<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF3" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0373</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Estimi tad-dħul u tan-nefqa għas-sena finanzjarja 2025 - Taqsima I - Il-Parlament Ewropew</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0180/2024 - Rapporteur: Anna‑Michelle Asimakopoulou)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2024 dwar l-estimi tad-dħul u tan-nefqa għas-sena finanzjarja 2025 (2023/2221(BUI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE>, u d-dikjarazzjonijiet konġunti maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni f’dan il-kuntest<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 4.</FIELD></FOOTNOTE> u d-dikjarazzjonijiet unilaterali relatati<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2020)0357.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport interim tiegħu tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar il-proposta għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0335.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar it-titjib tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027: baġit tal-UE reżiljenti u adegwat għal sfidi ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 177, 17.5.2023, p. 115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (reviżjoni tal-QFP),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2022 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> COM(2022)0223.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ April 2023 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0119.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0367.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 207, 22.2.2024.</FIELD></FOOTNOTE> u d-dikjarazzjonijiet konġunti maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni li huma annessi miegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fil-11 ta’ Marzu 2024 skont l-Artikolu 25(7) u l-Artikolu 102(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz tal-estimi mħejji mill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 102(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 102 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0180/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-baġit propost fis-26 ta’ Frar 2024 mis-Segretarju Ġenerali għall-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għall-2025 jammonta għal EUR 2 507 233 329 u jirrappreżenta żieda ta’ 5,21 % jew EUR 124 132 017 meta mqabbel mal-baġit tal-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Kummissjoni tipprevedi li r-rata tal-inflazzjoni tal-UE se tkun 3 % fl-2024 u 2,5 % fl-2025 fit-Tbassir (Interim) tagħha tax-Xitwa 2024; billi l-livell tan-nefqa fl-Intestatura 7 tal-QFP 2021-2027 huwa bbażat fuq żieda annwali ta’ 2 %;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-kredibbiltà tal-Parlament tiddependi mill-kapaċità tiegħu li jwettaq il-ħidma ewlenija baġitarja, leġiżlattiva u ta’ skrutinju tiegħu sal-ogħla standard, filwaqt li jservi ta’ eżempju fil-konfront ta’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni biex jippjanaw u jwettqu l-infiq tagħhom b’mod prudenti u effiċjenti u biex jirriflettu r-realtajiet ekonomiċi prevalenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-2025 se tkun l-ewwel sena sħiħa wara l-elezzjonijiet u għaldaqstant se jkun hemm ritorn għal-livell normali tal-attivitajiet politiċi ewlenin u tal-attivitajiet ta’ appoġġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Parlament qed jiffinalizza l-proċess ta’ riforma profonda tiegħu li beda s-sena l-oħra biex, minn naħa, jirrevedi l-metodi ta’ ħidma interni tiegħu biex il-ħidma parlamentari ssir aktar effiċjenti, u min-naħa l-oħra jsaħħaħ ir-rwol istituzzjonali tiegħu li jwassal għal funzjonament aħjar tal-Parlament bħala koleġiżlatur, bħala fergħa tal-awtorità baġitarja, bħala awtorità ta’ kwittanza u jżid il-kapaċità tiegħu li jeżerċita sorveljanza demokratika;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni tal-Intestatura 7 fil-QFP attwali; ifakkar li r-restrizzjonijiet huma r-riżultati tat-tnaqqis applikat mill-Kunsill għall-proposta inizjali diġà baxxa ħafna tal-Kummissjoni waqt il-qbil dwar il-QFP 2021-2027 attwali; jiddispjaċih dwar l-oppożizzjoni tal-Kunsill għall-proposta tal-Kummissjoni li jiżdied il-limitu massimu tal-Intestatura 7 fir-reviżjoni tal-QFP mill-2024; jindika