diskriminatorji sistemiċi rrapportati użati kontra l-akkademja, il-ġurnalisti, il-partiti politiċi u s-soċjetà ċivili, kif ukoll kumpaniji f’ċerti setturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lis-soċjetà ċivili indipendenti fl-Ungerija li tissalvagwardja l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE, b’mod partikolari, billi tuża l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tadotta strateġija komprensiva tas-soċjetà ċivili għall-protezzjoni u l-iżvilupp tal-ispazju ċiviku fi ħdan l-UE li tintegra l-għodod attwali kollha u tiddeskrivi sett ta’ miżuri speċifiċi li jipproteġu u jsaħħu l-ispazju ċiviku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jidħlu minnufih f’negozjati mal-Parlament dwar mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fil-forma ta’ ftehim interistituzzjonali, u dwar l-inklużjoni ta’ ċiklu ta’ politika permanenti fost l-istituzzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa kif ukoll lin-Nazzjonijiet Uniti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>