n-nuqqas li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-limitu massimu tal-Intestatura 7 fir-reviżjoni tal-QFP; jenfasizza li l-marġni negattiv previst għall-2025 jippresupponi l-użu ta’ strumenti speċjali fl-Intestatura 7 għal dak l-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar li kważi żewġ terzi tal-baġit huwa ffissat minn obbligi statutorji; ifakkar li l-previżjonijiet attwali dwar l-indiċjar tas-salarji mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, għal Lulju 2024, April 2025 u Lulju 2025 jammontaw għal 5,3 %, 0,6 % u 3,7 % rispettivament; jinnota li l-baġit tal-2024 jinkludi indiċjar tas-salarji ta’ 3,4 % minn Lulju 2024; jinnota li l-Kumitat għall-Baġits se jimmonitorja l-evoluzzjoni uffiċjali mbassra tal-indiċjar tas-salarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jaċċetta l-ftehim li ntlaħaq fil-konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits fid-9 ta’ April 2024 biex iż-żieda fuq il-baġit tal-2024 tkun ta’ 4,87 %, li tikkorrispondi għal livell ġenerali ta’ estimi ta’ EUR 2 499 233 329 għall-2025, u li jitnaqqsu kif xieraq l-approprjazzjonijiet proposti fuq il-linji baġitarji li ġejjin għal total ta’ EUR 11 000 000:
</ACTION><ACTION>
2 0 0 0 — Kirjiet, 2 0 0 7 — Kostruzzjoni ta’ bini u sistemazzjoni ta’ binjiet, 2 3 9 0 — EMAS u attivitajiet ta’ sostenibbiltà, inkluża l-promozzjoni u l-iskema tal-Parlament Ewropew ta’ kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju, 3 2 4 2 — Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi, 3 2 4 3 — Ċentri għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew, 10 1 — Riżerva ta’ kontinġenza;
</ACTION><ACTION>
barra minn hekk, jiddeċiedi li jnaqqas il-livell tan-nefqa għall-abbozz preliminari tal-estimi baġitarji approvati mill-Bureau fil-11 ta’ Marzu 2024 b’ EUR 3 000 000 u li jżid kif xieraq l-approprjazzjonijiet proposti fuq il-linji baġitarji li ġejjin:
</ACTION><ACTION>
3 2 4 4 — L-Organizzazzjoni u l-ospitalità ta’ gruppi ta’ viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi; 4 0 3 — Finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li miż-żieda ta’ EUR 116 miljun meta mqabbla mal-baġit tal-2024 żieda ta’ EUR 98 miljun hija dovuta għal obbligi statutorji, prinċipalment għall-indiċjar tas-salarji tal-persunal (EUR 54,7 miljun) u assistenza parlamentari marbuta man-nefqa (EUR 33,2 miljun); jinnota li ż-żieda għall-ispejjeż mhux statutorji bejn l-2024 u l-2025 ma taqbiżx it-2 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-Parlament mhuwa qed jitlob l-ebda pożizzjoni addizzjonali għall-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li t-98 post tax-xogħol permanenti maħluqa fil-baġit tal-2023 biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 29(4) tar-Regolament tal-Persunal tneħħew mit-tabella tal-persunal tal-2025;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Gruppi ta’ viżitaturi u Europa Experiences</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifakkar li l-gruppi ta’ viżitaturi fil-postijiet tax-xogħol kollha tal-Parlament, jirrappreżentaw għodda importanti għall-Membri biex joħolqu rabta mal-kostitwenti u biex juru l-ħidma parlamentari tagħhom lill-kostitwenti; jenfasizza li l-gruppi ta’ viżitaturi jikkontribwixxu għall-promozzjoni tar-rwol tal-Parlament lill-votanti fl-Unjoni kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota bi tħassib id-diffikultajiet li qed jiżdiedu biex jiġu organizzati tali żjarat minħabba l-limitazzjonijiet finanzjarji tal-baġit eżistenti, b’mod partikolari għall-Membri minn Stati Membri li ġeografikament jinsabu ‘l bogħod minn Brussell u Strażburgu; jitlob finanzjament suffiċjenti biex jiġu koperti l-ispejjeż relatati mal-ivvjaġġar u mal-akkomodazzjoni, filwaqt li jitqiesu r-rati tal-inflazzjoni u l-prezzijiet, kemm fil-pajjiżi ta’ oriġini tal-gruppi ta’ viżitaturi kif ukoll fi Brussell u Strażburgu; jemmen li żieda ta’ 10 % fl-allokazzjoni għal kull persuna hija meħtieġa biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet prevalenti; Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jipproponi lill-Kwesturi malajr kemm jista’ jkun żieda fil-limiti massimi għall-kostijiet koperti biex jitkompla u jissaħħaħ l-appoġġ tal-Membri biex il-gruppi ta’ viżitaturi jkunu jistgħu jżuru l-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota bi tħassib ir-regoli interni li jirregolaw il-gruppi ta’ viżitaturi tal-Membri tal-PE, li jwasslu biex 30 % tal-kostijiet bil-quddiem ikollhom jiġġarrbu mill-Assistenti Parlamentari Akkreditati (APA) f’xi ċirkostanzi; jisħaq fuq l-imprattikabbiltà ta’ dawn ir-regoli u l-piż finanzjarju li dan ipoġġi fuq l-assistenti parlamentari akkreditati; jistieden lill-Bureau jirrieżamina u jaġġorna r-regoli eżistenti tiegħu li jirregolaw iż-żjarat biex jingħelbu d-diffikultajiet fl-ippjanar u fl-organizzazzjoni taż-żjarat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar fid-deċiżjoni tal-Bureau tal-25 ta’ Novembru 2019 li jiġu stabbiliti ċentri tal-Europa Experience fl-Istati Membri kollha sa tmiem l-2024; jiddispjaċih dwar id-dewmien fl-istabbiliment ta’ Europa Experiences fl-Istati Membri kollha qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament tal-2024 u jinnota li bħalissa 12 biss qed joperaw; jirrikonoxxi li għadd ta’ fatturi esterni, inkluża l-volatilità tas-swieq tal-proprjetà immobbli, ikkontribwew għal dan id-dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jieħu nota li huwa ppjanat li ħames ċentri jinfetħu fl-2025 (f’Ateni, Zagreb, The Hague, Sofia u Budapest); jappella għall-istabbiliment ta’ Europa Experiences fl-Istati Membri kollha mill-aktar fis possibbli; ifakkar li l-Europa Experiences għandhom jippermettu liċ-ċittadini kollha jifhmu aħjar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Infrastruttura</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat għall-Baġits approva d-deċiżjoni tal-Bureau li jwettaq rinnovazzjoni profonda tal-bini SPAAK, f’konformità mar-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2022)0366.</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq li l-bini attwali għandu klassifikazzjoni baxxa ħafna tal-effiċjenza enerġetika u huwa nieqes mill-flessibbiltà tant meħtieġa biex ikun adattat għall-iskop tiegħu; jenfasizza li l-Parlament għandu jimmaniġġja l-portafoll immobiljari tiegħu stess f’termini ta’ effiċjenza enerġetika u sostenibbiltà biex jallinja mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku; jinnota li r-rinnovazzjoni se twassal għal iffrankar sinifikanti fil-kostijiet ta’ diversi miljuni ta’ EUR fis-sena u barra minn hekk se tgħin biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva Ewropea futura dwar l-Effiċjenza Enerġetika u d-Direttiva dwar il-Prestazzjoni tal-Bini; ifakkar lill-Bureau li huma meħtieġa t-trasparenza, informazzjoni u konsultazzjoni xierqa mal-Kumitat għall-Baġits, inkluż l-aċċess għal dettalji komprensivi, qabel ma tiġi adottata kwalunkwe deċiżjoni ewlenija dwar kwistjonijiet relatati mal-bini u l-finanzjament tiegħu minħabba l-implikazzjonijiet baġitarji importanti tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jinbdew xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fl-2025 għall-bini TREVES II sabiex tiġi ffaċilitata l-akkomodazzjoni temporanja tal-persunal li ser jiġi spostat bħala parti mir-rinnovazzjonijiet tal-bini SPAAK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ l-politika tal-Parlament li għandha l-għan li tiżgura l-użu kompletament indipendenti tal-bini tal-Parlament minn persuni b’diżabbiltà u jappoġġja aktar miżuri u adattamenti li se jkunu meħtieġa f’dan ir-rigward; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jittejjeb l-aċċess għall-persuni b’diżabbiltà għall-Kamra Plenarja fi Strażburgu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Ifakkar li l-amministrazzjoni tal-Parlament bħalissa qed taħdem fuq approċċ komprensiv biex tiddefinixxi l-politika tal-bini fuq perjodu ta’ żmien twil tal-Parlament filwaqt li tqis b’mod partikolari l-obbligi ambjentali, il-kostijiet, ir-restrizzjonijiet baġitarji, l-effiċjenza enerġetika, u l-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”; jappella għal kunsiderazzjoni ta’ modi flessibbli ta’ ħidma li rriżultaw bħala konsegwenza tal-pandemija, li wasslu pereżempju biex il-preżenza fiżika għal negozjati politiċi, dibattiti jew skambju ta’ fehmiet tibqa’ aktar effiċjenti għat-tfassil tal-politika pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jieħu nota tal-prattika li tinsab għaddejja tat-“trasferiment ta’ tlaqqit” ta’ tmiem is-sena li tikkontribwixxi għall-proġetti immobiljari; jinnota li dan it-”trasferiment ta’ tlaqqit” sistematikament isir fl-istess kapitoli, l-istess titoli u, spiss, eżattament fuq l-istess linji baġitarji; jinnota li l-eżerċizzju annwali tat-“trasferiment ta’ tlaqqit” jista’ jservi wkoll skopijiet oħra minbarra l-finanzjament ta’ proġetti relatati mal-bini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi u l-miżuri kontinwi stabbiliti mill-Parlament sabiex titnaqqas l-impronta ambjentali tiegħu; Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-miri tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMAS) tal-Parlament għall-2024; jistenna li l-Parlament jikseb il-miri tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kollha tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMAS) sa tmiem l-2024 u jipproċedi għall-adozzjoni ta’ miri ambizzjużi ġodda għas-snin li ġejjin; jinnota b’mod partikolari għadd ta’ kisbiet f’dan ir-rigward, inkluż tnaqqis ta’ 44 % fl-emissjonijiet tal-karbonju mill-2006 ’l hawn, tnaqqis ta’ 66 % fl-użu tal-karti meta mqabbel mal-2014, ir-rati għoljin ta’ membri tal-persunal li jmorru x-xogħol bil-mixi jew bir-rota, tnaqqis sinifikanti fl-użu tal-plastik, u l-introduzzjoni b’suċċess tal-infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli, li rat 458 MWh ta’ enerġija solari ġġenerata mill-Parlament fl-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jieħu nota taż-żidiet fil-prezzijiet tal-kreditu tal-karbonju; ifakkar li tali investimenti fl-effiċjenza enerġetika huma metodu tajjeb biex jinkiseb valur għall-flus; jilqa’ u jinkoraġġixxi l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli u għat-tneħħija gradwali tal-fjuwils fossili b’mod partikolari minħabba l-kriżi tal-enerġija u l-kuntest ġeopolitiku u biex dan jiġi rifless fl-istrateġija pluriennali tal-bini li jmiss; jinnota li l-Parlament installa u qed ikompli jinstalla pannelli solari fotovoltajċi biex ikompli jżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli prodotta fuq il-post biex tintlaħaq il-mira ta’ 25 %. ifakkar li kważi żewġ terzi tal-impronta tal-karbonju tal-Parlament joriġinaw mit-trasport tal-persuni; jilqa’ l-isforzi tal-Parlament biex inaqqas l-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> permezz ta’ ferroviji mikrija u jitlob li jiżdiedu d-disponibbiltajiet biex l-ivvjaġġar bejn it-tliet postijiet tax-xogħol jixxaqleb lejn l-użu tal-ferrovija;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kwistjonijiet oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar fit-taqbida kontinwa li fiha l-Unjoni hija involuta biex tissalvagwardja l-valuri Ewropej u tiddefendi l-integrità tal-proċessi demokratiċi tagħna; jilqa’ l-azzjonijiet meħuda mill-Parlament fl-ilħuq ta’ dawn l-objettivi, filwaqt li jiġġieled kontra d-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni; jistieden lid-DĠ COMM u lill-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLOs) ikomplu jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji effettivi biex jiġġieldu kontra d-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni; jenfasizza li waħda mill-aktar armi qawwija kontra d-diżinformazzjoni hija komunikazzjoni pożittiva, ibbażata fuq il-fatti rigward l-attivitajiet tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar li l-Parlament tal-UE jappoġġja bil-qawwa l-multilingwiżmu u jippromwovi d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali, reġjonali u lingwistiċi; iqis li l-Parlament tal-UE jista’ jikkontribwixxi b’mod attiv għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni billi jsaħħaħ il-komunikazzjoni tiegħu wkoll bil-lingwi tal-minoranzi u tal-komunitajiet lingwistiċi, fejn ikun xieraq; jirrikjedi li l-Bureau jwessa’ l-firxa tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-Parlament ta’ materjali ta’ komunikazzjoni li huma skont il-ħtiġijiet tal-minoranzi lingwistiċi nazzjonali u reġjonali fl-Istati Membri, pereżempju fl-EPLOs u fiċ-Ċentri tal-Europa Experience, bħala mod kif jiġi miġġieled kwalunkwe tentattiv li wieħed jiddependi fuq differenzi lingwistiċi biex tiġi mfixkla l-koeżjoni; Ifakkar fl-isforzi kbar li saru mill-EPLOs fil-pajjiżi Baltiċi biex jipprovdu informazzjoni liċ-ċittadini Ukreni u Russi sa mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa fl-Ukrajna, b’enfasi partikolari fuq il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-propaganda Russa u jinkoraġġixxi t-tkomplija tal-appoġġ u tal-promozzjoni ta’ tali attivitajiet bl-Ukren u bir-Russu; jissottolinja l-importanza tal-parteċipazzjoni attiva tal-EPLO fl-implimentazzjoni tal-ħidma tal-Parlament dwar l-edukazzjoni ċivika permezz ta’ programmi multipli li jinvolvu l-komunitajiet lokali, l-iskejjel u l-universitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja l-potenzjal tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA) li tappoġġja lill-Membri biex jeżerċitaw il-mandat tagħhom u għal diversi attivitajiet tal-amministrazzjoni tal-Parlament; jilqa’ l-fatt li l-proġetti fl-IA diġà huma ppjanati għall-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jappoġġja t-tħabbira li saret mis-Segretarju Ġenerali fil-Kumitat għall-Baġits biex jitnaqqsu l-piż amministrattiv u l-burokrazija għall-Membri u l-uffiċċji tagħhom  filwaqt li tiġi aċċellerata d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi fi ħdan l-amministrazzjoni; jisħaq li l-investimenti fid-diġitalizzazzjoni qed jiġġeneraw redditu fuq l-investiment f’nofs it-terminu u ma għandhomx jiddewmu għall-iffrankar tal-kostijiet fuq terminu qasir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Parlament ikompli jwettaq valutazzjonijiet regolari tal-organizzazzjoni tal-ħtiġijiet tal-persunal tiegħu, jottimizza t-tqassim tal-persunal fis-Segretarjat tal-Parlament, partikolarment billi jalloka mill-ġdid il-pożizzjonijiet vakanti bejn is-servizzi sabiex jinżammu kemm jista’ jkun livelli kostanti ta’ persunal; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jivvaluta r-riskji relatati mal-għadd dejjem jikber ta’ aġenti kuntrattwali li qed jiġu impjegati, inkluż il-periklu li tinħoloq struttura tal-persunal b’żewġ livelli fi ħdan il-Parlament; jinsisti li l-pożizzjonijiet u l-kompiti permanenti ewlenin għandhom jitwettqu minn persunal permanenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza li l-iżgurar ta’ bilanċ ġeografiku ġust huwa parti importanti mill-ħolqien ta’ servizz pubbliku li jkun tassew Ewropew; jirrimarka li matul is-snin, il-Parlament ħa għadd ta’ miżuri f’dak ir-rigward; jinnota li għad baqa’ lok għal titjib; jinnota li l-Bureau ħoloq il-qafas legali għall-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet speċifiċi għan-nazzjonalità u ddeċieda li jorganizza l-ewwel waħda minn tali kompetizzjonijiet; jenfasizza li l-kompetizzjonijiet għandhom dejjem ikunu bbażati fuq il-mertu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jieħu nota tal-proċedura diġà fis-seħħ għal talbiet minn utent ta’ korp parlamentari għall-interpretazzjoni tal-Lingwa Internazzjonali tas-Sinjali f’laqgħa; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jkompli jesplora possibbiltajiet oħra, bħall-għodod ta’ Speech-to-Text u Traduzzjoni Awtomatika fir-rigward tal-prinċipju ta’ aċċess ugwali għaċ-ċittadini kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu, adottata fil-livell tal-Plenarja f’diversi okkażjonijiet, lill-Bureau biex jibda l-ħidma fuq ir-reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura li tippermetti lill-Membri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw b’mod remot, waqt li jkunu qed jibbenefikaw mil-liv tal-maternità jew tal-paternità, waqt marda fit-tul jew f’każijiet ta’ force majeure, filwaqt li jittieħed vantaġġ mit-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija dwar l-aspetti tekniċi ta’ dan il-metodu ta’ votazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Bureau biex jiggarantixxi li r-ristoranti kollha fil-Parlament jirrispettaw l-istandards tagħhom ta’ kwalità, effiċjenza u affordabbiltà, u jintroduċi mill-ġdid il-kontroll tal-aċċess fl-entraturi tar-restaurant Self-service matul il-ħinijiet li l-aktar ikollhom nies; jilqa’ l-implimentazzjoni tal-kontrolli tal-aċċess fid-daħla tas-self-service tal-bini WEISS fi Strażburgu matul is-sessjonijiet parzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jappella għal impenn ġenwin biex jintlaħaq il-prinċipju tal-multilingwiżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Konferenza tal-Presidenti u lill-Bureau biex jirrevedu d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet u tal-missjonijiet barra mill-Unjoni; jissottolinja li tali reviżjoni għandha tqis il-possibbiltà li l-assistenti akkreditati, skont ċerti kundizzjonijiet, jakkumpanjaw lill-Membri f’delegazzjonijiet u f’missjonijiet uffiċjali tal-Parlament; jenfasizza li din il-bidla ma tirriżulta fl-ebda bidla fil-pakkett u tkun newtrali għall-baġit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistenna li t-talbiet ivvotati mill-Plenarja għandhom jiġu implimentati bħala kwistjoni ta’ prijorità għolja;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>